Tim nazzjonali tal-futbol tal-Belġju
| Laqam | Rode Duivelsn Diables Rouges Rote Teufel |
||
|---|---|---|---|
| Assoċjazzjoni | Federazzjoni tal-futbol tal-Belġju | ||
| Konfederazzjoni | UEFA (Ewropa) | ||
| Kowċ | Marc Wilmots | ||
| Kaptan | Vincent Kompany | ||
| L-aktar preżenzi | Jan Ceulemans (96) | ||
| L-aktar gowls | Bernard Voorhoof (30) Paul van Himst (30) |
||
| Stadju | Stadju King Baudouin | ||
| Kodiċi tal-FIFA | BEL | ||
| Klassifika tal-FIFA | 19 | ||
|
|
|||
| Debutt internazzjonali | |||
(Brussell, Belġju; 1 ta' Mejju 1904) |
|||
| L-ikbar rebħa | |||
(Brussell, Belġju; 4 ta' Ġunju 1994) (Brussell, Belġju; 28 ta' Frar 2001) |
|||
| L-ikbar telfa | |||
(Londra, Ingilterra; 17 ta' April 1909)[1] |
|||
Il-Belġju għandu storja twila fil-futbol internazzjonali fil-fatt l-ewwel logħba teħodna lura għal l-1 ta' Mejju 1904 fejn kontra Franza spiċċa f'draw ta' 3 bi 3 (Belġju 3 - 3 Franza). L-ikbar rebħa ta' dan it-tim, li hu mlaqqam bħala ir-Rode Duivels (Xjaten Ħomor), għamilha kontra t-tim Afrikan taż-Żambja fejn rebaħ bl-iskor ta' 9 b'xejn (Belġu 9 - 0 Żambja) fl-4 ta' Ġunju 1994, kif ukoll kontra San Marino fit-28 ta' Frar ta' l-2001 fejn il-logħba spiċċat Belġju 10 - 1 San Marino. Fil-bidu ta' l-istorja tiegħu dan it-tim kien tilef logħba ferm kerha kontra t-tim Ingliż tad-dilettanti (Ingilterra tad-dilettanti 11 - 2 Belġju) dan seħħ fis-17 t'April 1909. Il-Belġju jitqies bħala wieħed mit-timijiet il-kbar fl-Ewropa għalhekk daħal kemm fit-Tazza tad-Dinja kif ukoll fil-Kampjonati Ewropej. L-aħjar post li kiseb fit-Tazza tad-Dinja kien fl-1986 fejn kien spiċċa r-raba' (4) post, snin oħra fejn ħa sehem f'dan il-logħob prestiġjuż fil-futbol kienu fl-1930, 1934, 1938, 1954, 1970, 1982, 1990, 1994, 1998 u fl-2002. L-ewwel darba li ħadi sehem fil-Kampjonati Ewropej kien fl-1972, u wara fl-1980, 1984 u fis-sena 2000.
Anki fil-Logħob Olimpiku għamel suċċess għax fl-1900 rebaħ il-midalja tal-Bronż u għoxrin sena wara eżatt fl-1920 rebaħ l-aqwa midalja dik tad-Deheb.
Informazzjoni dwar dan it-tim internazzjonali Belġjan tal-futbol li bħala stadjum jużaw il-King Baudouin Stadium:
Assoċjazzjoni: Union Royale Belge des Sociètès de Football-Association (L-Assoċjazzjoni tal-Futbol Belġjana)
Il-Kowċ Attwali: Renè Vandereycken (2006- )
L-Awqa skorers: Paul Van Himst u Bernard Voorhoof (b' 30 gowl)
Ir-Ranking tal-FIFA: 47 post
L-Aħjar Ranking (tul iż-żminijiet): 16-il post (Jannar ta' l-2003)
L-Agħar Ranking (tul iż-żminijiet): 57 post (Lulju ta' l-2006)
Ir-Ranking tal-Elo: 41
Skwadra kurrenti [editja]
Din hi l-iskwadra li ntagħżlet biex taffronta lil Maċedonja fit-22 ta' Marzu 2013.
Gowls u preżenzi aġġornati mit-22 ta' Marzu 2012
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Referenzi [editja]
- ^ Nota: Din il-logħba ma kienitx meqjusa bħala internazzjonali sħiħa mill-FA Ingliża, u mhix fir-reġistri tat-Tim Ingliż
Ħoloq esterni [editja]
- - Federazzjoni tal-futbol Irjali tal-Belġju
- Footbel.be website – Aħbarijiet tat-Tim nazzjonali Belġjan
- Footbel.be/National team statistics page/
- L-Arkivju tar-Red Devils
- Arkivju tar-riżultati tal-RSSSF 1904–
- Arkivju tal-IFFHS:1904–1910
|
||||||||