Il-Copa América (bl-Ispanjol u l-Portugiż għal "Tazza Amerikana") hi l-kompetizzjoni għat-timijiet nazzjonali tal-irġiel taħt il-konfederazzjoni tal-CONMEBOL (Amerika t'Isfel). Din il-kompetizzjoni hi l-eqdem kompetizzjoni tal-futbol fid-dinja hekk kif din tmur lura lejn l-1916. Il-pajjiżi parteċipanti huma l-Arġentina, il-Brażil, il-Bolivja, iċ-Ċili, l-Ekwador, il-Kolombja, il-Paragwaj, il-Perù, l-Urugwaj u l-Veneżwela. Żewġ timijiet minn konfederazzjonijiet oħra ikomplu l-kwadru ta' tnax-il tim parteċipant: il-Messiku hu pajjiż regolari f'din il-kompetizzjoni wara l-ewwel invit fl-1993. M'hemm l-ebda fażi ta' kwalifikazzjoni: l-għaxar timijiet tal-CONMEBOL jikkompetu bi dritt, u oħrajn b'invit. L-aqwa tim klassifikat fil-kompetizzjoni u li hu membru tal-CONMEBOL għandu d-dritt li jipparteċipa fl-edizzjoni suċċessiva tat-Tazza tal-Konfederazzjonijiet tal-FIFA, imma mhuwiex obbligat li jagħmel dan.
Il-Copa América hi l-iktar kompetizzjoni qadima u li għadha attiva fl-istorja tal-kompetizzjonijiet tal-futbol madwar id-dinja. L-ewwel edizzjoni saret nhar it-2 ta' Lulju u s-17 ta' Lulju u kienet mirbuħa mill-Urugwaj, bħala parti mill-kommemorazzjonijiet għaċ-ċentinarju mill-Indipendenza tal-Arġentina. Il-CONMEBOL ġiet iffurmata fil-ġurnata tal-indipendeza tal-Arġentina (9 ta' Lulju). Il-kompetizzjoni kienet tkun ospitata normalment kull sentejn (imma l-intervalli xi kultant inbidlu) sakemm fl-2007, il-CONMEBOL ddeċiedet li l-kompetizzjoni issir kull erba' snin.[1]
Il-kampjonat kien għall-bidu magħruf bħala Campeonato Sudamericano de Selecciones (Kampjonat Sud-Amerikan tat-Timijiet Nazzjonali). Dan l-isem kien użat sal-1975. Bejn l-1975 u fl-1983 il-kompetizzjoni ma ġietx ospitata fl-ebda pajjiż. Il-CONMEBOL fl-1984 iddeċidiet li kull pajjiż li hu parti mill-assoċjazzjoni għandu jospita l-kompetizzjoni. L-ewwel rotazzjoni ġie kompluta fil-Copa América 2007 li ġiet ospitata fil-Veneżwela. It-tieni rotazzjoni ġiet imfassla għas-sena 2011, bil-pajjiżi ospiti jintgħażlu skont l-ordni alfabetiku, fejn jibdew bl-Arġentina.[2]
Mill-1993, żewġ timijiet minn konfederazzjonijiet differenti (preferibilment il-CONCACAF, minħabba l-qagħda ġeografika tagħha) bdew jiġu invitati. Il-pajjiżi invitati kienu l-Kosta Rika (1997, 2001, 2004), il-Ħonduras (2001), il-Ġappun (1999), il-Messiku (1993, 1995, 1997, 1999, 2001, 2004, 2007) u l-Istati Uniti (1993, 1995, 2007).
(timijiet invitati huma miktuba fil-korsiv)
1 Tliet timijiet biss ipparteċipaw fit-turnew.
2 Ma kinitx tintlagħab il-partita għat-tielet post; it-tielet post kien jiġi maqsum.
3 Ma kien ingħata l-ebda trofew fl-ewwel edizzjoni, li ingħata għall-ewwel darba fl-edizzjoni suċċessiva.
4 Edizzjoni straordinarja tal-Copa América, bl-ebda trofew ma jingħata lir-rebbieħ, però ikkunsidrata bħala uffiċjali mill-CONMEBOL.
Statistika [editja]
Mappa ikkulurita tal-pajjiżi tal-
CONMEBOL skont in-numru ta' edizzjoni tal-Copa América mirbuħa
| Drabi |
Pajjiż |
Sena/Snin |
| 14-il darba |
Urugwaj |
1916, 1917, 1920, 1923, 1924, 1926, 1935, 1942, 1956, 1959, 1967, 1983, 1987, 1995 |
| 14-il darba |
Arġentina |
1921, 1925, 1927, 1929, 1937, 1941, 1945, 1946, 1947, 1955, 1957, 1959, 1991, 1993 |
| 8 darbiet |
Brażil |
1919, 1922, 1949, 1989, 1997, 1999, 2004, 2007 |
| darbtejn |
Paragwaj |
1953, 1979 |
| darbtejn |
Perù |
1939, 1975 |
| darba |
Kolombja |
2001 |
| darba |
Bolivja |
1963 |
Apparenzi fil-kompetizzjoni [editja]
| Drabi |
Pajjiżi |
Sena/Snin |
| 9 darbiet |
Arġentina |
1916, 1921, 1925, 1929, 1937, 1946, 1959, 1987, 2011 |
| 7 darbiet |
Urugwaj |
1917, 1923, 1924, 1942, 1956, 1967, 1995 |
| 6 darbiet |
Ċili |
1920, 1926, 1941, 1945, 1955, 1991 |
| 6 darbiet |
Perù |
1927, 1935, 1939, 1953, 1957, 2004 |
| 4 darbiet |
Brażil |
1919, 1922, 1949, 1989 |
| 3 darbiet |
Ekwador |
1947, 1959, 1993 |
| darbtejn |
Bolivja |
1963, 1997 |
| darba |
Kolombja |
2001 |
| darba |
Paragwaj |
1999 |
| darba |
Veneżwela |
2007 |
| 3 darbiet |
Ebda ospitu |
1975, 1979, 1983 |
L-aqwa skorers (ta' kull żmien) [editja]
- 17-il gowl
- 15-il gowl
- 13-il gowl
|
- 12-il gowl
- 11-il gowl
- 10 gowls
|
|
Statistika ġenerali [editja]
| Tim |
Pti |
L |
R |
P |
T |
GF |
GK |
Diff |
Rend |
| 1 |
Arġentina |
368 |
175 |
112 |
32 |
31 |
431 |
168 |
+263 |
70.1% |
| 2 |
Urugwaj |
342 |
186 |
104 |
30 |
52 |
386 |
212 |
+174 |
61.3% |
| 3 |
Brażil |
315 |
167 |
95 |
30 |
42 |
387 |
191 |
+196 |
62.9% |
| 4 |
Paragwaj |
214 |
153 |
61 |
31 |
61 |
242 |
269 |
-27 |
46.6% |
| 5 |
Ċili |
187 |
163 |
53 |
28 |
82 |
248 |
297 |
-49 |
38.2% |
| 6 |
Perù |
167 |
132 |
41 |
32 |
55 |
193 |
220 |
-27 |
42.2% |
| 7 |
Kolombja |
128 |
99 |
36 |
20 |
43 |
121 |
174 |
-53 |
43.1% |
| 8 |
Bolivja |
82 |
102 |
19 |
25 |
58 |
97 |
257 |
-160 |
26.8% |
| 9 |
Messiku |
61 |
38 |
17 |
10 |
11 |
55 |
44 |
+11 |
53.5% |
| 10 |
Ekwador |
61 |
108 |
14 |
19 |
75 |
113 |
297 |
-184 |
18.8% |
| 11 |
Veneżwela |
15 |
49 |
2 |
9 |
38 |
34 |
155 |
-121 |
10.2% |
| 12 |
Kosta Rika |
11 |
11 |
3 |
2 |
6 |
12 |
21 |
-9 |
33.3% |
| 13 |
Ħonduras |
10 |
6 |
3 |
1 |
2 |
7 |
5 |
+2 |
55.6% |
| 14 |
Stati Uniti |
8 |
12 |
2 |
2 |
7 |
11 |
21 |
-10 |
22.2% |
| 15 |
Ġappun |
1 |
3 |
0 |
1 |
2 |
3 |
8 |
-5 |
11.1% |
Ħoloq esterni [editja]