Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2010

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa

Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2010
FIFA World Cup 2010 Logo.png
Dettalji tat-turnew
Pajjiż ospitu Flag of South Africa.svg Afrika t'Isfel
Dati 11 ta' Ġunju11 ta' Lulju
Parteċipanti 32 (minn 5 jew 6 konfederazzjonijiet)
Stadji 10 (f'9 ibliet ospiti)

It-Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2010 se tkun id-dsatax-il edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja, li hu avveniment mondjali tal-futbol li jsir kull erba' snin. Hu skedat li jkun bejn il-11 ta' Ġunju u l-11 ta' Lulju 2010 fl-Afrika t'Isfel. Din se tkun l-ewwel darba li l-kampjonat se jiġi ospitat minn pajjiż Afrikan. L-Italja se tiddefendi t-titlu li kisbet fl-edizzjoni preċedenti, minkejja li kkwalifikatx għall-fażi finali.

Werrej

[editja] L-għażla tal-ospitu

L-Afrika ġiet magħżulha bħala l-ospitu tat-Tazza tad-Dinja 2010 bħala parti minn politika ġdida li tikkonsisti fir-rotazzjoni ta' dan l-avveniment bejn il-konfederazzjonijiet tal-futbol (idea li ġiet abbandunata f'Ottubru tal-2007). Ħames pajjiżi Afrikani għamlu offerta biex jospitaw l-edizzjoni tal-2010 tat-Tazza tad-Dinja:

Minħabba d-deċiżjoni suċċessiva tal-Kumitat Eżekuttiv tal-FIFA biex il-kampjonat ma jiġix ospitat minn żewġ pajjiżi, it-Tuneżija irtirat il-kandidatura tagħha. Il-Kumitat iddeċieda wkoll li ma jaċċettax lil-Libja bħala ospitu minħabba li ma laħqitx il-kriterji uffiċjali.

Wara rawnd ta' voti, l-offerta rebbieħa ġiet mħabbra mill-president tal-FIFA Sepp Blatter waqt konferenza stampa fil-15 ta' Mejju 2004, f'Żurigu. L-Afrika t'Isfel ingħatat id-dritt li tospita dan it-turnew, fejn għelbet l-isfida tal-Marokk u l-Eġittu.[1]

Riżultati
Pajjiż Voti
Bandiera tal-Afrika t'Isfel Afrika t'Isfel 14
Bandiera tal-Marokk Marokk 10
Bandiera tal-Eġittu Eġittu 0
  • Bandiera tat-Tuneżija Tuneżijairtirat fit-8 ta' Mejju 2004 wara li żewġ ospiti ma kinux aċċettati
  • Bandiera tal-Libja Libjal-offerta ġiet irrifjutata: il-kandidatura ma laħqitx il-kriterji u l-ospitu bejn żewġ pajjiżi ma kienx aċċettat

[editja] Kwalifikazzjoni

Bħala l-pajjiż ospitu, l-Afrika t'Isfel ikkwalifikat awtomatikament. Madanakollu, l-Afrika t'Isfel hi l-ewwel ospitu mill-1934 li se tipparteċipa xorta waħda fil-kwalifiki għat-Tazza tad-Dinja. Dan hu minħabba li l-kwalifiki tal-CAF iservu wkoll bħala turnew ta' kwalifikazzjoni għat-Tazza Afrikana, fejn l-Afrika t'Isfel trid tikkwalifika għaliha separatament. Bħat-turnew preċedenti, iċ-ċampjins renjanti tal-Italja, mhux se jkollhom aċċess awtomatiku għall-fażi finali.

Il-poloz għall-fażi preliminarja ttellgħu f'Durban, fl-Afrika t'Isfel, fil-25 ta' Novembru 2007. It-tlugħ tal-poloz għall-fażi finali tat-Tazza tad-Dinja 2010 se jittellgħu f'Cape Town, fl-Afrika t'Isfel, f'Diċembru tal-2009.

[editja] Timijiet kwalifikati

Tim Data ta' kwalifikazzjoni Konfederazzjoni Ikkwalifika bħala L-aħħar parteċipazzjoni
Flag of South Africa.svg Afrika t'Isfel 15 ta' Mejju 2004 CAF Pajjiż organizzatur Korea t'Isfel - Ġappun 2002
Flag of Australia.svg Awstralja 6 ta' Ġunju 2009 AFC Rebbieħ ta' Grupp A tar-Raba' Rawnd tal-AFC Ġermanja 2006
Flag of Japan.svg Ġappun 6 ta' Ġunju 2009 AFC It-Tieni klassifikat fi Grupp A tar-Raba' Rawnd tal-AFC Ġermanja 2006
Flag of South Korea.svg Korea t'Isfel 6 ta' Ġunju 2009 AFC Rebbieħ ta' Grupp B tar-Raba' Rawnd tal-AFC Ġermanja 2006
Flag of the Netherlands.svg Olanda 6 ta' Ġunju 2009 UEFA Rebbieħ ta' Grupp 9 tal-UEFA Ġermanja 2006
Flag of North Korea.svg Korea ta' Fuq 17 ta' Ġunju 2009 AFC It-Tieni klassifikat fi Grupp B tar-Raba' Rawnd tal-AFC Ingilterra 1966
Flag of Brazil.svg Brażil 5 ta' Settembru 2009 CONMEBOL Fost l-aqwa erbgħa fil-grupp uniku tal-CONMEBOL Ġermanja 2006
Flag of Ghana.svg Gana 6 ta' Settembru 2009 CAF Rebbieħ ta' Grupp 4 tat-Tielet Rawnd tal-CAF Ġermanja 2006
Flag of England.svg Ingilterra 9 ta' Settembru 2009 UEFA Rebbieħ ta' Grupp 6 tal-UEFA Ġermanja 2006
Flag of Spain.svg Spanja 9 ta' Settembru 2009 UEFA Rebbieħ ta' Grupp 5 tal-UEFA Ġermanja 2006
Flag of Paraguay.svg Paragwaj 9 ta' Settembru 2009 CONMEBOL Fost l-aqwa erbgħa fil-grupp uniku tal-CONMEBOL Ġermanja 2006

[editja] Stadji

Fl-2005, l-organizzaturi ħarġu lista proviżorja tat-tlettax-il stadju li se jintużaw għat-Tazza tad-Dinja: Bloemfontein, Cape Town, Durban, Johannesburg (żewġ impjanti), Kimberley, Nelspruit, Orkney, Polokwane, Port Elizabeth, Pretorja (żewġ impjanti), u Rustenburg. Dan in-numru tnaqqas għal għaxra[2] li kienu uffiċjalment mħabbra fis-17 ta' Marzu 2006 mill-FIFA:

Johannesburg Durban Cape Town Johannesburg Pretorja
Soccer City Moses Mabhida Stadium Green Point Stadium Coca-Cola Park Loftus Versfeld Stadium
Kapaċità: 94,700 Kapaċità: 70,000 Kapaċità: 69,070 Kapaċità: 62,567 Kapaċità: 51,760
South Africa-Johannesburg-Soccer City004.jpg MosesMabhidaStadiumDurban.JPG Stadium progress - June 2009.jpg South Africa-Johannesburg-Stadiums001.jpg Loftus-Stadion.JPG
Port Elizabeth Bloemfontein Polokwane Nelspruit Rustenburg
Nelson Mandela Bay Stadium Free State Stadium Peter Mokaba Stadium Mbombela Stadium Royal Bafokeng Stadium
Kapaċità: 48,000 Kapaċità: 48,070 Kapaċità: 46,000 Kapaċità: 44,000 Kapaċità: 42,000
NelsonMandelaBayStadium-001.JPG Mbombela-cut-away.jpg

[editja] Preparazzjoni

Ħames stadji ġodda se jinbnew għal dan il-kampjonat u l-ħamsal-oħra se jiġu estiżi. L-ispiża totali tal-kostruzzjoni se tkun madwar R8.4 biljun.[3]

Mal-ħidma fuq l-istadji li se jinbnew u dawk li se jitranġaw, l-Afrika t'Isfel qed taħdem biex ittejjeb l-infrastruttura preżenti tat-trasport pubbliku, u biex timplimenta miżuri speċjali biex tassigura s-sigurtà u s-saħħa tan-nies lokali u t-turisti internazzjonali li jkunu qed jattendu għall-partiti, skont il-kriterji tal-FIFA.[4]

[editja] Għajdut ta' ospitu ġdid

Diversi għajdut ċċirkulaw f'sorsi varji tal-aħbarijiet li kienu jsostnu li t-Tazza tad-Dinja 2010 tista' ssir f'pajjiż ieħor.[5][6] Xi nies, fosthom Franz Beckenbauer, Horst R. Schmidt u, anki, xi eżekuttivi tal-FIFA, esprimew id-dubji tagħhom fuq il-pjan, l-organizzazzjoni u ż-żmien ta' preparazzjoni tal-AFrika t'Isfel. Madanakollu, l-uffiċjali tal-FIFA komplew isostnu li se jkomplu jagħtu s-sosten tagħhom lill-Afrika t'Isfel, u stqarrew li l-avveniment mhux se jitmexxa lejn pajjiż ieħor, bil-president tal-FIFA Sepp Blatter kompla jsostni li t-Tazza tad-Dinja 2010 se ssir fl-Afrika t'Isfel.[7] Blatter stqarr li hemm pjan ta' kontinġenza biex it-Tazza tad-Dinja issir x'imkien ieħor imma dan ikun f'każ ta' xi diżgrazzja naturali, u li t-Tazza tad-Dinja 2006 fil-Ġermanja kellha wkoll pjan ta' kontinġenza simili.[8]

Minkejja l-assigurazzjoni min-naħa tal-FIFA li l-avveniment jitmexxa biss f'każ ta' xi diżgrazzja naturali, xi għajdut kompla jiċċirkula dwar il-possibilità ta' ospitu ġdid. Dan l-għajdut kollu ġie kkritikat mid-deputat Ministru tal-Finanzi tal-Afrika t'Isfel Jabu Moleketi, fejn qal li dan l-għajdut sar biex ipoġġi dehra negattiva għall-Afrika t'Isfel u l-Afrika.[9]

[editja] Skeda

Il-ħinijiet kollha huma UTC+2

[editja] Pożizzjonijiet fil-fażi tal-gruppi

Fid-dinja tal-futbol, hemm diversi metodi li jiġu wżati biex jisseparaw żewġ timijiet bl-istess punti f'kampjonat. Għat-turnew tat-Tazza tad-Dinja, il-FIFA tuża' din is-sistemà.[10]

Il-pożizzjoni f'kull grupp hi determintata skont dawn il-punti:

a) L-ikbar numru ta' punti miksuba fil-partiti kollha tal-grupp;

b) Differenza tal-gowls fil-partiti kollha tal-grupp;

ċ) L-ikbar numru ta' gowls skurjati fil-partiti kollha tal-grupp;

Jekk tnejn jew aktar timijiet jispiċaw pari fil-bażi tat-tliet kriterji msemmija hawn fuq, il-pożizzjoni tagħhom se tkun determinata skont dawn il-punti:

d) L-ikbar numru ta' punti miksuba fil-partiti tal-gruppi bejn it-timijiet konċernati;

e) Differenza ta' gowls mill-partiti tal-gruppi bejn it-timijiet konċernati;

f) L-ikbar numru ta' gowls skurjati fil-partiti tal-gruppi bejn it-timijiet konċernati;

ġ) Tlugħ ta' poloz mill-Kumitat Organizzattiv tal-FIFA.

[editja] Fażi tal-gruppi

Fit-tabelli segwenti:

  • L = total ta' logħob li ntlagħbu
  • R = total ta' rebħiet
  • P = total ta' pari
  • T = total ta' telfiet
  • GF = total ta' gowls skurjati (favur)
  • GK = total ta' gowls li laqqtu (kontra)
  • DG = differenza ta' gowls (GF-GK)
  • Pti = total ta' punti akkumulati

It-timijiet pożizzjonati fl-ewwel u t-tieni post (bi sfond aħdar) ikkwalifikaw għar-rawnd tal-aħħar sittax.

[editja] Referenzi

  1. ^ Host nation of 2010 FIFA World Cup - South Africa (Ingliż). FIFA (15-05-2004).
  2. ^ 2010 Soccer World Cup Fan Parks & 2010 Host Cities (Ingliż) (Aċċessata nhar il-07-11-2007).
  3. ^ SA faces R8.4bn stadium bill (Ingliż). News24 (01-10-2006).
  4. ^ 2010 FIFA World Cup South Africa Special Measures Act, 200 (Ingliż) PDF. Repubblika tal-Afrika t'Isfel, Ministru tal-iSport u r-Rikreazzjoni - Gazette tal-Gvern Online Nru. 28593 (10-06-2006).
  5. ^ Luke Harding. Doubt over South Africa 2010 (Ingliż), The Guardian (Aċċessata nhar il-03-08-2008).
  6. ^ Jermaine Craig. Fifa denies SA may lose 2010 World Cup (Ingliż), The Star (Aċċessata nhar il-03-08-2008).
  7. ^ Sivuyile Mangxamba et. al. SA will host 2010 World Cup, says Blatter (Ingliż) (Aċċessata nhar il-03-08-2008).
  8. ^ FIFA confirm World Cup back-up plan for 2010 (Ingliż), ESPNsoccernet, 03-04-2007 (Aċċessata nhar il-03-08-2008).
  9. ^ SAPA. World Cup: 'Pessimists to eat their words' (Ingliż), IOL Online, 15-05-2007 (Aċċessata nhar il-03-08-2008).
  10. ^ Fifa World Cup South Africa 2010 Regulations - Article 17.6 (Ingliż). FIFA.

[editja] Ħoloq esterni