Fußball-Bundesliga
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
| Fußball-Bundesliga | |
|---|---|
![]() |
|
| Sport | Futbol |
| Fundazzjoni | 1963 |
| Parteċipanti | 18-il skwadra |
| Nazzjon(ijiet) | |
| Konfederazzjoni | UEFA |
| L-aħħar rebbieħ | VfL Wolfsburg (2008-09) |
| L-aktar rebħiet | Bayern Munich (21 titlu) |
| Sit elettroniku | www.bundesliga.de |
Il-Fußball-Bundesliga, uffiċjalment 1. Fußball-Bundesliga, hi d-diviżjoni massima tal-kampjonati sportivi fil-Ġermanja u l-Awstrija. Il-kelma Bundesliga hi wżata fil-biċċa l-kbira tal-każi biex tindika d-diviżjoni l-iktar għolja fil-ġerarkija tal-futbol Ġermaniż, li jissejaħ 1. Fußball-Bundesliga mill-istaġun 1963–64. Dan hu l-aqwa kampjonat tal-futbol fil-Ġermanja, u hu taħt il-federazzjoni tal-futbol tal-Ġermanja (DFB). Għandu tmintax-il tim bħall-kampjonat subordinat, dak ta' 2. Fußball-Bundesliga.
Werrej |
[editja] Storja
[editja] Oriġini
Qabel il-formazzjoni tal-Bundesliga, il-futbol Ġermaniż kien jintlagħab taħt livell tad-dilettanti f'numru kbir ta' kampjonati reġjonali. Ir-rebbieħa ta' dawn il-kampjonati kienu jisfidaw lil xulxin għar-rebħ tat-titlu nazzjonali. Fit-28 ta' Jannar 1900, assoċċazzjoni nazzjonali, id-Deutscher Fußball Bund (DFB) kienet fundat f'Leipzig b'86 klabb. L-ewwel tim tal-kampjonat nazzjonali kien VfB Leipzig, li għeleb lil DFC Prague 7-2 f'logħba li ntlagħbet f'Amburgu fil-31 ta' Mejju 1903.
Fis-snin ħamisn, kien hemm talbiet biex jiġi ffurmat ta' kampjonat professjonista ċentrali, speċjalment minħabba l-fatt li kampjonati professjonisti f'pajjiżi barranin kienu qed iġagħlu l-aqwa plejers tal-Ġermanja biex jitilqu l-kampjonati tad-dilettanti. Fuq livell internazzjonali, il-logħba Ġermaniża bdiet titlef il-kunfidenza hekk kif klabbs Ġermaniżi naqsu li jwettqu prestazzjoni tajba kontra klabbs professjonisti ta' pajjiżi oħra. Il-kowċ tat-tim nazzjonali Sepp Herberger kien konxju mill-fatt li kien hemm bżonn ta' kampjonat ċentrali, meta qal, "Jekk irridu li nibqgħu kompetittivi internazzjonalment, iridu ngħollu l-aspettattivi tagħna fuq il-livell nazzjonali."[1]
F'dak iż-żmien, fil-Lvant tal-Ġermanja, kampjonat separat kien stabbilit bil-formazzjoni tad-DS-Oberliga (Deutscher Sportausschuss Oberliga) fl-1950. L-isem tal-kampjonat tbiddel għal Football Oberliga DFV fl-1958 u kien ġeneralment riferut bħala sempliċiment DDR-Liga jew DDR-Oberliga. Dan il-kampjonat kellu erbatax-il tim b'żewġ postijiet ta' relegazzjoni.
[editja] Stabbiliment
It-telfa tat-tim nazzjonali mal-Jugożlavja (0-1) fil-kwarti tal-finali tat-Tazza tad-Dinja 1962 fiċ-Ċili kienet ix-xoqqa f'moxtha biex jiġi ffurmat kampjonat nazzjonali. Taħt il-presiden tad-DFB Hermann Neuberger, il-Bundesliga ġiet ikkreata f'Dortmund fit-28 ta' Lulju 1962, bl-ewwel staġun ikun dak tal-1962–64. Il-kampjonat professjonista Ġermaniż il-ġid kien mudellat fuq dak Ingliż, li kien ilu mill-1888.
F'dak iż-żmien, kien hemm ħames Oberligen, jew il-kampjonati ta' fuq, fejn kienu jirrapreżentaw it-Tramuntana, in-Nofsinhar, il-Punent, ix-Xlokk tal-Lvant tal-Ġermanja u Berlina. Il-Ġermanja tal-Lvant, taħt okkupazzjoni Sovjetika, żammet l-istruttura tal-kampjonat tagħha. 46 klabb applikaw għall-ammissjoni għall-kampjonat il-ġdid. Sittax-il tim kienu magħżula skont is-suċċess fil-grawnd, il-kriterja tal-ekonomija u r-rappreżentazzjoni ta' diversi Oberligen.
- Mill-Oberliga tat-Tramuntana: Eintracht Braunschweig, Werder Bremen, Hamburger SV
- Mill-Oberliga tal-Punent: Borussia Dortmund, 1. FC Köln, Meidericher SV (issa MSV Duisburg), Preußen Münster, FC Schalke 04
- Mill-Oberliga tax-Xlokk: 1. FC Kaiserslautern, 1. FC Saarbrücken
- Mill-Oberliga tan-Nofsinhar: Eintracht Frankfurt, Karlsruher SC, 1. FC Nuremberg, TSV 1860 München, VfB Stuttgart
- Mill-Oberliga ta' Berlin: Hertha BSC Berlin
L-ewwel logħob tal-Bundesliga ntlagħbu fl-24 ta' Awissu 1963. L-ewwel rebbieħa kienu l-favoriti 1. FC Köln, b'Meidericher SV u Eintracht Frankfurt jispiċċaw fit-tieni post bl-istess punti.
[editja] Struttura u kompetizzjoni
Iċ-ċampjin tal-futbol Ġermaniż hu deċiż bil-logħob fil-Bundesliga. Kull klabb jilgħab klabb ieħor kemm f'daru u anki barra minn daru. Oriġinarjament, rebħa kienet tiswa 2 punti, pari kien jiswa punt u telfa bla punt. Mill-istaġun 1995–96, rebħa bdiet tiswa 3 punti, u bl-istess punti għal pari jew telfa. Il-klabb bl-ikbar numru ta' punti fl-aħħar tal-istaġun isir ċampjin tal-Ġermanja. Preżentament, l-ewwel żewġ timijiet fil-klassifika jikkwalifikaw għall-fażi tal-gruppi tal-UEFA Champions League, waqt li dak tat-tielet post jikkwalifika għat-tielet rawnd preliminarju taċ-Champions League. Dawk tar-raba', tal-ħames u tas-sitt post jikkwalifikaw għall-ewwel rawnd tat-Tazza UEFA u dak it-tim fis-seba' post jingħata post għall-ewwel rawnd tal-preliminarji tat-Tazza UEFA.
Jekk timijiet huma l-istess fil-punti, il-kriterji li jiġu applikati biex jikklassifikaw it-timijiet huma (bl-ordni):
- Id-differenza tal-gowls għall-istaġun kollu.
- L-akbar numru ta' gowls skurjati matul l-istaġun kollu.
- Ir-riżultati ta' kontra xulxin (total ta' punti).
- Id-differenza ta' gowls ta' kontra xulxin.
Jekk żewġ klabbs jibqgħu xorta bl-istess punti wara dawn li ġew applikati dawn il-kriterji, allura issir partita waħda fi stadju newtrali biex jiġi determinat il-pożizzjoni fil-klassifika. Madanakollu, din qatt ma kienet ta' użu fl-istorja tal-Bundesliga.
Fuq l-għażla tal-iskwadra, tim ma jistax ikollu aktar minn ħames plejers li mhumiex mill-UE. Seba' sostituti huma permessi biex jintagħżlu, fejn tliet ikunu jistgħu jidħlu matul il-partita.
[editja] Timijiet tal-istaġun 2008–09
Għal aktar dettalji fuq l-istaġun 2008-09 tal-Bundesliga, ara hawnhekk.
- Arminia Bielefeld
- Bayer Leverkusen
- Bayern Munich
- Bochum
- Borussia Dortmund
- Borussia Mönchengladbach
- Eintracht Frankfurt
- Energie Cottbus
- Hamburger
- Hannover
- Hertha Berlin
- Hoffenheim
- Karlsruher
- 1. FC Köln
- Schalke 04
- VfB Stuttgart
- Werder Bremen
- VfL Wolfsburg
[editja] Verdiente Meistervereine
Fl-2004, l-unur tal-"Verdiente Meisterverein" (litteralment "rikonoxximent għal timijiet rebbieħa") kien introdott. L-idea, li twieldet l-Italja permezz tat-tim tal-Juventus, timmira biex tirrikonoxxi dawk it-timijiet li rebħu numru ta' kampjonati jew unuri oħra permezz ta' stilla tad-deheb fuq l-emblema tal-klabb u l-flokk tal-plejers tat-tim. L-użu hu differenti u uniku f'kull pajjiż, u fil-Ġermanja tingħata still waħda għal tliet titli, żewġ stilel għal ħames titli, tliet stilel għal għaxar titli u erba' stilel għal għoxrin titlu.
Suċċessivament, BFC Dynamo Berlin talbet li jkollha tliet stilel fuq l-emblema għar-rebħ ta' għaxar titli bejn l-1979 u l-1988. Minkejja li d-DFB ma tat l-ebda risposta, Dynamo Berlin ħadet ir-riedni f'idejha u qabbdet u għamlet tliet stilel fuq l-emblema. Din ikkawżat dibattitu, kemm minħabba li d-DFB kienet taf li t-titli mirbuħa mill-iskwadra fl-Oberliga kienu mirbuħa grazzi għall-patroċinju tal-iStasi, kif ukoll minħabba li timijiet oħra li rebħa aktar titli barra mill-Bundesliga għamlu l-istess rikjesta.
F'Novembru 2005, id-DFB waslet fil-kompromess li tagħti stilla għat-timijiet li rebħu titli oħra nazzjonali li kienu fil-massimu fis-Zweite Bundesliga fl-2004. Madanakollu, ħafna timijiet ma rrispettawx din id-direttiva: per eżempju Greuther Fürth għandu tliet stilel tal-fidd fuq l-emblema biex juri t-tliet tili mirbuħa lejn l-1910 u l-1920, u l-istess hu għal Dynamo Berlin li għandha still bin-numru 10 fuq l-emblema attwali.
Minn Mejju 2008, dawn il-klabbs huma ammessi li jilbus stilel waqt li jilgħabu fil-Bundesliga. In-numru fil-parentesi jindika n-numru ta' titli tal-Bundesliga mirbuħa.



Bayern Munich (21) (erba' stilel mill-2008–09)
Borussia Mönchengladbach (5)
SV Werder Bremen (4)
Borussia Dortmund (3)
Hamburger SV (3)
VfB Stuttgart (3)
Minn Mejju 2008, dawn il-klabbs huma ammessi li jilbsu stilla waħda waqt li jilgħabu barra mill-Bundesliga. In-numru fil-parentesi jindika n-numru ta' titli tal-kampjonat nazzjonali mirbuħa matul il-kors tal-istorja tal-futbol Ġermaniż, u jkun inkluż fl-istilla.
FC Bayern Munich (21)
Berliner FC Dynamo (10)
1. FC Nuremberg (9)
Dynamo Dresden (8)
FC Schalke 04 (7)
Borussia Dortmund (6)
Hamburger SV (6)
FC Viktoria Frankfurt (6)
Borussia Mönchengladbach (5)
VfB Stuttgart (5)
SV Werder Bremen (4)
1. FC Kaiserslautern (4)
1. FC Magdeburg (3)
FC Erzgebirge Aue (3)
Lokomotive Leipzig (3)
FC Carl Zeiss Jena (3)
1. FC Köln (3)
SpVgg Greuther Fürth (3)
[editja] Rekords
| Plejer | Perjodu | Klabb[3] | Partiti | |
|---|---|---|---|---|
| 1 | Karl-Heinz Körbel | 1972–1991 | Eintracht Frankfurt | 602 |
| 2 | Manfred Kaltz | 1971–1991 | Hamburger SV | 581 |
| 3 | Oliver Kahn | 1987–2008 | FC Bayern Munich | 557 |
| 4 | Klaus Fichtel | 1965–1988 | FC Schalke 04 | 552 |
| 5 | Miroslav Votava | 1976–1996 | SV Werder Bremen | 546 |
| 6 | Klaus Fischer | 1968–1988 | FC Schalke 04 | 535 |
| 7 | Eike Immel | 1978–1995 | VfB Stuttgart | 534 |
| 8 | Willi Neuberger | 1966–1983 | Eintracht Frankfurt | 520 |
| 9 | Michael Lameck | 1972–1988 | VfL Bochum | 518 |
| 10 | Uli Stein | 1978–1997 | Hamburger SV | 512 |
| Plejer | Perjodu | Klabb[5] | Gowls | |
|---|---|---|---|---|
| 1 | Gerd Müller | 1965–1979 | FC Bayern Munich | 365 (Ø 0,85) |
| 2 | Klaus Fischer | 1968–1988 | FC Schalke 04 | 268 (Ø 0,50) |
| 3 | Jupp Heynckes | 1965–1978 | Borussia Mönchengladbach | 220 (Ø 0,60) |
| 4 | Manfred Burgsmüller | 1969–1990 | Borussia Dortmund | 213 (Ø 0,48) |
| 5 | Ulf Kirsten | 1990–2003 | Bayer 04 Leverkusen | 181 (Ø 0,52) |
| 6 | Stefan Kuntz | 1983–1999 | 1. FC Kaiserslautern | 179 (Ø 0,40) |
| 7 | Dieter Müller | 1973–1986 | 1. FC Köln | 177 (Ø 0,58) |
| 8 | Klaus Allofs | 1975–1993 | 1. FC Köln | 177 (Ø 0,42) |
| 9 | Hannes Löhr | 1964–1977 | 1. FC Köln | 166 (Ø 0,44) |
| 10 | Karl-Heinz Rummenigge | 1974–1984 | FC Bayern Munich | 162 (Ø 0,52) |
[editja] Ara wkoll
[editja] Referenzi
- ^ Tradotti minn: "If we want to remain competitive internationally, we have to raise our expectations at the national level."
- ^ Germany - All-Time Most Matches Played in Bundesliga (Ingliż)
- ^ Fejn il-plejer lagħab l-aktar partiti.
- ^ (West) Germany - Top Scorers (Ingliż)
- ^ Fejn il-plejer skorja l-aktar gowls
[editja] Ħoloq esterni
- (Ġermaniż) Sit uffiċjali
- Mappa ta' kull klabb fil-Ġermanja
- (Ġermaniż) DFB — Deutscher Fußball Bund (Federazzjoni tal-futbol tal-Ġermanja)
- (Ġermaniż) Kicker.de
