Klassifika dinjija tal-FIFA

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
L-aqwa 20 sat-8 ta' Awwissu 2013[1]
Poż. Tim Punti
1 Flag of Spain.svg Spanja 1484
2 Flag of Germany.svg Ġermanja 1257
3 Flag of Colombia.svg Kolombja 1219
4 Flag of Argentina.svg Arġentina 1210
5 Flag of the Netherlands.svg Olanda 1165
6 Flag of Italy.svg Italja 1142
7 Flag of Portugal.svg Portugall 1099
8 Flag of Croatia.svg Kroazja 1098
9 Flag of Brazil.svg Brażil 1089
10 Flag of Belgium (civil).svg Belġju 1079
11 Flag of Greece.svg Greċja 1038
12 Flag of Uruguay.svg Urugwaj 998
13 Flag of Bosnia and Herzegovina.svg Bosnja-Ħerzegovina 995
14 Flag of England.svg Ingilterra 994
15 Flag of Switzerland.svg Żvizzera 987
16 Flag of Russia.svg Russja 979
17 Flag of Ecuador.svg Ekwador 972
18 Flag of Côte d'Ivoire.svg Kosta tal-Avorju 962
19 Flag of the United States.svg Stati Uniti 960
20 Flag of Mexico.svg Messiku 879

Il-Klassifika mondjali tal-FIFA hi sistema ta' klassifikazzjoni tat-timijiet nazzjonali tal-irġiel tal-futbol, li attwalment hi ggwidata minn Spanja. It-timijiet membri tal-FIFA, il-federazzjoni li tħares il-futbol madwar id-dinja, huma pożizzjonati skont ir-riżultati tal-logħob tagħhom, bit-timijiet bl-aktar suċċess ikunu fl-aktar postijiet għoljin. Hi wżata sistema ta' punti, bil-punti jiġu mogħtiha skont ir-riżultati tal-partiti rikonoxxuti mill-FIFA. Taħt is-sistema eżistenti, il-klassifika hi bbażata skont il-prestazzjoni tat-tim f'dawk l-aħħar erba' snin, bir-riżultati riċenti u aktar partiti sinjifikanti jiżnu aktar biex ikun rifless l-istat kompetittiv tat-tim. Il-bidla li saret, dik li jingħaddu biss ir-riżultati mill-aħħar erba' snin u mhux tal-aħħar tmienja, kienet minħabba li kienet saret xi krìtika li l-klassifiki kreati ma kienux qed jirriflettu s-saħħa relattiva tat-timijiet nazzjonali.

Sistemi alternattivi ġew ippublikati, bħall-Klassifika mondjali tal-futbol tal-Elo, ibbażati fuq is-sistema ta' klassifika wżata mill-Elo, fejn jikklassifikaw lit-timijiet skont il-prestazzjoni tagħhom ta' kull żmien. Il-Kampjonati mondjali tal-futbol inuffiċjali, tikklassifika lit-timijiet skont in-numru ta' drabi huma ddifendew it-titlu; unur li għandu dan l-iskop biss.

Storja[editja]

L-Ewwel fil-Klassifika Mondjali tal-FIFA
Tim nazzjonali tal-futbol ta' Spanja Tim nazzjonali tal-futbol tal-Olanda Tim nazzjonali tal-futbol ta' Spanja Tim nazzjonali tal-futbol tal-Brażil Tim nazzjonali tal-futbol ta' Spanja Tim nazzjonali tal-futbol tal-Brażil Tim nazzjonali tal-futbol ta' Spanja Tim nazzjonali tal-futbol tal-Arġentina Tim nazzjonali tal-futbol tal-Italja Tim nazzjonali tal-futbol tal-Brażil Tim nazzjonali tal-futbol tal-Italja Tim nazzjonali tal-futbol tal-Arġentina Tim nazzjonali tal-futbol tal-Italja Tim nazzjonali tal-futbol tal-Brażil Tim nazzjonali tal-futbol ta' Franza Tim nazzjonali tal-futbol tal-Brażil Tim nazzjonali tal-futbol tal-Ġermanja Tim nazzjonali tal-futbol tal-Brażil Tim nazzjonali tal-futbol tal-Ġermanja Tim nazzjonali tal-futbol tal-Italja Tim nazzjonali tal-futbol tal-Brażil Tim nazzjonali tal-futbol tal-Ġermanja

F'Diċembru tal-1992, il-FIFA ippublikat lista tal-tal-membri tagħha skont il-pożizzjoni tagħhom biex tipprovdi bażi ta' paragun tas-saħħa relattiva ta' dawn it-timijiet. Minn Awwissu ta' wara, bi sponsorizazzjoni minn Coca-Cola, din il-lista bdiet tiġi aġġornata frekwentament, biex tiġi ppublikata f'diversi xhur.[2] Bidliet sinjifikanti saru fl-1999 u fl-2006, wara krìtika fuq is-sistema.[3] Il-membri tal-FIFA żdiedu minn 167 għal 208 minn meta beda l-użu tal-klassifiki.

Aġġornament tal-1999[editja]

Meta l-klassifika ġiet introdotta għall-ewwel darba, tim kien jirċievi punt għal pari u tliet punti għal rebħa f'partiti rikonoxxuti mill-FIFA - xebh kbir mas-sistema tradizzjonali ta' kampjonat. Din kienet sistema aktarx faċli, u l-FIFA mal-ewwel indunat illi kien hemm diversi fatturi li kienu qed jaffettwaw l-logħob internazzjonali. Biex tilħaq aktar l-objettivi ta' paragun korrett tas-saħħa tat-timijiet nazzjonali, is-sistema tbiddlet. It-tibdil li sar kienu dawn:

  • il-klassifika tal-punti kienet maqsuma minn fattur ta' għaxra
  • il-metodu ta' kalkolu tbiddel biex jiġbor ukoll fatturi oħra li jinkludu:
    • in-numru ta' gowls li ġew skurjati jew li sofrew
    • jekk il-partita ntlgħabitx barra jew ġewwa darhom
    • l-importanza tal-partita jew kompetizzjoni
    • is-saħħa tar-reġjun
  • punti fissi ma baqgħux jingħataw aktar għal rebħa jew pari
  • it-tim li jitlef kellu ċans li jikseb xi punti

Żewġ unuri ġodda ġew introdotti bħala parti mis-sistema:

Il-bidliet li saru għal din is-sistema kienu kumplessi, imma għen biex jiżviluppaha u ssir aktar komprensiva.

Aġġornament tal-2006[editja]

Il-FIFA ħabbret li s-sistema tal-klassifika kienet se tiġi aġġornata wara t-Tazza tad-Dinja 2006. Il-perjodu ta' evalwazzjoni kien imnaqqas minn tmienja għal erba' snin, u metodu aktar sempliċi ta' kalkolu kien implimentat. Il-gowls skurjati, u l-vantaġġ tal-partiti li jintlagħbu ġewwa jew barra minn darhom ma baqgħux aktar jingħataw importanza, u aspetti oħra tal-kalkolu, bħall-importanza tal-partita, ġew reviżati. Is-sett il-ġdid tal-klassifika reviżata u l-metodoloġija ta' kalkolu ġew imħabbra fit-12 ta' Lulju 2006.

Din il-bidla saret minħabba l-krìtika tas-sistema ta' qabel. Ħafna entużjasti tal-futbol ħassew li ma kinitx sewwa, speċjalment meta kienu paragunati ma' sistemi ta' klassifika oħra u ma kinitx tirrispondi għall-bidliet tal-prestazzjoni tat-timijiet nazzjonali. Timijiet mir-Repubblika Ċeka sal-Istati Uniti kienu s-sorpriża fil-postijiet l-aktar għoljin tal-klassifika, fejn ġabu krìtika akbar u affetwaw negativament fuq il-kredibilita tas-sistema. L-eliminazzjoni ta' dawn iż-żewġ timijiet kmieni fit-Tazza tad-Dinja 2006 ġabu aktar fidi fil-krìtika li kienu jsiru.

L-ewwel postijiet fil-klassifika[editja]

Meta s-sistema kienet introdotta, il-Ġermanja ddebutat bħala l-aqwa tim fil-klassifika wara żmien ta' dominanza fl-aħħar tliet edizzjonijiet tat-Tazza tad-Dinja fejn spiċċat dejjem fil-finali u rebħet darba. Il-Brażil ħadu l-ewwel post fil-fażi preliminarju għat-Tazza tad-Dinja 1994 fejn rebħu tmienja u tilfu waħda mid-disa' partiti ta' kwalifikazzjoni, u skurjaw għoxrin gowl u sofrew erba' biss. L-Italja ħadu l-ewwel post għal żmien qasir wara wkoll suċċess fil-fażi ta' kwalifikazzjoni, wara li l-ewwel post reġa' ġie miksub mill-Ġermanja.

Is-suċċess tal-Brażil fil-fażi ta' kwalifikazzjoni tahom perjodu qasir tal-ewwel post. Il-Ġermanja reġgħu ħadu l-ewwel post matul it-Tazza tad-Dinja 1994, sakemm il-Brażil rebħu l-edizzjoni biex b'hekk kisbu l-ewwel post u baqgħu hemm sa seba' snin. Franza ħadu l-ewwel post wara r-rebħ tat-Tazza tad-Dinja 1998 u tal-Kampjonati Ewropej 2000. Is-suċċess tal-Brażil fit-Tazza tad-Dinja 2002 reġgħet tefgħet lit-tim Sud-Amerikan fl-ewwel post, fejn baqgħu hemm sa Frar tal-2007, wara li l-Italja rritornat għall-ewwel darba fl-ewwel post mill-1993 wara r-rebħa fit-Tazza tad-Dinja 2006 fil-Ġermanja. Xahar wara l-Arġentina ħadu post l-Italja, fejn kisbu l-ewwel post għall-ewwel darba, imma l-Italja rritornaw fl-ewwel post f'April. Wara r-rebħ tal-Copa América 2007 f'Lulju, il-Brażil irritornaw fl-ewwel post, imma f'Ottubru posthom reġgħu kisbuh l-Arġentina. F'Lulju 2008, Spanja ħadu l-ewwel post għall-ewwel darba, wara li rebħu l-Kampjonati Ewropej 2008. Il-Brażil reġgħu ħadu l-ewwel post wara li rebħu t-Tazza tal-Konfederazzjonijiet 2009 u Spanja reġgħet ħadet it-titlu f'Novembru tal-2009 wara li rebħu l-partiti kollha fil-fażi ta' kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2010. F'April tal-2010, il-Brażil reġgħu telgħu l-ewwel.

L-użu tal-klassifika[editja]

Dawn il-klassifiki huma wżati mill-FIFA biex tara l-progress u l-abilità kurrenti tat-timijiet nazzjonali tal-futbol tan-nazzjonijiet membri, u kif ukoll biex tipparaguna t-timijiet nazzjonali.[2] Huma huma wkoll użati bħala parti tal-kalkolu li jsir biex jikklassifikaw lit-timijiet għal kompetizzjonijiet. Fil-fażi ta' kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2010, il-klassifiki ġew użati biex jirranġaw il-gruppi fil-kompetizzjonijiet li jinvolvu lill-membri tal-CONCACAF (bl-użu tal-klassifika ta' Mejju), tal-CAF (bil-klassifika ta' Lulju), u tal-UEFA, bl-użu tal-klassifika posposta ta' Novembru 2007.

Din il-klassifika tintuża' biex tiddetermina r-rebbieħa taż-żewġ unuri annwali għat-timijiet nazzjonali skont il-bażi tal-prestazzjoni tagħhom fil-klassifiki.

Unuri[editja]

Kull sena l-FIFA tagħti żewġ unuri għan-nazzjonijiet membri, ibbażat skont il-prestazzjoni tagħhom fil-klassifiki ta' matul is-sena. Dawn huma:

Tim tas-Sena[editja]

It-Tim tas-Sena hu unur mogħti lit-tim nazzjonali li fl-aqwa sebgħa logħbiet tas-sena rċieva l-akbar ammont ta' punti. It-tabella t'hawn taħt turi l-aqwa tliet timijiet ta' kull sena.[4]

Sena L-ewwel post It-tieni post It-tielet post
1993 Flag of Germany.svg Ġermanja Flag of Italy.svg Italja Flag of Brazil.svg Brażil
1994 Flag of Brazil.svg Brażil Flag of Spain.svg Spanja Flag of Sweden.svg Żvezja
1995 Flag of Brazil.svg Brażil Flag of Germany.svg Ġermanja Flag of Italy.svg Italja
1996 Flag of Brazil.svg Brażil Flag of Germany.svg Ġermanja Flag of France.svg Franza
1997 Flag of Brazil.svg Brażil Flag of Germany.svg Ġermanja Flag of the Czech Republic.svg Repubblika Ċeka
1998 Flag of Brazil.svg Brażil Flag of France.svg Franza Flag of Germany.svg Ġermanja
1999 Flag of Brazil.svg Brażil Flag of the Czech Republic.svg Repubblika Ċeka Flag of France.svg Franza
2000 Flag of the Netherlands.svg Olanda Flag of Honduras.svg Ħonduras Flag of Italy.svg Italja
2001 Flag of Honduras.svg Ħonduras Flag of Colombia.svg Kolombja Flag of Costa Rica.svg Kosta Rika
2002 Flag of Brazil.svg Brażil Flag of France.svg Franza Flag of Spain.svg Spanja
2003 Flag of Brazil.svg Brażil Flag of France.svg Franza Flag of Spain.svg Spanja
2004 Flag of Brazil.svg Brażil Flag of France.svg Franza Flag of Argentina.svg Arġentina
2005 Flag of Brazil.svg Brażil Flag of the Czech Republic.svg Repubblika Ċeka Flag of the Netherlands.svg Olanda
2006 Flag of Brazil.svg Brażil Flag of Italy.svg Italja Flag of Argentina.svg Arġentina
2007 Flag of Argentina.svg Arġentina Flag of Brazil.svg Brażil Flag of Italy.svg Italja
2008 Flag of Spain.svg Spanja Flag of Germany.svg Ġermanja Flag of the Netherlands.svg Olanda
2009 Flag of Spain.svg Spanja Flag of the Netherlands.svg Olanda Flag of Germany.svg Ġermanja
2011 Flag of Spain.svg Spanja Flag of the Netherlands.svg Olanda Flag of Germany.svg Ġermanja
2012 Flag of Spain.svg Spanja Flag of Germany.svg Ġermanja Flag of Argentina.svg Arġentina

L-Aqwa Progress tas-Sena[editja]

L-Aqwa Progress tas-Sena huwa unur mogħti lit-tim li jkun għamel l-iktar progress matul dik is-sena fil-klassifika mondjali. Fil-klassifika tal-FIFA, dan mhuwiex sempliċi t-tim li tela' l-aktar postijiet, imma jsir kalkolu minħabba li aktar ma' tim ikun fl-aktar postijiet għolja, aktar ikun diffiċli biex jikseb aktar punti.[2] Il-kalkolu li jintuża' hu n-numru ta' punti fi tmiem is-sena (ż) immultiplikat man-numru ta' punti li kiseb matul dik is-sena (y). It-tim bl-ikbar total jirċievi dan l-unur. It-tabella t'hawn taħt turi l-aktar tliet timijiet li għamul progress ta' kull sena.[5]

Sena L-ewwel post It-tieni post It-tielet post
1993 Flag of Colombia.svg Kolombja Flag of Portugal.svg Portugall Flag of Morocco.svg Marokk
1994 Flag of Croatia.svg Kroazja Flag of Brazil.svg Brażil Flag of Uzbekistan.svg Użbekistan
1995 Flag of Jamaica.svg Ġamajka Flag of Trinidad and Tobago.svg Trinidad u Tobago Flag of the Czech Republic.svg Repubblika Ċeka
1996 Flag of South Africa.svg Afrika t'Isfel Flag of Paraguay.svg Paragwaj Flag of Canada.svg Kanada
1997 Flag of FR Yugoslavia.svg Jugożlavja Flag of Bosnia and Herzegovina (1992-1998).svg Bosnja-Ħerzegovina Flag of Iran.svg Iran
1998 Flag of Croatia.svg Kroazja Flag of France.svg Franza Flag of Argentina.svg Arġentina
1999 Flag of Slovenia.svg Slovenja Flag of Cuba.svg Kuba Flag of Uzbekistan.svg Użbekistan
2000 Flag of Nigeria.svg Niġerja Flag of Honduras.svg Ħonduras Flag of Cameroon.svg Kamerun
2001 Flag of Costa Rica.svg Kosta Rika Flag of Australia.svg Awstralja Flag of Honduras.svg Ħonduras
2002 Flag of Senegal.svg Senegal Flag of Wales 2.svg Wales Flag of Brazil.svg Brażil
2003 Flag of Bahrain.svg Baħrejn Flag of Oman.svg Oman Flag of Turkmenistan.svg Turkmenistan
2004 Flag of the People's Republic of China.svg Ċina Flag of Uzbekistan.svg Użbekistan Flag of Côte d'Ivoire.svg Kosta tal-Avorju
2005 Flag of Ghana.svg Gana Flag of Ethiopia.svg Etjopja Flag of Switzerland.svg Żvizzera
2006 Flag of Italy.svg Italja Flag of Germany.svg Ġermanja Flag of France.svg Franza

Waqt li ma sar l-ebda unur uffiċjali għall-movimenti li seħħew fl-2007, il-FIFA ħarġet lista tal-'Aqwa Progress' fil-klassifiki tal-2007.[6] Madanakollu, il-metodu ta' kalkoli tbiddel skont id-differenza fil-punti tal-klassifiki matul il-kors tas-sena (aktar milli l-metodu wżat fl-unur uffiċjali mill-1993 sal-2006). Ir-riżultati għas-snin riċenti huma bbażati skont metodu simili.

Sena L-aqwa progressur It-tieni l-aqwa It-tielet l-aqwa
2007 Flag of Mozambique.svg Możambik Flag of Norway.svg Norveġja Flag of France.svg Kaledonja l-Ġdida
2008 Flag of Spain.svg Spanja Flag of Montenegro.svg Montenegro Flag of Russia.svg Russja
2009 Flag of Brazil.svg Brażil Flag of Algeria.svg Alġerija Flag of Slovenia.svg Slovenja
2010 Flag of the Netherlands.svg Olanda Flag of Montenegro.svg Montenegro Flag of Botswana.svg Botswana
2011 Flag of Wales 2.svg Wales Flag of Sierra Leone.svg Sierra Leone Flag of Bosnia and Herzegovina.svg Bosnja-Ħerzegovina
2012 Flag of Colombia.svg Kolombja Flag of Ecuador.svg Ekwador Flag of Mali.svg Mali

Skeda tal-klassifiki[editja]

Il-klassifiki jiġu ppublikati kull xahar, ħafna drabi kull nhar ta' Erbgħa. Il-logħob li jgħoddu qabel ma titħabbar il-klassifika finali, ikunu ta' nhar il-Ħamis ta' qabel dik il-ġimgħa.

Skeda 2013
Data ta' pubblikazzjoni
12 ta' Settembru
17 ta' Ottubru
28 ta' Novembru
19 ta' Diċembru

Ara wkoll[editja]

Referenzi[editja]

  1. ^ (Ingliż) The FIFA/Coca-Cola World Ranking. FIFA. Aċċess tal-URL: 15 ta' Ġunju 2013.
  2. ^ a b c (Ingliż) FIFA/Coca-Cola World Ranking Procedure. FIFA.com. Aċċess tal-URL: 05-08-2008.
  3. ^ (Ingliż) Revised FIFA/Coca-Cola World Ranking, 06-07-2006.
  4. ^ (Ingliż) Unur tat-Tim tas-Sena. FIFA.com. Aċċess tal-URL: 05-08-2008.
  5. ^ (Ingliż) L-Aqwa Progress tas-Sena. FIFA.com. Aċċess tal-URL: 05-08-2008.
  6. ^ L-Aqwa Progress tas-Sena, riżultati tal-2007 fuq is-sit uffiċjali tal-FIFA (PDF)

Ħoloq esterni[editja]