Fondazzjoni Wikimedia

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.

Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
Fondazzjoni Wikimedia
Fondazzjoni Wikimedia

Il-Fondazzjoni Wikimedia hi organizzazzjoni non-profitabbli bbażata f'St. Petersburg, Florida ġewwa l-Istati Uniti u organizzata skond il-liġijiet ta' l-istat ta' Florida. Hi topera diversi proġetti kollaborattivi li jinkludu l-Wikipedija, il-Wikizzjunarju (Wiktionary), Wikiquote, Wikibooks (jinkludi l-Wikijunior), il-Wikisource, il-Wikimedia Commons, Wikispecies, Wikinews, Wikiversità (Wikiversity) u l-Meta-Wiki.

L-eżistenza tagħha kien imħabbar mill-fundatur tal-Wikipedija, Jimmy Wales, li kien qed iħaddem il-Wikipedija fil-kumpanija tiegħu Bomis fl-20 ta' Ġunju, 2003.

Werrej

[editja] Għanijiet tal-Fondazzjoni

Il-Fondazzjoni Wikimedia tiddikjara li l-għanijiet tagħha huma li tipprovdi enċiklopedija ta' informazzjoni li tkun bl-eżatt u korretta lil kull persuna fuq din il-pjaneta.[1] L-irwol tagħha hu li tiżviluppa u iżżomm kontenut miftuħ, proġetti bbażati fuq sistemà ta' wiki u tipprovdi dan il-kontenut b'xejn mingħajr ebda ħlas.[2]

Flimkien ma' l-enċiklopedija tal-Wikipedija b'lingwi diversi, il-Fondazzjoni żżomm dizzjunarju u teżawrus taħt l-isem ta' Wiktionary, enċiklopedija bi kwotazzjonijiet imsemmi Wikiquote, repożitorju ta' kitbiet minn sorsi ta' lingwi differenti fuq Wikisource, u kollezzjoni ta' text books u manwali għall-istudenti fuq Wikibooks. Wikijunior huwa sotto-proġett ta' Wikibooks li jispeċċalizza fuq kotba għat-tfal.

[editja] Operazzjonijiet tal-Fondazzjoni

Il-kobor kontinwu ta' kull proġett tal-Wikimedia hu dipendenti mid-donazzjonijiet, imma l-Fondazzjoni Wikimedia tkabbar l-inkam tagħha permezz ta' mezzi alternativi ta' fondi bħal sponserizzazzjoni, servizzi u fonti oħra.

[editja] Proġetti

Isem Deskrizzjoni
Wikipedija Enċiklopedija b'aktar minn 8 miljun artiklu b'200 lingwa.
Wikimedia Commons Arkivju ta' kontenut ta' immaġini, ħsejjes u filmati b'iktar minn 1,430,000 file.
Wikibooks Kollezzjoni ta' kotba bit-testi u materjal edukattiv.
Wikizzjunarju Dizzjunarju li jikkatolaga is-sinjifikati, sinonimi, etimoliġiji u traduzzjonijiet.
Wikinews Sors ta' aħbarijiet li jikkonsisti minn rapporti ta' ġurnalisti ċittadini minn pajjiżi differenti.
Wikisource Proġett biex jipprovdi u jittraduċi dokumenti minn sorsi, bħal testi pubbliċi.
Wikiquote Kollezzjoni ta' ċcitazzjonijiet minn persunaġġi ċelebri, kotba, films u oħrajn.
Wikispecies Indiċi ta' dati fuq speċi ta' annimali, pjanti, fungi u formi oħra ta' ħajja.
Wikiversità Korsijiet, materjali ghall-korsijiet u testi.
Wikimedia Incubator Użat biex jittestja proġetti ġodda li possibilment joperaw mill-Wikimedia u lingwi ġodda għall-proġetti.

[editja] Referenzi

[editja] Ħoloq Oħra

Wikinews
Fil-Wikinews hemm aħbarijiet relatati ma':
Commons
Fil-Wikimedia Commons hemm iktar files multimedjali relatati ma':


Proġetti tal-Fondazzjoni Wikimedia
Commons | Wikibooks (Wikijunior) | Wikizzjunarju | Wikinews | Wikipedija | Wikiquote | Wikisource | Wikispecies | Wikiversità
Wikimedia | Wikimedia Incubator
Strumenti personali