Kampjonati Ewropej tal-Futbol

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa

Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
Kampjonati Ewropej tal-Futbol
Sport Futbol
Fundazzjoni 1960
Parteċipanti 52 (Kwalifiki)
16 (Finali)
Konfederazzjoni Ewropa (UEFA)
L-aħħar rebbieħ Flag of Spain.svg Spanja (2 titli)
L-aktar rebħiet Flag of Germany.svg Ġermanja (3 titli)

Il-Kampjonati Ewropej tal-Futbol hija l-kompetizzjoni prinċipali tal-futbol għat-timijiet nazzjonali li huma mmexxija mill-UEFA. Din il-kompetizzjoni, li għandha l-istess bażi tat-Tazza tad-Dinja, ilha sejra mill-1960 u ssir kull erba' snin, eżattament bejn it-Tazza tad-Dinja. L-isem oriġinali kien it-Tazza tan-Nazzjonijiet Ewropej, imma fl-1968 tbiddel u sar l-isem bħala mhu illum. Il-kampjonat hu kkunsidrat bħala t-tieni l-aktar avveniment importanti għat-timijiet nazzjonali wara t-Tazza tad-Dinja, alavolja dan il-kampjonat ma jolqotx pajjiżi barra mill-Ewropa. Ir-rebbieħa tal-kampjonat jingħataw l-opportunità li jikkompetu fit-Tazza tal-Konfederazzjonijiet, imma mhumiex obbligati.[1]

Werrej

[editja] Storja

L-idea ta' kampjonat tal-futbol Ewropew kienet għall-ewwel propost minn Henri Delaunay mill-federazzjoni tal-futbol Franċiża fl-1927, imma din l-idea ġiet fis-seħħ fl-1958. Bħala tfikira għal Delaunay, it-trofew li jingħata liċ-ċampjins hu msemmi għal warajh. L-edizzjoni tal-1960 li saret fi Franza, kellha 4 timijiet jikkompetu fil-fażi finali minn total ta' sbatax-il tim li daħlu fil-kompetizzjoni. Din kienet mirbuħa mill-Unjoni Sovjetika 2-1 fuq l-Jugożlavja, f'finali intensa f'Pariġi. Spanja irtirat mill-partita tal-kwarti tal-finali kontra l-Unjoni Sovjetika minħabba raġunijiet politiċi. Mis-sbatax-il tim li ħadu sehem fil-fażi ta' kwalifikazzjoni, fost l-iktar timijiet prominenti li kienu assenti kienu l-Ġermanja tal-Punent u l-Italja. Spanja organizzat l-edizzjoni ta' wara tal-1964, li ra żieda ta' parteċipanti fil-fażi ta' kwalifikazzjoni, b'numru ta' 29 nazzjon; madanakollu, il-Greċja rtirat minħabba li kellha tilgħab kontra l-Albanija, u dawn kienu għadhom fi gwerra kontra xulxin. L-ospiti rnexxielhom jegħlbu lid-detenturi tat-tazza, l-Unjoni Sovjetika, 2-1 fis-Santiago Bernabéu ta' Madrid.

Il-format tal-kampjonat baqa' l-istess għall-edizzjoni tal-1968. L-Italja kienu l-ospiti tal-edizzjoni kif ukoll iċ-ċampjins. Għall-ewwel u l-aħħar darba partita kienet deċiża permezz tat-tfigħ tal-munita (is-semi-finali kontra l-Unjoni Sovjetika) u l-finali marret f'replay, wara li l-partita kontra l-Jugożlavja spiċċat 1-1. Italy rebħu r-replay 2-0. Aktar timijiet daħlu fil-kampjonat (31), li kien juri l-popularità li bdiet tgawdi din il-kompetizzjoni. Il-Belġu ospitaw l-edizzjoni tal-1972, fejn il-Ġermanja tal-Punent rebħu lill-Unjoni Sovjetika 3-0 fil-finali fi Brussell. It-tim Ġermaniż kien karaterizzat mill-plejers li sussegwentament rebħu t-Tazza tad-Dinja 1974. Il-kampjonat tal-1976 kien l-aħħar wieħed fejn erba' timijiet biss kienu jikkwalifikaw għall-fażi finali, u l-aħħar wieħed fejn l-ospiti kienu jikkwalifikaw awtomatikament; fil-finali ċ-Ċekoslovakkja rebħu lill-Ġermanja tal-Punent permezz tal-għoti tal-penalties.

Tmien timijiet ħadu sehem fl-edizzjoni ta' wara ospitata mill-Italja. Dan kien jinvolvi fażi tal-gruppi, bir-rebbieħa tal-gruppi jikkwalifikaw għall-finali, u t-timijiet fit-tieni post jikkwalifikaw għall-partita tat-tielet post. Il-Ġermanja tal-Punent rebħu t-tieni titlu tagħhom billi rebħu 2-1 lill-Belġju fi Stadio Olimpico ta' Ruma. Franza rebħu l-edizzjoni tal-1984, bil-kaptan tagħhom Michel Platini jiskorja 9 gowls f'5 partiti biss, fosthom il-gowl tal-ftuħ fil-finali, fejn rebħu lil Spanja 2-0. Il-format tbiddel ukoll, bl-aqwa żewġ timijiet f'kull grupp jikkwalifikaw għall-fażi tas-semi-finali, minflok li r-rebbieħ jikkwalifika direttament għall-finali. Il-partita għat-tielet post kienet ġiet abolita.

Fl-Euro 1988, li saret fil-Ġermanja tal-Punent, l-Olanda rebħu lill-ospiti — u rivali tradizzjonali — 2-1 fis-semi-finali. L-Olanda komplew fil-kompetizzjoni sakemm rebħuha, meta għelbu lill-Unjoni Sovjetika 2-0 fi Stadju Olimpiku, fejn din il-finali tibqa' waħda mill-iktar imfakkra hekk kif Marco van Basten skorja wieħed mill-iżjed gowls memorabbli fl-istorja tal-futbol, meta skorja l-gowl permezz ta' xutt bid-dawra fin-naħa leminija tal-kaxxa. Il-Kampjonati Ewropej 1992 saru fl-Iżvezja, u kienet mirbuħa mid-Danimarka — sorpriża kbira meta wieħed għandu jkun jaf li d-Danimarka daħlu fil-kampjonat bħala s-sostitut tal-Jugożlavja li rtiraw minħabba l-gwerer Jugożlavi. Madanakollu, huma wettqu sorpriża, meta rebħu liċ-ċampjins tad-dinja tal-Ġermanja 2-0, wara li kienu għadhom kemm rebħu lid-detenturi tat-trofew, l-Olanda, permezz tal-penalties fis-semi-finali. Din kienet l-ewwel darba li il-Ġermanja lagħbet bħala nazzjon unifikat u kif ukoll l-ewwel darba li kampjonat maġġuri kellu l-ismijiet tal-plejers imniżżlin fuq id-dahar tal-flokkijiet tal-istess plejers.

L-Euro 1996, li sar fl-Ingilterra, ra n-numru ta' timijiet jirdoppjaw għal 16. L-ospiti sfaw eliminati mill-Ġermanja bil-penalties, wara li kienu tilfu fit-Tazza tad-Dinja 1990 kontra l-istess Ġermanja. Dan tal-aħħar kompla fil-kompetizzjoni biex rebaħ 2-1 kontra r-Repubblika Ċeka, grazzi għall-ewwel gowl tad-deheb li sar f'kampjonat maġġuri, skurjat minn Oliver Bierhoff. Dan kien l-ewwel titlu tal-Ġermanja bħala nazzjon wieħed. L-edizzjoni tas-sena 2000 kien l-ewwel kampjonat li sar f'żewġ pajjiżi, l-Olanda u l-Belġju. Iċ-ċampjins tad-dinja ta' Franza kienu favoriti li jirbħu, u rnexxielhom jagħmlu dan meta rebħu lill-Italja 2-1 wara l-ħin supplementari, wara li kienu minn taħt 1-0: Sylvain Wiltord kiseb il-pari fl-aħħar minuta tal-partita u David Trezegeut skorja l-gowl tar-rebħa. Bħal fl-1992, l-Euro 2004 ġab diżappunt hekk kif il-Greċja, li qabel kienu kkwalifikaw biss għal edizzjoni waħda tat-Tazza tad-Dinja (1994) u edizzjoni waħda tal-Kampjonati Ewropej (1980), rebħu lill-ospiti tal-Portugall 1-0 f'finali drammatika (wara li kienu rebħulhom ukoll fil-partita tal-ftuħ) biex rebħu l-kampjonat b'sorpriża kbira. Fit-triq għall-finali huma rnexxielhom jirbħu lid-detenturi tat-tazza, Franza, kif ukoll lir-Repubblika Ċeka b'gowl tal-fidda, regola li ħadet post il-gowl tad-deheb fl-2003, qabel ma kienet abolita ftit wara l-kampjonat.

L-edizzjoni tal-2008, ospitata mill-Awstrija u l-Isvizzera hi t-tieni darba li żewġ nazzjonijiet ospitaw edizzjoni waħda. Din bdiet fis-7 ta' Ġunju u spiċċat fid-29 ta' Ġunju. Il-finali saret bejn il-Ġermanja u Spanja fl-Ernst Happel Stadion ta' Vjenna, u l-Ispanjoli ttrijonfaw għat-tieni darba f'din il-kompetizzjoni b'rebħa ta' 1-0.

[editja] Trofew

It-Trofew Henri Delaunay, li hu mogħti lit-tim rebbieħ tal-Kampjonat Ewropew, huwa taħt l-isem ta' Henri Delaunay li kien l-ewwel Segretarju Ġenerali tal-UEFA u li ħareġ bl-idea tal-Kampjonat Ewropew, imma laħaq miet ħames snin qabel l-ewwel edizzjoni. It-tifel tiegħu Pierre Delaunay kien il-persuna li ħa ħsieb biex jagħmel it-trofew.[2] Mill-ewwel kampjonat it-trofew kien ġie mogħti lit-tim rebbieħ biex iżommu sal-kampjonat ta' wara.

Għall-kampjonat tal-2008, it-trofew kien daqxejn mibdul, hekk kif issa sar ikbar. It-trofew, li hu magħmula mill-fidda sterlina, issa jiżen 8 kilogrammi u hu twil 60 ċm. Il-figura żgħira li kienet tidher fuq wara tat-trofew oriġinali ġiet imneħħija. Il-bażi tat-trofew kellu jiġi mkabbar biex ikun aktar stabbli. L-ismijiet tal-pajjiżi rebbieħa nkitbu fin-naħa ta' wara tat-trofew.[3] [4]

[editja] Format

[editja] Il-kompetizzjoni

Qabel l-1980, erba' timijiet biss setgħu jikkwalifikaw għall-kampjonat. Mill-1980 in-numru kiber għal tmienja waqt li fl-1996 il-kampjonat espanda biex minn dak iż-żmien sa issa, jilqa' sittax-il pajjiż. It-timijiet li jikkwalifikaw jiġu magħżula minn serje ta' logħob ta' kwalifikazzjoni: fl-1960 u fl-1964 permezz ta' play-off li tintlagħab ġewwa u barra il-pajjiż tat-timijiet; fl-1968 kemm permezz ta' play-offs u gruppi ta' kwalifikazzjoni.

Wara l-espansjoni tal-kampjonat finali mill-1980, il-pajjiż (jew pajjiżi) li jintagħżlu biex jospitaw il-kompetizzjoni kienu jikkwalifikaw awtomatikament. Iċ-ċampjin qatt ma kien ingħata post awtomatiku fil-fażi finali.

[editja] Il-futur

[editja] Edizzjonijiet futuri

Mappa tan-numru ta' apparenzi tal-pajjiżi

Nhar it-18 ta' April 2007, il-Polonja u l-Ukrajna ġew magħżula bħala l-ospiti tal-kompetizzjoni tas-sena 2012. Huma għelbu l-kompetizzjoni tal-favorita l-Italja, u l-Kroazja u l-Ungerija li ngħaqdu flimkien. Fl-2010, il-UEFA tiddeċiedi liema pajjiż se jospita l-Kampjonati Ewropej 2016. L-Iżvezja u n-Norveġja qed jippjanaw li jingħaqdu flimkien biex jospitaw flimkien il-kompetizzjoni, kif ukoll il-Galles, l-Irlanda u l-Iskozja. Is-sottomissjonijiet iridu jintbagħtu sal-2008.

Kemm il-Bulgarija u r-Rumanija[5] u r-Repubblika Ċeka u l-Islovakkja[6] qed jikkonsidraw jospitawx l-edizzjoni tal-2020.

[editja] Espansjoni għal 24 tim

Hemm diskussjoni dwar jekk n-numru ta' pajjiżi li jikkwalifikaw għall-fażi finali jikber minn sittax għal erbgħa u għoxrin, minħabba n-numru ta' pajjiżi li ħarġu wara l-firda taċ-Ċekoslovakkja, il-Jugożlavja u l-Unjoni Sovjetika. Il-president attwali Michel Platini qabel mal-idea imma l-Kumitat Eżekuttiv tal-UEFA formalment ċaħad l-idea ta' espansjoni fl-2012.[1]

[editja] Riżultati

Sena Ospitu Finali Partita għat-tielet post
Rebbieħ Riżultat Finalista tellief It-tielet post Riżultat Ir-raba' post
1960
Dettalji
Flag of France.svg Franza Bandiera tal-Unjoni Sovjetika
Unjoni Sovjetika
2–1
ħs
Bandiera tal-Jugożlavja
Jugożlavja
Bandiera taċ-Ċekoslovakkja
Ċekoslovakkja
2–0 Bandiera ta' Franza
Franza
1964
Dettalji
Flag of Spain 1945 1977.svg Spanja Bandiera ta' Spanja
Spanja
2–1 Bandiera tal-Unjoni Sovjetika
Unjoni Sovjetika
Bandiera tal-Ungerija
Ungerija
3–1
ħs
Bandiera tad-Danimarka
Danimarka
1968
Dettalji
Flag of Italy.svg Italja Bandiera tal-Italja
Italja
1–1 ħs
2–0 replay
Bandiera tal-Jugożlavja
Jugożlavja
Bandiera tal-Ingilterra
Ingilterra
2–0 Bandiera tal-Unjoni Sovjetika
Unjoni Sovjetika
1972
Dettalji
Flag of Belgium (civil).svg Belġju Bandiera tal-Ġermanja tal-Punent
Ġermanja tal-Punent
3–0 Bandiera tal-Unjoni Sovjetika
Unjoni Sovjetika
Bandiera tal-Belġju
Belġju
2–1 Bandiera tal-Ungerija
Ungerija
1976
Dettalji
Flag of SFR Yugoslavia.svg Jugożlavja Bandiera taċ-Ċekoslovakkja
Ċekoslovakkja
2–2 ħs
(5–3) pen
Bandiera tal-Ġermanja tal-Punent
Ġermanja tal-Punent
Bandiera tal-Olanda
Olanda
3–2
ħs
Bandiera tal-Jugożlavja
Jugożlavja
1980
Dettalji
Flag of Italy.svg Italja Bandiera tal-Ġermanja tal-Punent
Ġermanja tal-Punent
2–1 Bandiera tal-Belġju
Belġju
Bandiera taċ-Ċekoslovakkja
Ċekoslovakkja
1–1
(9–8) pen
Bandiera tal-Italja
Italja
Sena Ospitu Final Semifinalisti telliefa (1)
Rebbieħ Riżultat Finalista tellief
1984
Dettalji
Flag of France.svg Franza Bandiera ta' Franza
Franza
2–0 Bandiera ta' Spanja
Spanja
Flag of Denmark.svg Danimarka u Flag of Portugal.svg Portugall
1988
Dettalji
Flag of Germany.svg Ġermanja tal-Punent Bandiera tal-Olanda
Olanda
2–0 Bandiera tal-Unjoni Sovjetika
Unjoni Sovjetika
Flag of Italy.svg Italja u Flag of Germany.svg Ġermanja tal-Punent
1992
Dettalji
Flag of Sweden.svg Żvezja Bandiera tad-Danimarka
Danimarka
2–0 Bandiera tal-Ġermanja
Ġermanja
Flag of the Netherlands.svg Olanda u Flag of Sweden.svg Żvezja
1996
Dettalji
Flag of England.svg Ingilterra Bandiera tal-Ġermanja
Ġermanja
2–1
gd
Bandiera tar-Repubblika Ċeka
Repubblika Ċeka
Flag of England.svg Ingilterra u Flag of France.svg Franza
2000
Dettalji
Flag of Belgium (civil).svg Belġju u
Flag of the Netherlands.svg Olanda
Bandiera ta' Franza
Franza
2–1
gd
Bandiera tal-Italja
Italja
Flag of the Netherlands.svg Olanda u Flag of Portugal.svg Portugall
2004
Dettalji
Flag of Portugal.svg Portugall Bandiera tal-Greċja
Greċja
1–0 Bandiera tal-Portugall
Portugall
Flag of the Czech Republic.svg Repubblika Ċeka u Flag of the Netherlands.svg Olanda
2008
Dettalji
Flag of Austria.svg Awstrija u
Flag of Switzerland.svg Żvizzera
Bandiera ta' Spanja
Spanja
1–0 Bandiera tal-Ġermanja
Ġermanja
Flag of Russia.svg Russja u Flag of Turkey.svg Turkija
2012
Dettalji
Flag of Poland.svg Polonja &
Flag of Ukraine.svg Ukrajna
1 L-ebda partita ma ntlagħbet għat-tielet post sal-1980; semifinalist telliefa huma mniżżla f'ordni alfabetiku.

[editja] Statistika

[editja] Rebbieħa u finalisti

Mappa tal-pajjiżi rebbieħa
Tim Titli Finalista telliefa
Flag of Germany.svg Ġermanja^ 3 (1972, 1980, 1996) 3 (1976, 1992, 2008)
Flag of Spain.svg Spanja 2 (1964*, 2008) 1 (1984)
Flag of France.svg Franza 2 (1984*, 2000) -
Flag of Russia.svg Russja 1 (1960) 3 (1964, 1972, 1988)
Flag of the Czech Republic.svg Repubblika Ċeka 1 (1976) 1 (1996)
Flag of Italy.svg Italja 1 (1968*) 1 (2000)
Flag of the Netherlands.svg Olanda 1 (1988) -
Flag of Denmark.svg Danimarka 1 (1992) -
Flag of Greece.svg Greċja 1 (2004) -
Flag of SFR Yugoslavia.svg Jugożlavja - 2 (1960, 1968)
Flag of Belgium (civil).svg Belġju - 1 (1980)
Flag of Portugal.svg Portugall - 1 (2004*)
* = ospiti
^ = tinkludi riżultati bħala Ġermanja tal-Punent sal-1988
= tinkludi riżultati bħala ċ-Ċekoslovakkja sal-1992[7]
~ = tinkludi riżultati bħala l-Unjoni Sovjetika sal-1988, u l-Komunità tal-Istati Indipendenti fl-1992[8]

[editja] Prestazzjoni min-nazzjonijiet ospiti

Sena Nazzjon ospitu Fażi
1960 Flag of France.svg Franza Raba' post
1964 Flag of Spain 1945 1977.svg Spanja Rebbieħa
1968 Flag of Italy.svg Italja Rebbieħa
1972 Flag of Belgium (civil).svg Belġju Tielet post
1976 Flag of FR Yugoslavia.svg Jugożlavja Raba' post
1980 Flag of Italy.svg Italja Raba' post
1984 Flag of France.svg Franza Rebbieħa
1988 Flag of Germany.svg Ġermanja tal-Punent Semifinali
1992 Flag of Sweden.svg Żvezja Semifinali
1996 Flag of England.svg Ingilterra Semifinali
2000 Flag of the Netherlands.svg Olanda
Flag of Belgium (civil).svg Belġju
Semifinali
Fażi tal-gruppi
2004 Flag of Portugal.svg Portugall Finalista tellief
2008 Flag of Austria.svg Awstrija
Flag of Switzerland.svg Żvizzera
Fażi tal-gruppi
Fażi tal-gruppi
2012 Flag of Poland.svg Polonja
Flag of Ukraine.svg Ukrajna
-
-

[editja] L-aqwa skorers (ta' kull żmien)

Plejer Gowls
Bandiera ta' Franza Michel Platini 9
Bandiera tal-Ingilterra Alan Shearer 7
Bandiera ta' Franza Thierry Henry
Bandiera tal-Olanda Patrick Kluivert
Bandiera tal-Olanda Ruud van Nistelrooy
Bandiera tal-Portugall Nuno Gomes
6
Bandiera ta' Franza Zinédine Zidane
Bandiera tal-Ġermanja Jürgen Klinsmann
Bandiera tar-Repubblika Ċeka Milan Baroš
Bandiera tal-Olanda Marco van Basten
Bandiera tar-Repubblika Federali tal-Jugożlavja Savo Milošević
5

[editja] L-aqwa skorers (ta' kull edizzjoni)

Sena Plejer Gowls
1960 Bandiera ta' Franza François Heutte
Bandiera tal-Unjoni Sovjetika Valentin Ivanov
Bandiera tal-Unjoni Sovjetika Viktor Ponedelnik
Bandiera tal-Jugożlavja Milan Galić
Bandiera tal-Jugożlavja Dražan Jerković
2
1964 Bandiera ta' Spanja Jesús María Pereda
Bandiera tal-Ungerija Ferenc Bene
Bandiera tal-Ungerija Dezső Novák
2
1968 Bandiera tal-Jugożlavja Dragan Džajić 2
1972 Bandiera tal-Ġermanja Gerd Müller 4
1976 Bandiera tal-Ġermanja Dieter Müller 4
1980 Bandiera tal-Ġermanja tal-Punent Klaus Allofs 3
1984 Bandiera ta' Franza Michel Platini 9
1988 Bandiera tal-Olanda Marco van Basten 5
1992 Bandiera tad-Danimarka Henrik Larsen
Bandiera tal-Ġermanja Karlheinz Riedle
Bandiera tal-Olanda Dennis Bergkamp
Bandiera tal-Żvezja Tomas Brolin
3
1996 Bandiera tal-Ingilterra Alan Shearer 5
2000 Bandiera tal-Olanda Patrick Kluivert
Bandiera tar-Repubblika Federali tal-Jugożlavja Savo Milošević
5
2004 Bandiera tar-Repubblika Ċeka Milan Baroš 5
2004 Bandiera ta' Spanja David Villa 4

[editja] Tripletti

Tripletta issir meta plejer jiskorja tliet gowls jew aktar f'partita waħda. Imniżżla f'ordni kronoloġiku.

Plejer Riżultat Gowls Edizzjoni
Dieter Müller Bandiera tal-Ġermanja tal-Punent 4–2 Bandiera tal-Jugożlavja 82', 115', 119' 1976
Klaus Allofs Bandiera tal-Ġermanja tal-Punent 3–2 Bandiera tal-Olanda 20', 60', 65' 1980
Michel Platini Bandiera ta' Franza 5–0 Bandiera tal-Belġju 4', 74', 89' 1984
Michel Platini Bandiera ta' Franza 3–2 Bandiera tal-Jugożlavja 59', 62', 77' 1984
Marco van Basten Bandiera tal-Olanda 3–1 Bandiera tal-Ingilterra 44', 71', 75' 1988
Sérgio Conceição Bandiera tal-Portugall 3–0 Bandiera tal-Ġermanja 35', 54', 71' 2000
Patrick Kluivert Bandiera tal-Olanda 6–1 Bandiera tar-Repubblika Federali tal-Jugożlavja 24', 38', 54' 2000
David Villa Bandiera ta' Spanja 4–1 Bandiera tar-Russja 20', 44', 75' 2008

[editja] L-aktar edizzjonijiet parteċipanti

App. Plejer Edizzjonijiet
4 Bandiera tal-Ġermanja Lothar Matthäus 1980, 1984, 1988, 2000
4 Bandiera tad-Danimarka Peter Schmeichel 1988, 1992, 1996, 2000
4 Bandiera tal-Olanda Aron Winter 1988, 1992, 1996, 2000
4 Bandiera ta' Franza Lilian Thuram 1996, 2000, 2004, 2008
4 Bandiera tal-Olanda Edwin van der Sar 1996, 2000, 2004, 2008
4 Bandiera tal-Italja Alessandro Del Piero 1996, 2000, 2004, 2008

[editja] Nazzjonijiet parteċipanti

Mappa tan-numru ta' parteċipazzjonijiet tal-pajjiż

10 darbiet

9 darbiet

8 darbiet

7 darbiet

5 darbiet

4 darbiet

 

3 darbiet

darbtejn

darba

 

1:Tinkludi 5 apparenzi bħal Ġermanja tal-Punent

2:Tinkludi 6 apparenzi bħala l-Unjoni Sovjetika u 1 bħala l-Komunità tal-Istati Indipendenti

3:Tinkludi 3 apparenzi bħala ċ-Ċekoslovakkja

[editja] Statisika ġenerali

Tim L R P T GF GK DG
Flag of Germany.svg Ġermanja tal-Punent (1960-1988)
Flag of Germany.svg Ġermanja (mill-1992)
38 19 10 9 55 39 +16
Flag of the Netherlands.svg Olanda 32 17 8 7 55 32 +23
Flag of France.svg Franza 28 14 7 7 46 34 +12
Flag of Spain.svg Spanja 30 13 9 8 38 31 +7
Flag of Portugal.svg Portugall 23 12 4 7 34 22 +12
Flag of Italy.svg Italja 27 11 12 4 27 18 +9
Flag of Czechoslovakia.svg Ċekoslovakkja (1960-1980)
Flag of the Czech Republic.svg Repubblika Ċeka (mill-1996)
25 11 5 9 36 32 +4
Flag of the Soviet Union.svg USSR (1960-1988)
Flag of the CIS.svg CIS (1992)
Flag of Russia.svg Russja (mill-1996)
27 11 5 11 31 36 −5
Flag of England.svg Ingilterra 23 7 7 9 31 28 +3
Flag of Denmark.svg Danimarka 24 6 6 12 26 38 −12
Flag of Croatia.svg Kroazja 11 5 3 3 14 13 +1
Flag of Sweden.svg Żvezja 14 4 5 5 19 16 +3
Flag of Greece.svg Greċja 12 4 2 6 9 13 −4
Flag of Belgium (civil).svg Belġju 12 4 2 6 13 20 −7
Flag of Turkey.svg Turkija 12 3 2 7 11 18 −7
Flag of SFR Yugoslavia.svg Jugożlavja (1960-1984)
Flag of FR Yugoslavia.svg Jugożlavja (2000)
14 3 2 9 22 39 −17
Flag of Scotland.svg Skozja 6 2 1 3 4 5 −1
Flag of Romania.svg Rumanija 13 1 4 8 8 17 −9
Flag of Switzerland.svg Żvizzera 9 1 2 6 5 13 −8
Flag of Ireland.svg Repubblika tal-Irlanda 3 1 1 1 2 2 0
Flag of Norway.svg Norveġja 3 1 1 1 1 1 0
Flag of Bulgaria.svg Bulgarija 6 1 1 4 4 13 −9
Flag of Hungary.svg Ungerija 4 1 0 3 5 6 −1
Flag of Slovenia.svg Slovenja 3 0 2 1 4 5 −1
Flag of Austria.svg Awstrija 3 0 1 2 1 3 −2
Flag of Poland.svg Polonja 3 0 1 2 1 4 −3
Flag of Latvia.svg Latvja 3 0 1 2 1 5 −4

L-aħħar aġġornament: 29 ta' Ġunju 2008.

[editja] Referenzi

  1. ^ http://www.fifa.com/aboutfifa/federation/releases/newsid=95756.html
  2. ^ Michael Harold, 'You won't find a superior trophy' (Ingliż), UEFA.com, 27 ta' Jannar 2006
  3. ^ New trophy for UEFA EURO 2008 (Ingliż), UEFA.com, 23 ta' Jannar 2007
  4. ^ euro2008.uefa.com - Home Page (Ingliż)
  5. ^ Bulgaria, Romania discussing joint Euro 2020 bid (Ingliż)
  6. ^ Euro 2020 - La Tchéco-Slovaquie intéressée (Franċiż)
  7. ^ http://www.fifa.com/associations/association=rus/index.html
  8. ^ http://www.fifa.com/associations/association=cze/ranking/gender=m/index.html
  9. ^ Ma tinkludix il-kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewroepj 1992 u l-iskwalifikazzjoni minħabba sanzjonijiet internazzjonali

[editja] Ħoloq esterni