Paul Van Himst

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
Paul Van Himst
Paul Van Himst 1968.jpg
Informazzjoni personali
Isem sħiħ Paul Van Himst
Twelid 2 ta' Ottubru 1943 (1943-10-02) (71 sena)
Sint-Pieters-Leeuw
Pajjiż Bandiera tal-Belġju Belġju
Tul 1.81m
Rwol Midfilder
Klabbs ġovanili
1951–1959 Anderlecht
Klabbs professjonali*
Snin Klabb Preż Gwls
1959–1975 Anderlecht 457 (233)
1975–1976 Molenbeek 21 (1)
1976–1977 Eendracht Aalst
Tim nazzjonali
1960–1974 Belġju 81 (30)
Timijiet ikkowċjati
1983–1986 Anderlecht
1987–1988 Molenbeek
1991–1996 Belġju
* Il-preżenzi u l-gowls fil-karriera professjonali huma validi biss għall-kampjonat domestiku.

Paul Van Himst (Sint-Pieters-Leeuw, 2 ta' Ottubru 1943) huwa eks futboler Belġjan li kien jilgħab bħala midfilder u kien ukoll kowċ. Issa rtira, huwa għadu jappoġġja lil RSC Anderlecht, l-eks-tim tiegħu. Huwa kien imlaqqam Polle Gazon (Polle tfisser Paul bid-djalett ta' Brussell, u Gazon tfisser lawn bil-Franċiż) minħabba n-numru kbir ta' fowls kommessi fuqu. Fl-1964, hu lagħab fil-logħba Belġju-Olanda flimkien ma' 10 plejers ta' Anderlecht wara s-sostituzzjoni tal-gowler Delhasse minn Jean Trappeniers.

Van Himst rebaħ il-kampjonat Belġjan 8 darbiet, kollha ma' Anderlecht, klabb li miegħu beda jilagħab l-ewwel staġun professjonali tiegħu fl-1959-60. Ma' Anderlecht, huwa skorja 233 gowls f'457 logħbiet (16-il staġun). Huwa mbagħad lagħbu għal RWDM (klabb ieħor minn Brussell) fl-istaġun 1975-76 u għall-Eendracht Aalst (imbagħad fit-tieni diviżjoni) fl-istaġun ta' wara.

Bejn l-1960 u l-1974, "Polle Gazon" skorja 30 gowl (f'81 logħbiet) għat-Tim nazzjonali Belġjan. Din il-prestazzjoni għamlithu l-aqwa skorer Belġjan flimkien ma' Bernard Voorhoof—u l-aktar ħames plejer li għamel apparenzi għall-pajjiżu. Huwa għamel id-debutt tiegħu fid-19 ta' Ottubru 1960 f'logħba kontra l-Iżvezja u kien parti mit-tim tal-Belġju li kwalifikata għat-Tazza tad-Dinja 1970. Imbagħad Van Himst għen lil-Belġju jilħqu t-tielet post fil-Kampjonati Ewropej 1972. Huwa għandu wkoll ir-rekord taż-Żarbuna tad-Deheb, li kienet mogħtija lilu erba' darbiet.

Bħala maniġer tal-futbol, Van Himst ħadem notevolment għall-Anderlecht u għat-tim nazzjonali li huwa wassal għat-Tazza tad-Dinja 1994.

F'Novembru 2003, hu kien imsejjaħ l-Plejer tad-Deheb tal-Belġju mill-Federazzjoni tal-futbol tal-Belġju bħala l-aktar plejer pendenti tagħhom tal-aħħar 50 sena. [1]

Hu deher fil-film li ħareġ fl-1981 Escape to Victory, bħala Michel Fieu.

Ħoloq esterni[editja]

Predeċessur
Sven-Göran Eriksson
Kowċ Rebbieħ tal-UEFA Cup
1982-1983

Suċċessur
Keith Burkinshaw