Il-Wikikwota huwa proġett ibbażat fuq wiki li hu mmexxi mill-Fondazzjoni Wikimedia, li jaħdem fuq is-softwer MediaWiki. Ibbażat fuq l-idea ta' Daniel Alston u mplimentat minn Brion Vibber, l-għan ta' dan il-proġett hu li jipproduċi kollaboritivament referenza vasta ta' kwotazzjonijiet minn nies popolari, kotba u proverbji, u jagħti dettalji fuqhom. Minkejja li hawn diversi kollezzjonijiet ta' kwotazzjonijiet fuq l-internet, Wikikwota huwa differenti mill-oħrajn minħabba li jagħti l-opportunità biex il-viżitaturi jikkontribbwixxu.[1] Inizzjalment il-proġett beda bl-Ingliż, imma fl-Lulju tal-2004, lingwa ġodda ġew introdotti.
[editja] Kronoloġija tal-istorja
It-tkabbir esperjenzat mit-tmien l-ikbar Wikikwoti.
| Data |
Avveniment |
| 27 ta' Ġunju, 2003 |
Temporanjament tpoġġiet fuq il-verżjoni Wolof tal-Wikipedija (wo.wikipedia.com). |
| 10 ta' Ġunju, 2003 |
Ġiet attivat sottodominju ġdid (quote.wikipedia.org). |
| 25 ta' Awwissu, 2003 |
Attivat dominju ġdid (wikiquote.org). |
| 17 ta' Lulju, 2004 |
Lingwi ġodda ġew miżjuda. |
| 13 ta' Novembru, 2004 |
L-edizzjoni Ingliża tilħaq l-2,000 artiklu. |
| Novembru 2004 |
Tilħaq 24 lingwa. |
| Marzu 2005 |
Tilħaq total ta' 10,000 paġna. L-edizzjoni Ingliża toqrob lejn it-3,000 paġna. |
| Ġunju 2005 |
Tilħaq 34 lingwa, li tinkludi waħda klassika (il-Latin) u waħda artifiċjali (l-Esperanto). |
| 4 ta' Novembru, 2005 |
Il-Wikikwota Ingliża tilħaq il-5,000 paġna. |
| April 2006 |
Il-Wikikwota Franċiża tingħalaq minħabba raġunijiet legali. |
| 4 ta' Diċembru, 2006 |
Il-Wikikwota Franċiża terġa' tingħata bidu. |
| 7 ta' Mejju, 2007 |
Il-Wikikwota Ingliża tilħaq l-10,000 paġna. |
| Lulju 2007 |
Tilħaq 40 lingwa. |
[editja] Ħoloq esterni