Serie A
| Staġun jew kompetizzjoni attwali: 2012–13 Serie A |
|
Serie A |
|
| Sport | Futbol |
|---|---|
| Fundazzjoni | 1898 |
| Nru. ta' timijiet | 20 |
| Reġjun | |
| Ċampjin attwali | Juventus (2012–13) |
| L-aktar rebħiet | Juventus (29 titlu) |
| Sit elettroniku | www.legaseriea.it |
Serie A jew Serie A TIM, hija kompetizzjoni professjonali tal-klabbs tal-futbol li jinsabu fil-quċċata tas-Sistema tal-kampjonat tal-futbol taljan u ilha topera għal aktar minn 80 sena mill-istaġun 1929-30. Hija kienet ġiet organizzata minn Lega Calcio sal-2010,imma kampjonat ġdid league,il-Lega Serie A,kienet maħluqa għall-istaġun 2010-11. Is-Serie A hija meqjusa bħala waħda mill-aqwa kampjonati tal-futbol fid-dinja. Is-Serie A kienet ikkunsidrata l-aqwa kampjonat fid-dinja fis-snin 90, sa nofs is-sena 2000.[1]Is-Serie A pproduċiet l-ogħla numru ta' finalisti tal-European Cup: il-Klabbs Taljani laħqu l-finali tal-kompetizzjoni fuq 26 rekord fuq okkażjonijiet differenti,u rebħu t-titolu tnax-il darba.[2] Is-Serie A hija kklassifika r-4 fost il-kampjonati Ewropej skond il-UEFA's league coefficient wara l-Premier League Ingliża , La Liga Spanjola u l-Bundesliga Ġermaniża, li hija bbażata fuq il-prestazzjoni tal-klabbs Taljani fiċ-Champions League u l-Europa League.[3] Hija wkoll kklassifikata il-5 fid-dinja skond l-ewwel tendenzi tar-rata tal-IFFHS.[4]
Fil-format attwali tagħha, l-Italian Football Championship ġiet riveduta minn wara rawnds reġjonali u interreġjonali, għal kampjonat b'rawnd wieħed mill-istaġun 1929–30 'il quddiem. It-titoli kampjonat li ntrebħu qabel l-1929 huma rikonoxxuti uffiċjalment mill-FIGC bħala l-istess kampjonat b'mod dawk minn dakinhar. Fl-istaġun 1945–46, meta l-kampjonat ntlagħab fuq żewġ gruppi ġeografiċi minħabba il-WWII, mhux statistikament meqjus, anki jekk it-titolu huwa kompletament uffiċjali.[5]
Il-kampjonat jospita l-aktar 3 klabbs famużi fid-dinja bħala Juventus, Milan u l-Internazionale, kollha membri fundaturi tal-G-14, grupp li jirrappreżenta l-akbar klabbs u l-aktar prestiġjużi tal-futbol Ewropej; is-Serie A kienet l-unika kampjonat li pproduċiet tliet membri fundaturi.[6] L-aktar plejers li rebħu l-unur tal-Ballon d'Or waqt li jilagħbu fi klabb tas-Serie A minn kwalunkwe kampjonat ieħor fid-dinja.[7] Milan huwa wieħed mill-aktar żewġ klabbs li għandhu titoli internazzjonali uffiċjali fid-dinja.[8] Juventus, l-aktar klabb ta 'suċċess fl-Italja tas-seklu 20 [9] u l-aktar tim taljan suċċessiv,[10] huwa marbut ir-raba fl-Ewropa u 8 fid-dinja fl-istess grad.[11] Il-klabb huwa l-uniku wieħed fid-dinja li rebaħ l-uffiċjal tal-kompetizzjonijiet kontinentali u titlu dinji.[12][13][14] L-Internazionale, wara kisbiet tagħhom fil-istaġun 2009–10, li sar l-ewwel tim Taljan li kiseb it-tripletta.[15]
Werrej |
Storja [editja]
Serie A, kif hija strutturata illum, bdiet fl-1929. Minn 1898-1922 il-kompetizzjoni kienet organizzata fi gruppi reġjonali. Minħabba dejjem jikbru timijiet fil-kampjonati reġjonali, FIGC taqsam il-CCI (Konfederazzjoni tal-Futbol Taljan) fl-1921. Fl-1926 minħabba l-kriżijiet interni FIGC bidlu l-issettjar interni fit-timijiet tan-Nofsinhar għad-diviżjonijiet nazzjonali li jwasslu għal ftehim finali tal-1929/1930. L-ebda titolu ngħata fl-1927 wara li Torino kienu barra mill-kampjonat tal-Italian Football Federation (FIGC). Torino kienu ddikjarati ċampjins fl-istaġun 1948-49 meta ġara l-kraxx ta' ajruplan qrib it-tmiem tal-istaġun li fih il-tim kollu miet.
Il-Kampjonat tas-Serie A huwa spiss imsejjaħ bħala l-iscudetto (shield żgħira) minħabba li l-istaġun 1924-25 it-tim rebbieħ kellhom kowt żgħira ta 'armi bil-bandiera taljana fuq il-flokk. L-aktar tim taljan suċċessiv huwa Juventus bi 28 titlu, u warajhom hemm Milan (18), Internazionale (18), u Genoa (9). Mill-2004–05 'il quddiem it-trofew reali ngħata lill-klabb fil-grawnd wara l-aħħar dawra tal-kampjonat. It-Trofew, imsejjaħ Coppa Campioni d'Italia, huwa uffiċjali mill-istaġun 1960-61, imma bejn 1961 u 2004 kien kkunsinnat lill-klabbs rebbieħa fl-uffiċċju prinċipali tal-Lega Nazionale Professionisti.
Fit-30 t'April 2009, is-Serie A kienet maqsuma mas-Serie B. 19 minn 20 klabb ivvota favur il-moviment fl-argument fuq id-drittijiet tat-televiżjoni. It-tim tar-Relegazzjoni Lecce ivvuta kontra. Maurizio Beretta, l-eks kap tal-assoċjazzjoni prinċipali tal-Italja, se jkun il-president tal-kampjonat ġdid.[16][17][18][19]
Ċampjins [editja]
| Club | Rebbieħa | Runners-up | Staġuni |
|---|---|---|---|
| Juventus |
|
|
1905, 1925–26, 1930–31, 1931–32, 1932–33, 1933–34, 1934–35, 1949–50, 1951–52, 1957–58, 1959–60, 1960–61, 1966–67, 1971–72, 1972–73, 1974–75, 1976-77, 1977–78, 1980–81, 1981–82, 1983–84, 1985–86, 1994–95, 1996–97, 1997–98, 2001–02, 2002–03, 2011–12 |
| Internazionale |
|
|
1909–10, 1919–20, 1929–30, 1937–38, 1939–40, 1952–53, 1953–54, 1962–63, 1964–65, 1965–66, 1970–71, 1979–80, 1988–89, 2005–06, 2006–07, 2007–08, 2008–09, 2009–10 |
| Milan |
|
|
1901, 1906, 1907, 1950–51, 1954–55, 1956–57, 1958–59, 1961–62, 1967–68, 1978–79, 1987–88, 1991–92, 1992–93, 1993–94, 1995–96, 1998–99, 2003–04, 2010–11 |
| Genoa |
|
|
1898, 1899, 1900, 1902, 1903, 1904, 1914–15, 1922–23, 1923–24 |
| Torino |
|
|
1927–28, 1942–43, 1945–46, 1946–47, 1947–48, 1948–49, 1975–76 |
| Bologna |
|
|
1924–25, 1928–29, 1935–36, 1936–37, 1938–39, 1940–41, 1963–64 |
| Pro Vercelli |
|
|
1908, 1909, 1910–11, 1911–12, 1912–13, 1920–21, 1921–22 (CCI) |
| Roma |
|
|
1941–42, 1982–83, 2000–01 |
| Lazio |
|
|
1973–74, 1999–2000 |
| Fiorentina |
|
|
1955–56, 1968–69 |
| Napoli |
|
|
1986–87, 1989–90 |
| Cagliari |
|
|
1969–70 |
| Casale |
|
|
1913–14 |
| Novese |
|
|
1921–22 (FIGC) |
| Sampdoria |
|
|
1990–91 |
| Hellas Verona |
|
|
1984–85 |
- It-titolu 1926–27 kien inizjalment mirbuħ minn Torino, iżda kien revokat minħabba x-xiri tal-logħob minn Allemandi.
- It-titolu 2004-2005 kien inizjalment mirbuħ minn Juventus,iżda kien revokat minħabba l-iskandlu tal-Calciopoli.
- It-titolu 2005-2006 scudetto kien temporanjament sub judice, qabel Internazionale kienet mogħtija t-titolu, mill-penalties bejn Juventus u Milan.[20]
- Id-dekorazzjoni ngħata lill-Spezia Calcio fl-2002 mill-FIGC għall-kampjonat tal-1944 waqt il-gwerra. Madankollu, il-Federazzjoni qalet li ma tistax tiġi kkunsidrata bħala Scudetto'.
- Il-Bold jindika l-klabbs li bħalissa jilagħbu fl-ogħla diviżjoni.
Klabbs tas-Serie A [editja]
Qabel l-1929, ħafna klabbs ikkompetew fl-ogħla livell tal-futbol Taljan bħala r-rawnds preċedenti kienu kkompetew sa 1922 fuq bażi reġjonali imbagħad interreġjonali sa 1929. Hawn taħt hawn lista ta' klabbs tas-Serie A li kienu kkompetew fil-kompetizzjoni meta ġie format l-kampjonat (62 b'kollox).
Staġuni fis-Serie A [editja]
|
|
It-timijiet bil-bold jikkompetu fis-Serie A bħalissa. Internazionale huwa l-uniku tim li minn dejjem jilgħab fis-Serie A.
Referenzi [editja]
- ^ http://www.uefa.com/memberassociations/association=ita/honours/index.html
- ^ Kevin Ashby. (Ingliż) Serie A reiterates star quality. UEFA.com, 2007-05-24
- ^ UEFA Country Ranking 2011
- ^ (IT) (Ingliż) "The English Premier League is not more the No.1 of the world !", IHHS, 22-07-2010.
- ^ (Ingliż) Page 21: official statistical records recognized by FIGC (PDF)
- ^ (Ingliż) G-14's members
- ^ (Ingliż) European Footballer of the Year ("Ballon d'Or")
- ^ (Ingliż) Milan top of the world! (arkivjat mill-URL oriġinali nhar il-18-12-2007)
- ^ (Ingliż) Europe's club of the Century
- ^ (Ingliż) Juventus building bridges in Serie B
- ^ Fourth most successful European club for most official international club competitions (continental and world—Intercontinental and/or World Club Cup—tournaments) won with 11 titles. Third most successful club in Europe for confederation club competition titles won (11) (EN) .
- ^ Minbarra, Juventus FC kien l-ewwel klabb f'assoċjazzjoni tal-istorja tal-futbol li rebeħ il-kompetizzjonijiet konfederattivi (eż kompetizzjonijiet internazzjonali organizzat mill-UEFA) u jibqgħu marbuta mal-Étoile Sportive du Sahel tat-Tuneżija bħala l-uniku fid-dinja biex jintlaħaq dan. (Ingliż) Legend: List of UEFA club competitions
(Ingliż) ES du Sahel: Étoile Sahel, an African institution - ^ (Spanjol) "La primera final italiana" (PDF), La Vanguardia, 2003-05-15, p. 55, p. 55.
- ^ (Ingliż) "We are the champions", Fédération Internationale de Football Association, 2005-12-01.
- ^ Inter join exclusive treble club
- ^ (Ingliż) "Serie A to form breakaway league - BBC Sport", BBC News, 2009-04-30.
- ^ Serie A clubs to set up their own league - Washington Post (EN)
- ^ (Ingliż) Serie A set for breakaway. SkySports, 2009-04-30
- ^ (Ingliż) "Italian league splits in two after meeting ends in stalemate", Guardian, 2009-04-30.
- ^ Serie A Roll of Honour, Sit uffiċjali tas-Serie A
|
|||||||||||
|
||||||||