Tim nazzjonali tal-futbol tal-Albanija

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
Albanija
Stemma tal-assoċjazzjoni
Laqam Kuq e Zinjtë (Ħomor u Suwed)
Assoċjazzjoni Federata Shqiptare e Futbollit
Konfederazzjoni UEFA (Ewropa)
Kowċ Kroazja Josip Kuže
Kaptan Altin Lala
L-aktar preżenzi Foto Strakosha (73)
L-aktar gowls Riza Lushta (35)
Stadju Qemal Stafa
Kodiċi tal-FIFA ALB
Klassifika tal-FIFA Green Arrow Up.svg 79
Kuluri interni
Kuluri esterni
Debutt internazzjonali
Albanija Albanija 2 – 3 Jugożlavja Flag of SFR Yugoslavia.svg
(Tirana, Albanija; 7 ta' Ottubru, 1946)
L-ikbar rebħa
Flag of Turkey.svg Turkija 1 – 4 Albanija Albanija
(Antalja, Turkija; 21 ta' Jannar, 1998)
L-ikbar telfa
Flag of Hungary 1949-1956.svg Ungerija 12 – 0 Albanija Albanija
(Budapest, Ungerija; 24 ta' Settembru, 1950)

It-tim nazzjonali tal-futbol tal-Albanija hu t-tim nazzjonali tad-dixxiplina sportiva tal-futbol tal-Albanija u hu mmexxi mill-Federazzjoni tal-futbol tal-Albanija. Minkejja li mhix ikkunsidrata bħala fost l-aqwa timijiet fl-Ewropa, l-Albaniżi huma ppassjonati fuq il-futbol tagħhom u okkażjonalment irnexxielhom jaqtgħu figura tajba kontra timijiet ta' ċertu kalibru.

Ġew fundati fis-6 ta' Ġunju 1930, però kellhom jistennew sittax-il sena sakemm jilgħabu l-ewwel partita internazzjonali, fejn iddebuttaw kontra l-Jugożlavja fl-1946. Fl-1932, l-Albanija kienet diġà ingħaqet mal-FIFA (matul il-kungress 12 ta' Ġunju – 16 ta' Ġunju) u fl-1954 hi kienet fost il-fundaturi tal-UEFA. L-Albanija kienet ġiet mistiedna sabiex tipparteċipa fit-Tazza tad-Dinja 1934, imma minħabba problemi organizzattivi kellhom jirtiraw il-parteċipazzjoni tagħhom.

Ħafna mill-partiti tat-tim nazzjonali tal-Albanija jintlagħbu ġewwa l-Qemal Stafa. L-istadju ġie mibni lejn is-snin tletin bħala stadju ta' użu multiplu. Illum il-ġurnata, hu l-aktar użat għall-partiti tal-futbol. L-Albanija wżat ukoll l-Istadju Loro-Boriçi f'Shkodër fejn hemmhekk irnexxielhom jiksbu fost l-iktar riżultati prestiġjużi, bħar-rebħa ta' 3–1 fuq ir-Russja fil-fażi ta' kwalifikazzjoni għall-Euro 2004.

Werrej

[editja] Storja

Is-snin tal-bidu raw kampanja b'suċċess tat-Tazza tal-Balkani tal-1946. L-Albanija rebħu t-Tazza wara li għelbu lill-Jugożlavja bl-istess punti imma b'differenza ta' gowls aħjar. Il-partita finali kienet kontra r-Rumanija u ntrebħet 1–0. Erbat ijiem qabel, l-Albanija kienet diġà rebħet lill-Bulgarija 3–1. Hu interessanti l-fatt li l-Albanija ma kinitx mistenniha li tipparteċipa, imma l-irtirar tal-Greċja mit-turnew offra lill-Albanija iċ-ċans li tingħaqad fit-Tazza li ġiet ristabbilita wara l-gwerra.

Wara li ħadet sehem għall-ewwel darba fil-Kampjonati Ewropej tal-UEFA fl-1963, għall-edizzjoni tal-1964, fil-fażi ta' kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej 1968, huma rnexxielhom jiksbu pari ta' mingħajr gowls kontra l-Ġermanja tal-Punent, li eventwalment wassal għall-eliminazzjoni ta' dan tal-aħħar. Matul dik l-era, l-Albanija kellha preżenti lil Panajot Pano, ikkunsidrat bħala l-aqwa plejer minn dan il-pajjiż.

Il-fażi ta' kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 1986 waslet aktar riżultati pożittivi bħall-pari ta' 2–2 barra minn darha kontra l-Polonja u rebħa ta' 2–0 kontra l-Belġu, li kienu spiċċaw semifinalisti tal-kompetizzjoni.

Il-kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 1994 rat lill-Albanija jilgħabu l-logħob ġewwa darhom fi stadji newtrali minħabba problemi politiċi ġewwa l-istess pajjiż. Madankollu, huma kisbu rebħa ta' 4–1 fuq it-Turkija f'logħba ta' ħbiberija fl-1998 — l-unika darba li l-Albanija skurjaw aktar minn 3 gowls f'logħba internazzjonali sħiħa (minkejja li lura fl-1946, kienu rebħu 5–0 lill-Montenegro, fejn dakinhar dan tal-aħħar kien parti mill-Jugożlavja).

Matul il-fażi ta' kwalifika għall-Kampjonati Ewropej 2004, ra lill-Albanija jagħmlu rebħa storika ta' 3–1 fuq ir-Russja fi Shkodër. Fil-kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2006, ra progress fir-riżultati, fejn l-aktar riżultat sodisfaċenti kien dak ta' rebħa ta' 2–1 kontra l-Greċja, fejn dawn tal-aħħar kienu għadhom kemm ġew inkurunati ċampjins tal-Ewropa.

Fl-14 ta' Marzu 2008, il-FIFA ħabbret li ssospendiet lill-Albanija minn kwalunkwe attività tal-futbol internazjonali, kemm fuq livell ta' klabb u anki dak nazzjonali. Ir-raġuni wara din ir-raġuni kienet minħabba n-nuqqas ta' qbil li kien hemm bejn il-Ministeru tal-Isport u l-federazzjoni Albaniża, li għadha attwalment miftuħa, fuq il-kontrolli finanzjarji li l-awtoritajiet tal-gvern riedu jagħmlu fuq il-kontijiet tal-federazzjoni. L-irifjutar min-naħa tal-federazzjoni wassal għall-ksur tar-rapporti, u b'konsegwenza t'hekk waslet l-esklużjoni mill-kompetizzjonijiet.

Id-29 ta' April tal-istess sena, il-kumitat tal-emerġenza tal-istess FIFA, wara taħdidiet li kellha ma' xi diriġenti tal-UEFA, tal-Federazzjoni tal-futbol Albaniża u tal-gvern ta' Tirana, irrevokat lura l-esklużjoni.

[editja] Kuluri u simboli

L-Albanija tilgħab b'uniformi ħamra b'xorts u kalzetti suwed, xi drabi b'dekorazzjonijiet bojod jew suwed. Barra minn darhom, l-uniformi tkun ħafna drabi bajda b'dekorazzjonijiet suwed jew ħomor. L-ewwel uniformi hi sempliċiment rappreżentazzjoni tal-bandiera Albaniża, li hi fil-fatt ħamra b'ajkla sewda fin-nofs.

L-istemma li tuża' l-iskwadra mhix l-istess bħal dik tal-Federazzjoni, li turi disinn tond bl-ajkla fiċ-ċentru, li tissimbolizza l-bandiera Albaniża, fejn madwarha hemm ċirku abjad bl-isem bil-lingwa oriġinali tal-federazzjoni miktub b'karattri tad-deheb.

[editja] Skwadra kurrenti

Din hi l-iskwadra li ntagħżlet biex taffronta lill-Iżvezja fis-6 ta' Settembru 2008.

Nru. Poż. Plejer Data tat-twelid (età) Preż. Gowls Klabb
12 G Isli Hidi 15 ta' Ottubru 1980 (1980-10-15) (31 sena) 10 0 Ukrajna Kryvbas Kryvyi Rih
1 G Samir Ujkani 5 ta' Lulju 1988 (1988-07-05) (23 sena) 3 0 Italja Novara
D Armend Dallku 16 ta' Ottubru 1984 (1984-10-16) (27 sena) 31 2 Ukrajna Vorskla Poltava
6 D Debatik Curri 28 ta' Diċembru 1983 (1983-12-28) (28 sena) 21 1 Turkija Gençlerbirliği
3 D Kristi Vangjeli 5 ta' Settembru 1985 (1985-09-05) (26 sena) 16 0 Greċja Aris Thessaloniki
D Andi Lila 12 ta' Frar 1986 (1986-02-12) (26 sena) 5 0 Albanija Tirana
D Ditmar Bicaj 26 ta' Frar 1989 (1989-02-26) (23 sena) 0 0 Albanija Tirana
D Endrit Vrapi 23 ta' Mejju 1982 (1982-05-23) (30 sena) 7 0 Albanija Besa
M Altin Lala 18 ta' Novembru 1975 (1975-11-18) (36 sena) 69 3 Ġermanja Hannover 96
13 M Ervin Skela 17 ta' Novembru 1976 (1976-11-17) (35 sena) 59 12 Ġermanja TuS Koblenz
10 M Klodian Duro 21 ta' Diċembru 1977 (1977-12-21) (34 sena) 59 4 Ċipru Apollon Limassol
5 M Lorik Cana 27 ta' Lulju 1983 (1983-07-27) (28 sena) 37 1 Ingilterra Sunderland
8 M Ervin Bulku 3 ta' Marzu 1981 (1981-03-03) (31 sena) 18 0 Ukrajna Kryvbas Kryvyi Rih
7 M Ansi Agolli 11 ta' Ottubru 1982 (1982-10-11) (29 sena) 9 2 Ukrajna Kryvbas Kryvyi Rih
11 M Jahmir Hyka 8 ta' Marzu 1988 (1988-03-08) (24 sena) 7 1 Ġermanja FSV Mainz
M Gilman Lika 13 ta' Jannar 1987 (1987-01-13) (25 sena) 4 0 Turkija Boluspor
M Emiljano Vila 12 ta' Marzu 1988 (1988-03-12) (24 sena) 1 1 Kroazja Lokomotiva Zagreb
M Gjergji Muzaka 26 ta' Settembru 1984 (1984-09-26) (27 sena) 2 0 Albanija Tirana
M Emiliano Veliaj 9 ta' Frar 1985 (1985-02-09) (27 sena) 0 0 Albanija Laçi
A Erjon Bogdani 14 ta' April 1977 (1977-04-14) (35 sena) 52 12 Italja Chievo
9 A Edmond Kapllani 31 ta' Lulju 1982 (1982-07-31) (29 sena) 23 6 Ġermanja TuS Koblenz
A Besart Berisha 29 ta' Lulju 1985 (1985-07-29) (26 sena) 17 1 Ġermanja Arminia Bielefeld
A Hamdi Salihi 19 ta' Jannar 1984 (1984-01-19) (28 sena) 15 3 Awstrija Rapid Wien
A Elis Bakaj 25 ta' Ġunju 1987 (1987-06-25) (24 sena) 3 0 Albanija Dinamo Tirana
A Ahmed Januzi 8 ta' Lulju 1988 (1988-07-08) (23 sena) 0 0 Ukrajna Vorskla Poltava
A Bekim Balla 11 ta' Jannar 1991 (1991-01-11) (21 sena) 0 0 Albanija Vllaznia
A Parid Xhihani 18 ta' Lulju 1983 (1983-07-18) (28 sena) 0 0 Ukrajna Zorya

[editja] Storja tal-kompetizzjonijiet

[editja] Tazza tad-Dinja

  • mill-1930 għall-1962 –'Ma ħaditx sehem
  • 1966 – Ma kkwalifikatx
  • 1970 – Daħla mhux aċċettata mill-FIFA
  • 1974 – Ma kkwalifikatx
  • 1978 – Ma ħaditx sehem
  • mill-1982 għall-2006 – Ma kkwalifikatx

[editja] Kampjonati Ewropej

  • 1960 – Ma ħaditx sehem
  • mill-1964 għall-1972 – Ma kkwalifikatx
  • 1976 – Ma ħaditx sehem
  • mill-1980 għall-2008 – Ma kkwalifikatx

[editja] Kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2010

Tim
L R P T GF GK DG Pti
Flag of Denmark.svg Danimarka 10 6 3 1 16 5 +11 21
Flag of Portugal.svg Portugall 10 5 4 1 17 5 +12 19
Flag of Sweden.svg Żvezja 10 5 3 2 13 5 +8 18
Flag of Hungary.svg Ungerija 10 5 1 4 10 8 +2 16
Flag of Albania.svg Albanija 10 1 4 5 6 13 −7 7
Flag of Malta.svg Malta 10 0 1 9 0 26 −26 1
  Albanija Danimarka Malta Portugall Ungerija Żvezja
Albanija Flag of Albania.svg 1 – 1 3 – 0 1 – 2 0 – 1 0 – 0
Danimarka Flag of Denmark.svg 3 – 0 3 – 0 1 – 1 0 – 1 1 – 0
Malta Flag of Malta.svg 0 – 0 0 – 3 0 – 4 0 – 1 0 – 1
Portugall Flag of Portugal.svg 0 – 0 2 – 3 4 – 0 3 – 0 0 – 0
Ungerija Flag of Hungary.svg 2 – 0 0 – 0 3 – 0 0 – 1 1 – 2
Żvezja Flag of Sweden.svg 4 – 1 0 – 1 4 – 0 0 – 0 2 – 1

[editja] Referenzi

[editja] Ħoloq esterni

Għodda personali
Spazji tal-isem

Varjanti
Azzjonijiet
Navigazzjoni
Komunità
Għodda
F'lingwi oħrajn