Il-Wikizzjunarju (terminu derivat mit-twaħħid tal-kelma wiki u dizzjunarju) huwa proġett multilingwali fuq l-internet li jipprovdi b'xejn sinjifikati ta' kliem u b'hekk iservi bħala dizzjunarju. Hemm madwar 150 lingwa li huma parti minn dan il-proġett. Li fih differenti minn dizzjunarji normali hu li hu miktub minn voluntiera, imsejjħin "Wikizzjunarju", li jikkolaboraw billi jużaw is-software wiki, biex b'hekk l-artikli jkunu jistgħu jiġu modifikati minn min jidħol fis-sit elettroniku.
Bħall-Wikipedija, il-Wikizzjunaru huwa mħaddem mill-Fondazzjoni Wikimedia. Minħabba li m'hemmx limitu ta' konsiderazzjonijiet għal spazju għall-istampar, ħafna mill-edizzjonijiet tal-lingwi ta' dan il-proġett jipprovdu sinjifikati u traduzzjonijiet għal lingwi oħra, waqt li xi edizzjonijiet jipprovdu wkoll teżawri u lessiċi. Aktar minn hekk, il-Wikizzjunarju Ingliż jinkludi wkoll il-Wikisawru, li jservi ta' teżawru.