Premier League 2009–10

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
Premier League 2009–10
Rebbieħa Chelsea
Relegati Portsmouth
Burnley
Hull City
Logħbiet 380
Gowls skurjati 1053 (2.77 kull logħba)
Bidu tal-istaġun 15 ta' Awwissu 2009
Tmiem tal-istaġun 9 ta' Mejju 2010

L-istaġun 2009–10 tal-Premier League (magħruf bħala l-Barclays Premier League minħabba raġunijiet ta' sponsorizzazzjoni) kien it-tmintax-il staġun tal-Premier League minn meta ġie stabbilit lura fl-1992. Total ta' 20 tim ikkompetew f'dan il-kampjonat, bit-tim ta' Chelsea jtemmu r-renju ta' tliet snin ta' Manchester United, biex rebħu dan it-titlu, fi staġun li rahom jiskorjaw rekord ta' 103 gowls. L-istaġun beda bil-partita bejn Chelsea u Hull City fil-15 ta' Awwissu 2009 li ntemmet b'rebħa għal Chelsea bl-iskor ta' 2–1. Il-plejer ta' Hull, Stephen Hunt skorja l-ewwel gowl ta' dan l-istaġun, f'partita li kienet timmarka wkoll id-debutt kompetittiv mal-klabb il-ġdid tiegħu. L-istaġun spiċċa fid-9 ta' Mejju 2010.

Fi Frar tal-2010, Portsmouth saru l-ewwel klabb membru tal-Premier League li mar f'amministrazzjoni.[1] Huma tnaqqsulhom disa' punti, u xahrejn wara saru l-ewwel tim tal-istaġun li ġew relegati.

Timijiet[editja]

Newcastle United, Middlesbrough u West Bromwich Albion ġew relegati għall-Football League Championship wara li temmew l-impenji tagħhom fl-istaġun 2008–09 fost l-aħħar tlieta. Il-klabb ta' Newcastle sofra l-ewwel relegazzjoni tiegħu mill-Premier League minn mindu kiseb il-promozzjoni fl-1993. Middlesbrough irritornaw fiċ-Championship wara ħdax-il sena ta' militanza fl-aqwa serje Ingliża, waqt li West Bromwich żammew post fil-Premier League għal staġun wieħed biss.

It-tliet timijiet relegati ġew sostitwiti mill-kampjuni tal-Football League 2008–09 Wolverhampton Wanderers, it-tieni klassifikati Birmingham City u r-rebbieħa tal-finali tal-play-off Burnley. It-tim ta' Wolves qed jilgħabu għall-ewwel darba fl-ogħla livell mill-istaġun 2003–04, waqt li Burnley irritornaw fl-ogħla diviżjoni Ingliża wara stennija ta' 33 sena. Birmingham City, min-naħa l-oħra, biddlu il-pożizzjoni tagħhom bejn il-Premier League u ċ-Championship għar-raba' staġun konsekuttiva.

Promozzjoni u relegazzjoni[editja]

Aiga uparrow inv.svg Timijiet promossi mill-Football League Championship 2008–09

Aiga downarrow inv.svg Timijiet relegati għall-Football League Championship 2009–10

Klassifika[editja]

Poż Klabb L R P T GF GK DG Pti Kwalifikazzjoni jew relegazzjoni
1 Chelsea (Ċ) 38 27 5 6 103 32 +71 86 UEFA Champions League 2010–11 Fażi tal-gruppi
2 Manchester United 38 27 4 7 86 28 +58 85
3 Arsenal 38 23 6 9 83 41 +42 75
4 Tottenham Hotspur 38 21 7 10 67 41 +26 70 UEFA Champions League 2010–11 Rawnd preliminarju
5 Manchester City 38 18 13 7 73 45 +28 67 UEFA Europa League 2010–11 Rawnd preliminarju
6 Aston Villa 38 17 13 8 52 39 +13 64
7 Liverpool 38 18 9 11 61 35 +26 63 UEFA Europa League 2010–11 It-tielet rawnd ta' kwalifika
8 Everton 38 16 13 9 60 49 +11 61
9 Birmingham City 38 13 11 14 38 47 –9 50
10 Blackburn Rovers 38 13 11 14 41 55 −14 50
11 Stoke City 38 11 14 13 34 48 −14 47
12 Fulham 38 12 10 16 39 46 –7 46
13 Sunderland 38 11 11 16 48 56 −8 44
14 Bolton Wanderers 38 10 9 19 42 67 −25 39
15 Wolverhampton Wanderers 38 9 11 18 32 56 −24 38
16 Wigan Athletic 38 9 9 20 37 79 −42 36
17 West Ham United 38 8 11 19 47 66 −19 35
18 Burnley (R) 38 8 6 24 42 82 −40 30 Relegazzjoni għall-Football League Championship 2010–11
19 Hull City (R) 38 6 12 20 34 75 −41 30
20 Portsmouth (R) 38 7 7 24 34 66 −32 191

Sors: Barclays Premier League
1 Portsmouth ġew imnaqqsa 9 punti
Regoli għall-kwalifikazzjoni: l-ewwel skont il-punti, it-tieni skont id-differenza fil-gowls, it-tielet skont kemm il-gowls ġew skurjati
Poż = Pożizzjoni; L = Logħbiet; R = Rebħiet; P = Pari; T = Telfiet; GF = Gowls favur; GK = Gowls kontra; DG = Differenza tal-gowls; Pti = Punti; (K) = Kampjun; (R) = Relegat

Riżultati[editja]

Intern \ Estern1 ARS AST BIR BLA BOL BUR CHE EVE FUL HUL LIV MNC MNU POR STK SUN TOT WHU WIG WOL
Arsenal 3–0 3–1 6–2 4–2 3–1 0–3 2–2 4–0 3–0 1–0 0–0 1–3 4–1 2–0 2–0 3–0 2–0 4–0 1–0
Aston Villa 0–0 1–0 0–1 5–1 5–2 2–1 2–2 2–0 3–0 0–1 1–1 1–1 2–0 1–0 1–1 1–1 0–0 0–2 2–2
Birmingham City 1–1 0–1 2–1 1–2 2–1 0–0 2–2 1–0 0–0 1–1 0–0 1–1 1–0 0–0 2–1 1–1 1–0 1–0 2–1
Blackburn Rovers 2–1 2–1 2–1 3–0 3–2 0–0 2–3 2–0 1–0 0–0 0–2 0–0 3–1 0–0 2–2 0–2 0–0 2–1 3–1
Bolton Wanderers 0–2 0–1 2–1 0–2 1–0 0–4 3–2 0–0 2–2 2–3 3–3 0–4 2–2 1–1 0–1 2–2 3–1 4–0 1–0
Burnley 1–1 1–1 2–1 0–1 1–1 1–2 1–0 1–1 2–0 0–4 1–6 1–0 1–2 1–1 3–1 4–2 2–1 1–3 1–2
Chelsea 2–0 7–1 3–0 5–0 1–0 3–0 3–3 2–1 2–1 2–0 2–4 1–0 2–1 7–0 7–2 3–0 4–1 8–0 4–0
Everton 1–6 1–1 1–1 3–0 2–0 2–0 2–1 2–1 5–1 0–2 2–0 3–1 1–0 1–1 2–0 2–2 2–2 2–1 1–1
Fulham 0–1 0–2 2–1 3–0 1–1 3–0 0–2 2–1 2–0 3–1 1–2 3–0 1–0 0–1 1–0 0–0 3–2 2–1 0–0
Hull City 1–2 0–2 0–1 0–0 1–0 1–4 1–1 3–2 2–0 0–0 2–1 1–3 0–0 2–1 0–1 1–5 3–3 2–1 2–2
Liverpool 1–2 1–3 2–2 2–1 2–0 4–0 0–2 1–0 0–0 6–1 2–2 2–0 4–1 4–0 3–0 2–0 3–0 2–1 2–0
Manchester City 4–2 3–1 5–1 4–1 2–0 3–3 2–1 0–2 2–2 1–1 0–0 0–1 2–0 2–0 4–3 0–1 3–1 3–0 1–0
Manchester United 2–1 0–1 1–0 2–0 2–1 3–0 1–2 3–0 3–0 4–0 2–1 4–3 5–0 4–0 2–2 3–1 3–0 5–0 3–0
Portsmouth 1–4 1–2 1–2 0–0 2–3 2–0 0–5 0–1 0–1 3–2 2–0 0–1 1–4 1–2 1–1 1–2 1–1 4–0 3–1
Stoke City 1–3 0–0 0–1 3–0 1–2 2–0 1–2 0–0 3–2 2–0 1–1 1–1 0–2 1–0 1–0 2–1 2–1 2–2 2–2
Sunderland 1–0 0–2 3–1 2–1 4–0 2–1 1–3 1–1 0–0 4–1 1–0 1–1 0–1 1–1 0–0 3–1 2–2 1–1 5–2
Tottenham Hotspur 2–1 0–0 2–1 3–1 1–0 5–0 2–1 2–1 2–0 0–0 2–1 3–0 1–3 2–0 0–1 2–0 2–0 9–1 0–1
West Ham United 2–2 2–1 2–0 0–0 1–2 5–3 1–1 1–2 2–2 3–0 2–3 1–1 0–4 2–0 0–1 1–0 1–2 3–2 1–3
Wigan Atletic 3–2 1–2 2–3 1–1 0–0 1–0 3–1 0–1 1–1 2–2 1–0 1–1 0–5 0–0 1–1 1–0 0–3 1–0 0–1
Wolves 1–4 1–1 0–1 1–1 2–1 2–0 0–2 0–0 2–1 1–1 0–0 0–3 0–1 0–1 0–0 2–1 1–0 0–2 0–2

Sors: Barclays Premier League
1 It-tim li jilgħab f'daru hu mniżżel fil-kolonna xellugija.
Kuluri: Blu = rebħa ta' tim f'daru; Abjad = pari; Aħmar = rebħa ta' tim barra minn daru.

L-aqwa skorers[editja]

Poż. Plejer Klabb Gowls[2]
1 Kosta tal-Avorju Didier Drogba Chelsea 29
2 Ingilterra Wayne Rooney Manchester United 26
3 Ingilterra Darren Bent Sunderland 24
4 Arġentina Carlos Tévez Manchester City 23
5 Ingilterra Frank Lampard Chelsea 22
6 Ingilterra Jermain Defoe Tottenham Hotspur 18
Spanja Fernando Torres Liverpool 18
8 Spanja Cesc Fàbregas Arsenal 15
9 Togo Emmanuel Adebayor Manchester City 14
10 Franza Louis Saha Everton 13
Ingilterra Gabriel Agbonlahor Aston Villa 13

Unuri[editja]

Unuri tax-xahar[editja]

Xahar Kowċ Plejer
Awwissu 2009 Ingilterra Harry Redknapp (Tottenham Hotspur) Ingilterra Jermain Defoe (Tottenham Hotspur)
Settembru 2009 Skozja Sir Alex Ferguson (Manchester United) Spanja Fernando Torres (Liverpool)
Ottubru 2009 Ingilterra Roy Hodgson (Fulham) Pajjiżi l-Baxxi Robin van Persie (Arsenal)
Novembru 2009 Italja Carlo Ancelotti (Chelsea) Ingilterra Jimmy Bullard (Hull City)
Diċembru 2009 Skozja Alex McLeish (Birmingham City) Arġentina Carlos Tévez (Manchester City)
Jannar 2010 Skozja David Moyes (Everton) Ingilterra Wayne Rooney (Manchester United)
Frar 2010 Ingilterra Roy Hodgson (Fulham) Awstralja Mark Schwarzer (Fulham)
Marzu 2010 Skozja David Moyes (Everton) Franza Florent Malouda (Chelsea)
April 2010 Irlanda ta' Fuq Martin O'Neill (Aston Villa) Wales Gareth Bale (Tottenham Hotspur)

Unuri annwali[editja]

Barclays Plejer tas-Sena[editja]

L-unur tal-Plejer tas-Sena tal-Barclays intrebaħ minn Wayne Rooney ta' Manchester United.

Tim tas-Sena tal-PFA[editja]

Kowċ tas-Sena tal-FA Premier League[editja]

Harry Redknapp, 63 sena, irċieva l-unur tal-Kowċ tas-Sena għall-ewwel darba fil-karriera tiegħu, wara li rnexxielu jwassal lit-tim ta' Tottenham Hotspur fiċ-Champions League. Redknapp sar ukoll l-ewwel wieħed li rebaħ dan l-unur u li ma rebaħx it-titlu nazzjonali, minn mindu George Burley kiseb dan l-unur fl-istaġun 2000–01.

Barclays Żarbuna tad-Deheb[editja]

L-attakkant ta' Chelsea Didier Drogba rebaħ iż-Żarbuna tad-Deheb, wara li skorja 29 gowl fi 32 dehra. Dan kien it-tieni unur personali għal dan il-plejer.

Unur ta' Mertu tal-Barclays Premier League[editja]

Chelsea ġabru l-Unur ta' Mertu tal-Barclays Premier League talli kienu l-ewwel tim li skorja 100 gowl fi staġun tal-Premier League.

Referenzi[editja]

  1. ^ Portsmouth jitnaqqsulhom disa' punti. MaltaRightNow.com, 26-02-2010
  2. ^ (Ingliż) Barclays Premier League Top Scorers. FA Premier League. Aċċess tal-URL: 15-08-2009.

Ħoloq esterni[editja]