Ballun tad-Deheb
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Il-Ballun tad-Deheb (bil-Franċiż għal "Ballon d'Or", li hu ħafna drabi referut bħala l-unur tal-Plejer Ewropew tas-Sena) hu unur tal-futbol li beda jingħata mill-1956 mir-rivista Franċiża France Football. Il-"Ballon d'Or", li hu mogħti kull sena lil dak il-plejer li matul l-istaġun preċedenti jkun wettaq prestazzjonijiet mill-aqwa, hu mħares bħala l-aktar unur individwali prestiġjuż tal-futbol.
Qabel l-2007, il-plejer kellu jkun membru ta' klabb ibbażat fil-ġurisdizzjoni tal-UEFA biex ikun jista' jikkwalifika għas-selezzjoni; u sal-1995 plejer kellu jkun ukoll ta' nazzjonalità Ewropea biex ikun eleġibbli. It-tibdil tar-regoli fl-2007 ra plejers mill-Qatar, l-Istati Uniti, il-Messiku, il-Brażil u l-Arġentina msemmiha fil-lista tan-nominati flimkien ma' dawk minn klabbs Ewropej.[1]
Sa Ottubru tal-2007, 96 ġurnalist tal-futbol minn madwar id-dinja iddeċidew ir-rebbieħ minn lista ta' 50 nominati minn France Football; qabel din 52 ġurnalist Ewropew għażlu rebbieħ li ried jilgħab għal klabb Ewropew. Kull votant jagħżel ħames plejers mil-lista tal-50 nominat, u jagħtuhom minn wieħed sa ħames punti. Ir-rebbieħ ikun determinat bin-numru totali ta' punti. Plejers li jispiċċaw fit-tieni u fit-tielet post fil-votazzjoni jingħataw medalji tal-fidda u tal-bronż.[1]
Werrej |
[editja] Rebbieħa
Dan l-unur ingħata 52 darba mill-1956, fejn kien hemm 41 rebbieħ differenti. Tliet plejers biss irnexxielhom jirbħu dan l-unur tliet darbiet, fejn dawn huma Johan Cruyff, Marco van Basten u Michel Platini, waqt li ħames plejers rebħuh darbtejn. Johan Cruyff u Franz Beckenbauer iżommu r-rekord li rċevew il-voti mill-ġurija għall-akbar numru konsekuttivi ta' snin (12-il sena). Dawk li rebħu il-Ballun tad-Deheb huma indikati b'tipa ħoxna, kif ukoll il-klabbs li kienu jilgħabu magħhom fl-istaġun meta rebħu l-unur.
[editja] Rebħiet
[editja] Skont il-plejer
[editja] Skont il-pajjiż
* Di Stefano and Sivori kienu plejers Arġentini imma huma akwistaw iċ-ċittadinanza Spanjola u Taljana rispettivament.
[editja] Skont il-klabb
Il-klabbs huma klassifikati skont in-numru ta' unuri ta' Ballun tad-Deheb mirbuħa mill-plejers tagħhom waqt il-perjodu li kienu mal-klabb. Klabbs li r-rebbieħa tal-Ballun tad-Deheb lagħbu magħhom matul l-ewwel nofs tas-sena biss mhumiex inklużi.
* Il-plejer kien membru tal-klabb fit-tieni parti tas-sena biss.
[editja] Ara wkoll
[editja] Referenzi
- ^ a b Reglement du « Ballon d’Or France Football » (Franċiż). France Football. Aċċessata nhar il-02-11-2008.
[editja] Ħoloq esterni
- (Franċiż) Il-paġna tal-"Ballon d'Or" fuq is-sit uffiċjali ta' France Football
- Rekords u dettalji oħra fuq RSSSF.com
|
|||||||||||||||||||||||||||||