George Best

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
George Best
George best 1976.jpg
Informazzjoni personali
Isem sħiħ George Best
Twelid 22 ta' Mejju 1946(1946-05-22)
Belfast
Pajjiż Bandiera tal-Irlanda ta' Fuq Irlanda ta' Fuq
Mewt 25 ta' Novembru 2005 (59 sena)
Londra
Rwol Ġwejnħa
Klabbs ġovanili
1961–1963 Manchester United
Klabbs professjonali*
Snin Klabb Preż Gwls
1963–1974 Manchester United 361 (137)
1974 Jewish Guild (self) 5 (0)
1974 Dunstable Town (self) 0 (0)
1975 Stockport County 3 (2)
1975–1976 Cork Celtic 3 (0)
1976 Los Angeles Aztecs 23 (15)
1976–1978 Fulham 42 (8)
1977–1978 Los Angeles Aztecs 32 (12)
1978–1979 Fort Lauderdale Strikers 26 (6)
1979–1981 Hibernian 17 (3)
1980–1981 San Jose Earthquakes 56 (28)
1980–1981 San Jose Earthquakes (indoor) 16 (25)
1982 Sea Bee 2 (0)
1982 Hong Kong Rangers 1 (0)
1983 Bournemouth 5 (0)
1983 Brisbane Lions 2 (0)
1983 Osborne Park Galeb 1 (1)
1983 Nuneaton Borough
1984 Tobermore United 1 (0)
Total 579 (205)
Tim nazzjonali
1964–1977 Irlanda ta' Fuq 37 (9)
* Il-preżenzi u l-gowls fil-karriera professjonali huma validi biss għall-kampjonat domestiku.

George Best (Belfast, 22 ta' Mejju 1946Londra, 25 ta' Novembru 2005) kien plejer professjonali tal-futbol Nord-Irlandiż, magħruf l-aktar għas-snin li kien qatta' ma' Manchester United. Hu kien jilgħab bħala ġwejnħa fejn il-logħba tiegħu kienet tkun kombinazzjoni ta' veloċità, aċċelerazzjoni, bilanċ, l-abilità li jixxutja biż-żewġ saqajn, il-gowls li jiskorja u l-kapaċità li jaqbeż lid-difensuri.[1] Fl-1968, deskritta bħala l-aqwa sena li qatt kellu fil-karriera, hu rebaħ it-Tazza taċ-Ċampjins ma' Manchester Unied, u ġie nkurunat bħala l-Plejer Ewropew tas-Sena. Hu kien regulari mat-tim tal-Irlanda ta' Fuq, però fis-37 logħba li lagħab qatt ma rnexxielu jwassalhom sat-Tazza tad-Dinja.

Fl-1999 hu ġie ivvutat fil-ħdax-il post, wara Marco van Basten, fl-elezzjoni tal-Plejer Ewropew tas-Seklu skont l-IFFHS, u fis-sittax-il post, wara Lothar Matthäus, fl-elezzjoni tal-Plejer tas-Seklu.[2] Pelé, fl-2004, semmieh fil-lista personali tal-125 l-aqwa plejer ħajjin fil-FIFA 100 u Best ġie msemmi fid-dsatax-il post, wara Gerd Müller, fis-Sondaġġ tal-Ġublew tad-Deheb tal-UEFA. F'pajjiżu, l-ammirazzjoni lejn hi mqassra fil-frażi lokali li tgħid: "Maradona tajjeb; Pelé itjeb; George Best l-aqwa."[3]

Hu kien fost l-ewwel plejers ċelebrità, però l-istil ta' ħajja ekstravaganti li kien jgħix wassluh għal problemi mal-alkoħoliżmu li qattgħu bin-nofs il-karriera tiegħu, u eventwalment għall-mewt tiegħu f'Novembru tal-2005 fl-età ta' 59. Il-kawża ta' mewtu kienet infezzjoni fil-kliewi.

Is-snin tal-bidu[editja]

George Best kien l-ewwel wild ta' Dicky Best (1920 - 2008) u Anne Withers (1923 - 1978), u trabba fi Cregagh, f'Belfast. Best kellu ħames aħwa, erba' tfajliet li kienu Carol, Barbara, Julie u Grace, u ħuħ l-ieħor kien Ian. Missier Best miet fis-16 ta' April 2008, waqt li ommu mietet fl-1978 kawża ta' marda relatata mal-alkoħoliżmu. Fl-età ta' 11-il sena, fl-1957, Best ingħata ċ-ċans li jattendi l-iskola akkademika ta' Grosvenor Grammar School, però minħabba li l-iskola kienet tagħti ċertu importanza lil-logħba tar-rugbi aktar mill-futbol, hu beda jattendi l-iskola ta' Lisnasharragh Secondary School, fejn ingħaqad ma' diversi ħbieb mill-iskola primarja u tatu ċ-ċans li jiffoka fuq il-futbol.

Karriera[editja]

Manchester United (1963–1974)[editja]

Fl-età ta' ħmistax-il sena, Best kien skopert f'Belfast minn Bob Bishop li kien jaħdem f'isem il-klabb Ingliż ta' Manchester United, fejn it-telegramma li dan tal-aħħar bagħat lill-kowċ ta' United ta' dak iż-żmien Matt Busy kienet tgħid: "Naħseb li sibtlek ġenju."[4] Il-klabb lokali ta' Glentoran kien irrifjutawh qabel minħabba li kien wisq żgħir u debboli."[5] Best kien sussegwentament ingħata prova.

Id-debutt ta' Best ma' Manchester United wasal fl-14 ta' Settembru 1963, meta kellu 17-il sena, kontra West Bromwich Albion ġewwa Old Trafford fir-rebħa ta' 1–0. Ġimgħatejn wara Best skorja l-ewwel gowl tiegħu kontra Burnley. Sa tmiem l-istaġun Best kien skorja sitt gowls, hekk kif Manchester United spiċċaw it-tieni wara ċ-ċampjins Liverpool.

Fit-tieni staġun tiegħu, Best u Manchester United kisbu t-titlu nazzjonali. Best spiċċa qalb il-fomm ta' ħafna nies, meta fl-età ta' għoxrin sena skorja żewġ gowls fil-kwarti tal-finali tat-Tazza taċ-Ċampjins kontra Benfica fl-1996, u fost l-istampa kien imlaqqam bħala "O Quinto Beatle" (Il-Ħames Beatle").

It-talent li kien iħaddan Best wassluh biex ikun favorit qalb il-folla u mal-istampa. Hu kien imlaqqam bħala "il-ħames Beatle" minħabba x-xagħar twil li kellu, l-isbuħija estetika u l-ħajja ekstravaganti ta' ċelebrità. Laqmijiet oħra jinkludu "Belfast Boy" u ħafna drabi kien riferut bħala Georgie, jew Geordie f'Belfast.[6]

L-istaġun 1966–67 kien staġun ieħor ta' suċċess għal Manchester United hekk kif reġgħu kisbu t-titlu b'distakk ta' erba' punti. L-istaġun segwenti Best sar rebbieħ tat-Tazza taċ-Ċampjins wara li skorja fil-finali kontra Benfica. United rebħu 4–1 u Best kien aktar tard inkurunat bħala l-Plejer Ewropew tas-Sena u l-Plejer tas-Sena tal-Assoċjazzjoni Kittieba. Minn dakinhar, però, bdiet in-niżla tiegħu.

Best fetaħ żewġ diskoteki f'Manchester lejn l-aħħar tas-snin sittin, u anki kellu f'idejh ħwienet tal-ħwejjeġ. Madanakollu, bdew il-problemi tal-logħob tal-azzard, tal-alkoħol u beda jiġġera ma' diversi nisa.

Best lagħab ma' United meta n-numri tal-flokkijiet kienu jingħataw skont liema pożizzjoni tilgħab, bil-mod tradizzjonali Ingliż, u mhux skont liema numru jrid il-plejer. Meta Best kien jilgħab fuq il-ġwejnħa l-leminija, bħalma kien jagħmel lejn l-aħħar fażijiet tal-1966 u tat-Tazza taċ-Ċampjins 1968, hu kien jilgħab bin-numru 7. Bħala ġwejnħa xellugija, fejn lagħab esklussivament fl-istaġun debuttanti tiegħu u kważi l-istaġun 1971–72 kollu, kellu l-flokk numru 11. Best lagħab ukoll bin-numru 8 darba fis-snin sittin u f'aktar minn nofs tal-partiti matul l-1970–71; hu libes ukoll il-flokk numru 10 fl-1972, imma rritorna bin-numru 11 għall-ħarifa tal-1973. Best lagħab darba anki bin-numru 9, b'Bobby Charlton imweġġa', fit-22 ta' Marzu 1969, f'Old Trafford, fejn skorja l-uniku gowl fit-telfa ta' 1–0 kontra Sheffield Sheffield Wednesday.[7].

Fl-1974, fl-età ta' 27 sena, Best għalaq il-kapitlu mat-tim ta' United. L-aħħar logħba kompetittiva mal-klabb kienet fl-1 ta' Jannar 1974, f'Loftus Road kontra Queens Park Rangers. Best, għamel total ta' 470 dehra għal Manchester United fil-kompetizzjonijiet kollha bejn l-1963 u l-1974, u skorja 174 gowls (fosthom sitt gowls f'logħba waħda kontra t-tim mir-raba' diviżjoni Northampton Town). Hu kien l-aqwa skorer tal-klabb għal sitt staġuni konsekuttivi, u kien l-aqwa skorer tal-Ewwel Diviżjoni fl-1967–68. Fis-snin segwenti hu kompla sejjer għan-niżla, fejn ittrasferixxa ma' diversi klabb, fosthom avventuri fl-Irlanda, l-Amerika, l-Iskozja u fl-Awstralja.

Fulham FC (1976–1977)[editja]

Best tejjeb il-forma tiegħu mal-wasla mal-klabb ta' Fulham għall-istaġun 1976–77, fejn minkejja li kien qrib it-tletin, żamm xorta l-kapaċitajiet li kellu fl-aqwa żmenijiet tiegħu. Best, aktar tard f'ħajtu stqarr li ż-żmien li qatta' mal-Cottagers kien sodisfaċenti, minkejja li ma rebaħ l-ebda unur.

Stati Uniti (1976–1981)[editja]

Best lagħab għal tliet klabb fl-Istati Uniti: Los Angeles Aztecs, Fort Lauderdale Strikers u San Jose Earthquakes; hu wkoll lagħab ma' Detroit Express f'numru ta' partiti li għamlu fl-Ewropa. Hu kien suċċess fil-grawnd, fejn irnexxielu jiskorja 15-il gowl f'24 logħba fl-ewwel staġun mal-Aztecs u ġie msemmi bħala l-aqwa midfilder tal-NASL fit-tieni staġun tiegħu.[8]

Fit-tieni staġun fl-Istati Uniti, Best skorja darba biss fi tnax-il logħba. It-trasferimenti mat-timijiet ta' Fort Lauderdale u San Jose kienu diżappuntanti, hekk kif il-vizzji barra mill-grawnd reġgħu ħadu kontroll ta' ħajtu. Wara li naqas li jaqbel it-termini mal-Bolton Wanderers fl-1981, hu kien mistieden fil-Ġappun fejn lagħab tliet partiti għal żewġ timijiet fl-Ewwel Diviżjoni tal-Ħong Kong fl-1982.[9]

Bournemouth (1982–1983)[editja]

Lejn tmiem l-1982, il-kowċ ta' Bournemouth Don Megson iffirma lil Best li issa kien jgħodd mas-36 sena, fejn dan tal-aħħar baqa mal-klabb tat-Tielet Diviżjoni, meta finalment irtira mill-futbol fl-età ta' 37 sena.

Partita ta' testimonjanza (1988)[editja]

Fl-1988, partita testimonjali nżamment għal Best f'Windsor Park. Fost il-folla kien hemm Sir Matt Busby u Bob Bishop, il-persuna li skopra lil Best, waqt li dawk li lagħbu kienu jinkludu lil Ossie Ardiles, Pat Jennings u Liam Brady. Best skorja darbtejn, wieħed minn barra l-kaxxa, u l-ieħor minn penalty.

Karriera internazzjonali[editja]

Hu lagħab 37 darba għat-tim nazzjonali Nord-Irlandiż, fejn skorja disa' gowls. Mid-disa' gowls li skorja mat-tim nazzjonali, erbgħa waslu kontra Ċipru u wieħed kull wiħed kontra l-Albanija, l-Ingilterra, l-Iskozja, it-Turkija u l-Iżvizzera.

Fil-15 ta' Mejju 1971, Best skorja possibilment l-iktar "gowl" famuż tal-karriera tiegħu ġewwa Windsor Park f'Belfast kontra l-Ingilterra. Hekk kif Gordon Banks, il-gowler tal-Ingilterra, kien qed jipprepara biex itella' l-ballun minn ġol-kaxxa tiegħu, Best irnexxielu li jilħaq il-ballun l-ewwel x'ħin Banks kien se jixxutja, u l-ballun qabeż fuq it-tnejn li huma b'Best javvanza u bir-ras jiskorja f'lasta vojta. Dan il-gowl ma kienx konvalidat minħabba kondotta skoretta.

Best kompla jintgħażel mat-tim nazzjonali matul is-snin sebgħin, minkejja l-problemi kontinwi ġewwa u barra l-grawnd. Minkejja dan, xorta baqa' juri l-ġenju naturali li kien iħaddan. Fl-1976, l-Irlanda ta' Fuq spiċċaw kontra l-Olanda f'Rotterdam bħala waħda mill-partiti ta' kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 1978. L-Olanda – f'nofs triq lejn dehriet suċċessivi fil-fażi finali tat-Tazza tad-Dinja – u b'Johann Cruyff fl-aqwa forma f'dak il-mument; ħames minuti fil-partita Best irċieva ballun fuq ix-xellug. Minflok ma avvanza lejn il-lasta hu baqa' fuq il-faxxa fejn għeleb lil tliet Olandiżi qabel ma quddiemu sab lil Cruyff. Best mexxa l-ballun lejn l-avversarju u għadda l-ballun minn bejn saqajn Cruyff - b'hekk Best kien għeleb diskutibilment l-aqwa plejer fid-dinja f'dik l-epoka.[10]

Għat-Tazza tad-Dinja 1982, il-kowċ tat-tim nazzjonali Billy Bingham kien ikkunsidra l-għażla ta' Best, però fl-età ta' 36 sena bit-talent li kien iħaddan imtappan bl-età u bix-xorb, hu ma ntgħażilx mat-tim Nord-Irlandiż.

Unuri[editja]

Klabb[editja]

Ingilterra Manchester United

Individwali[editja]

Statistika tal-karriera[editja]

Prestazzjoni mal-klabb Kampjonat Tazza Total
Staġun Klabb Kampjont App Gowls App Gowls App Gowls
Ingilterra Kampjonat FA Cup Total
1963–64 Manchester United L-Ewwel Diviżjoni 17 4
1964–65 41 10
1965–66 31 9
1966–67 42 10
1967–68 41 28
1968–69 41 19
1969–70 37 15
1970–71 40 18
1971–72 40 18
1972–73 19 10
1973–74 12 2
1974–75 Dunstable Town 5 0
1975–76 Stockport County L-Ewwel Diviżjoni 3 2
Repubblika tal-Irlanda Kampjonat Tazza tal-Irlanda Total
1975–76 Cork Celtic L-Ewwel Diviżjoni 3 0
Stati Uniti Kampjonat Lamar Hunt U.S. Open Cup Total
1976 Los Angeles Aztecs NASL 23 15
Ingilterra Kampjonat FA Cup Total
1976–77 Fulham It-Tieni Diviżjoni 32 6
1977–78 10 2
Stati Uniti Kampjonat Lamar Hunt U.S. Open Cup Total
1977 Los Angeles Aztecs NASL 20 11
1978 12 1
1978 Fort Lauderdale Strikers NASL 9 4
1979 19 2
Skozja Kampjonat Tazza tal-Iskozja Total
1979–80 Hibernian L-Ewwel Diviżjoni 13 3
1980–81 L-Ewwel Diviżjoni 4 0
Stati Uniti Kampjonat Lamar Hunt U.S. Open Cup Total
1980 San Jose Earthquakes NASL 26 8
1981 30 13
Ingilterra Kampjonat FA Cup Total
1982–83 Bournemouth It-Tielet Diviżjoni 5 0
Awstralja Kampjonat FA Cup Total
1983 Brisbane Lions National Soccer League 4 0
Total Ingilterra 416 147
Irlanda 3 0
Stati Uniti 139 54
Skozja 17 3
Awstralja 4 0
Total fil-karriera 579 204

Il-mard u l-mewt[editja]

Daħla tal-Belfast City Hall ftit wara l-mewt ta' Best, Dehra oħra.
Graffiti li jonoraw lil Best bħal dawn f'New Lodge, li dehru madwar Belfast kollu wara mewtu.

Best kompla jixrob, u xi drabi kien ikun fil-pub lokali f'Surbiton, Surrey. Fit-3 ta' Ottubru 2005, Best ġie ammess fl-isptar privat Cromwell Hospital għal kura intensiva, wara li kien qed isofri minn infezzjoni fil-kliewi kkważati mill-effetti ta' drogi wżati biex jipprevjenu lil ġismu milli jirrifjuta t-trapjant tal-fwied. Fis-27 ta' Ottubru, xi gazzetti stqarrew li Best kien qrib il-mewt tiegħu, u bagħtu messaġġi ta' kondoljanza lejn il-qraba tiegħu. Il-kundizzjonijiet ta' Best tjiebu għall-bidu, però reġgħu ddeterjoraw f'Novembru. Fl-20 ta' Novembru, it-tablojd Brittaniku News of the World ippubblika stampa ta' Best li kienet rikjesta personali tiegħu, fejn turi lilu fis-sodda tal-isptar, flimkien ma' dak li kien irrapurtat bħala l-aħħar messaġġ: "Tmutux bħali". Dan il-messaġġ deher bħala messaġġ ta' twissija biex oħrajn ma jirriskjawx li jsofru destin simili b'riżultat tal-alkoħoliżmu.

Fis-sigħat bikrin tal-25 ta' Novembru 2005 it-trattament ġie mwaqqaf; eventwalment hu miet, fl-età ta' 59 sena, wara battalja li damet aktar milli t-tobba kienu qed jistennew, fis-13:06 GMT ta' dik l-istess ġurnata riżultat ta' infezzjoni fil-pulmun u fallimenti multipli fl-organi.[11][12]

Il-Premier League ħabbar li qabel kull partita ta' tmiem il-ġimgħa skedati fil-Premiership se tiġi miżmuma minuta ta' silenzju bħala tifkira għal mewt ta' Best; f'ħafna mill-istadji, din il-minuta ta' silenzju minflok serviet bħala minuta ta' applawż f'unur tiegħu. L-ewwel partita f'Old Trafford wara l-mewt ta' Best kienet partita mil-League Cup kontra West Bromwich Albion, li kien ukoll l-istess klab li miegħu għamel id-debutt bil-flokk ta' United lura fl-1963. Din il-partita, mirbuħa minn United, kienet preċeduta minn tributi minn sieħbu li kien miegħu fl-iskwadra, Sir Bobby Charlton. It-tifel ta' Best Calum, flimkien ma' sħabu veterani tal-iskwadra, u membri li baqgħu ħajjin mit-tim ta' West Bromwich Albon kontra liema lagħab fid-debutt tiegħu, ilkoll ingħaqdu flimkien mal-iskwadra kurrenti ta' United fuq il-grawnd għal minuta ta' silenzju, fejn matulha l-benjamini żammew fil-għoli ritratti ta' Best, li ngħataw qabel il-partita.

Il-funeral[editja]

Il-ġisem ħalla l-familja fi Cregagh Road, Belfast, ftit wara l-għaxra ta' filgħodu tas-Sibt, 3 ta' Diċembru 2005. Il-purċissjoni tal-funerali mxiet id-distanza qasira lejn il-Parlament Nord-Irlandiż, magħruf bħala Stormont. Din kienet segwita minn madwar 100,000 persuna li riedu jagħtu l-aħħar tislima lil wieħed mill-aqwa plejers fl-istorja u wieħed mill-aktar nies famużi tal-Irlanda ta' Fuq. Il-funeral kien imxandar fuq diversi stazzjonijiet televiżivi. Best ġie midfun ħdejn ommu Annie Elizabeth Kelly f'ċerimonja privata fil-quċċata ta' Ċimiterju Roselawn.

Tifkiriet[editja]

L-isem il-ġdid tal-Ajruport

L-Ajruport ta' Belfast City biddel ismu għal George Best Belfast City Airport għall-memorja ta' Best.[13][14] L-isem il-ġdid ġie mikxuf uffiċjalment nhar it-22 ta' Mejju 2006, li kieku kien ikun għeluq is-sittin sena ta' Best, u dan sar fil-preżenza tal-familja u l-ħbieb tal-istess Best ġewwa l-ajruport.

L-opinjoni pubblika fl-Irlanda ta' Fuq fuq it-tibdil fl-isem kienet waħda maqsuma, b'sondaġġ minnhom juri biss 52% favur u 48% kontra.[15][16] Il-kap deputat tal-Partit Unjonista Demokratiku (DUP) u membru parlamentari ta' Belfast tal-Lvant, Peter Robinson, liema ajruport ta' Belfast City jinsab fil-konstitwenza tiegħu, stqarr li l-preferenza tiegħu kienet li grawnd sportiv jissemma f'isem Best.[17] Il-ġest li sar iġġenera kummenti negattivi fi ħdan l-Irlanda ta' Fuq.[18]

George Best raffigurat fuq l-ajruplan Flybe De Havilland Canada Dash 8

F'Marzu tal-2006, il-kumpanija tal-ajru Flybe, semmiet lil ajruplan Dash 8 (Q400) bħala The George Best. Dan l-ajurplan wara kellu jservi biex iwassal lill-familja ta' Best għall-partita ta' testimonjanza li saret f'Manchester f'ġieħ Best.[19]

F'Ġunju tal-2006, Sarah Fabergé, il-proneputija tal-ġojjellier Russu Carl Fabergé ġiet kummissjonata biex toħloq il-Bajda ta' George Best, bħala tifkira. Edizzjoni limitata ta' 68 bajda ġew prodotti, bil-profitti tal-bejgħ tagħhom immorru għall-Fondazzjoni George Best. L-ewwel bajda mill-kollezzjoni hi preżenti fuq bażi permanenti għall-viżwal tal-pubbliku fl-Ajruport George Best.

Għall-ewwel anniversarju mill-mewt tiegħy, l-Ulster Bank ħareġ miljun karta tal-ħames liri.[20] Dawn il-karti spiċċaw jinbiegħu f'ħamest ijiem. Il-karti li nbiegħu fuq is-sit elettroniku tal-irkant online eBay, spiċċaw jinbiegħu għal £30.[21]

Pjanijiet kurrenti għal stadju nazzjonali ġdid għall-Irlanda ta' Fuq qrib Lisburn jinkludi proposta ta' statwa ta' Best bħala wieħed minn fost l-eroj sportivi tal-pajjiż. Dawn l-istatwi se jdawru l-arena sportiva prinċipali u Best se jingħaqad flimkien mal-istatwa tal-plejer tar-rugbi Willie John McBride, il-plejer tal-Assoċjazzjoni Atletika Gallika Cormac McAnallen, ir-rebbieħ tal-midalja tad-deheb fl-Olimpjadi Mary Peters, ir-rebbieħ tal-Grand National Richard Dunwoody, is-sewwieq tal-Grand Prix Eddie Irvine, iċ-ċampjin mondjali tal-motoċikliżmu Joey Dunlop, u ċ-ċampjin mondjali tal-isnuker Alex Higgins.

F'Diċembru tal-2006, il-George Best Memorial Trust ħabbret maratona ta' ġbir ta' fondi ta' £200,000 biex iħallsu għal skultura tal-bronż daqs ta' bniedem ta' George Best. Sal-2008 kien għad ma nġabarax il-flus sakemm żviluppatur lokali, Doug Elliott, ħabbar fid-29 ta' Jannar 2008, li hu kien se jħallas il-kumplament tal-flus u r-realizzazzjoni tal-proġett.[22]

Referenzi[editja]

  1. ^ (Ingliż) George Best was reliable only when there was a football at his feet. independent.co.uk, 26-11-2005
  2. ^ (Ingliż) IFFHS' Century Elections. RSSSF
  3. ^ (Ingliż) A city mourns for the Belfast boy. BBC News Northern Ireland, 03-12-2005
  4. ^ (Ingliż) George Best. Talk Football. Aċċess tal-URL: 01-02-2009.
  5. ^ (Ingliż) Best too small and light for local club as teen. Tiscali News, 25-11-2005
  6. ^ (Ingliż) Too many knew only the tabloid Best. Daily Telegraph, 28-11-2005
  7. ^ PLAYERS MATCH BY MATCH - GEORGE BEST
  8. ^ (Ingliż) Best's American Years. Yanks Abroad, 26-11-2005
  9. ^ George Best in Hong Kong (vidjo)
  10. ^ (Ingliż) Belfast boy in a life less ordinary. 20-11-2005. Aċċess tal-URL: 11-02-2009.
  11. ^ (Ingliż) George Best very close to death. BBC News, 25-11-2005
  12. ^ (Ingliż) Football legend George Best dies, 25-11-2005.
  13. ^ (Ingliż) Belfast City Airport to be renamed in honour of George Best. Ajruport ta' Belfast City Airport, 21-03-2006
  14. ^ (Ingliż) Best family proud of airport name. BBC News, 22-05-2006
  15. ^ (Ingliż) 'George Best Airport' splits city. The Scotsman, 22-03-2006
  16. ^ (Ingliż) Best family hits out at Belfast Airport renaming opposition. belfast-airport.info, 22-03-2006
  17. ^ (Ingliż) Ex-Mayor in Belfast City Airport Best tribute call. uk-airport-news.info, 27-11-2005
  18. ^ (Ingliż) To become George Best airport is a humiliation worthy of North Korea. The Guardian, 14-07-2006
  19. ^ (Ingliż) Flybe pays tribute to George Best!. Flybe.com, 15-03-2006
  20. ^ (Ingliż) Bank note honour for George Best, 26-10-2006.
  21. ^ (Ingliż) Best note prompts auction fever, 01-12-2006.
  22. ^ Best memorial plan rescued by fan, 29-01-2008, p. 3.

Ħoloq esterni[editja]

Unuri u rikonoxximenti
Predeċessur
Florian Albert
Plejer Ewropew tas-Sena
1968

Suċċessur
Gianni Rivera

Predeċessur
Jack Charlton
Plejer tas-Sena tal-FWA
1968

Suċċessur
Tony Book u Dave Mackay

Predeċessur
Ron Davies
L-aqwa skorer tal-Ewwel Diviżjoni
1967–68 (maqsum ma' Ron Davies)

Suċċessur
Jimmy Greaves