Sit elettroniku

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa

Sit elettroniku jew Sit tal-web (bl-Ingliż website), hija kollezzjoni ta' paġni elettroniċi, immaġini, videos, u affarijiet diġitali oħra, li huma aċċessibbli permezz ta' l-internet, ċellulari jew LAN.

Paġna elettronika hija dokument, tipikament miktuba bl-HTML, li hu kważi dejjem aċċessibbli permezz ta' l-HTTP, u protokol li jittrasferixxi informazzjoni mill-Web server biex tidher fuq il-Web browser ta' l-utent. Kull sit elettroniku li hu aċċessibbli pubblikament huwa parti mill-World Wide Web.

Storja[immodifika | immodifika s-sors]

L-ewwel sit elettroniku deher fl-1991. Fit-30 t'April 1993, CERN annunċa li l-World Wide Web se tkun mingħajr ħlas għal kulħadd. Kopja tal-paġna oriġinali ta' l-ewwel sit elettroniku, magħmula minn Tim Berners-Lee, hi miżmuma hawnhekk.

Tipoloġiji tas-siti elettroniċi[immodifika | immodifika s-sors]

Kategoriji[immodifika | immodifika s-sors]

Is-siti elettroniċi jiġu diviżi f'kategoriji li jinkwadraw is-settur ta' l-operazzjoni u s-servizzi li toffri:

  • sit personali - kondott minn individwu jew gruppi żgħar ta' persuni (bħal familja), li tikkonsisti minn informazzjoni bħal awtobijografija jew tiffokalizza fuq l-interessi personali (eżempju blog)
  • sit azjendali - jiffunzjona biex jippromovi azjenda jew xi servizz
  • sit ta' kummerċ elettroniku (jew "e-commerce) - speċjalizzat fil-bejgħ ta' prodotti u/jew servizzi permezz ta' l-internet
  • sit komunitarju - sit fejn l-utenti jistgħu jikkomunikaw bejniethom (eżempju chat jew forum, li jiffurmaw komunità vurtwali)
  • sit tad-download - ġabra ta' ħoloq fejn wieħed jista' jniżżel xi software (eżempju fajls, immaġini, logħob, etċ.)
  • forum - lokazzjoni fejn wieħed jiddiskuti xi suġġett partikulari fuq l-internet
  • sit informattiv - kontenut li l-għan tiegħu hu li jinforma l-utent, imma mhux bilfors bi skopi ta' qligħ
  • muturi ta' riċerka (jew "search engine") - jirreġistra il-kontenuti ta' siti oħra u jkunu disponibbli għal riċerka
  • database - sit fejn l-użu tiegħu hu biex wieħed ifittex u jara' kontenut ta' database partikulari (eżempju l-Internet Movie Database (IMDB) għall-films)
  • sit għal-logħob - sit fejn wieħed jista' jsib diversi logħob biex jilgħabhom fuq l-internet
  • link farm - siti krejati biex jagħmlu ħoloq għal siti oħra

Aċċess għal paġni elettroniċi[immodifika | immodifika s-sors]

Il-paġni ta' sit jistgħu jkunu aċċessibbli permezz ta' format komuni (li jissejjaħ "isem tad-dominju" pereżempju "www.kernel.org"), segwita minn serje opzjonali ta' ismijiet tal-paġni li jsegwu wara. L-isem komplet ta' kull paġna huwa msejjaħ "indirizz tas-sit" jew teknikament URI (jew Uniform Resource Locator).

Il-home page ta' sit hi l-ewwel paġna li wieħed jottjeni meta jikteb l-isem tad-dominju biss.

Mill-indirizz www.w3c.org/Consortium/Offices/role.html wieħed jista' jsib:

  • www.w3c.org/ hi l-għerq jew l-isem tad-dominju
  • Consortium/Offices/ huma d-diviżjonijiet tas-sit, separati permezz ta' "/"
  • role.html hi l-isem tal-paġna

Figuri professjonali[immodifika | immodifika s-sors]

Fost il-figuri professjonali legati mal-kreazzjoni ta' siti elettroniċi nsibu:

  • il-webmaster, li jipproġetta s-sit u hu responsabbli tiegħu
  • l-esper ta' l-arkitettura ta' l-informazzjoni (information architect), li hu responsabbli ta' l-organizazzjoni tas-sit kollu u l-istruttura tan-navigazzjoni
  • il-content manager, li hu responsabbli tal-kontenut u ta' l-istruttura loġika
  • il-webdesigner, hu reponsabbli tal-preżentazzjoni
  • il-programmatur, hu l-persuna responsabbli tal-komportament tal-paġni
  • l-espert fil-webmarketing, hu dak li jokkupa ruħu fil-promozzjoni tas-sit elettroniku
  • is-SEO (search engine optimization), hu responsabbli tal-pożizzjoni tas-sit fl-indiċi tal-muturi ta' riċerka

Ħoloq esterni[immodifika | immodifika s-sors]