Federazzjoni tal-futbol tal-Albanija
| Fundazzjoni | 1930 |
|---|---|
| Pajjiż | |
| Konfederazzjoniijiet | FIFA (mill-1932) UEFA (mill-1954) |
| Kwartieri | Tirana |
| President | Armand Duka |
| Sit uffiċjali | www.fshf.org |
Il-federazzjoni tal-futbol Albaniża (bl-Albaniż: Federata Shqiptare e Futbollit) hija l-organizzazzjoni li tmexxi l-futbol fl-Albanija. Din torganizza l-kampjonat nazzjonali Albaniż, it-tim nazzjonali, u t-tim nazzjonali ta' taħt il-21 sena.
Storja [editja]
Il-federazzjoni Albaniża ġiet stabbilita fis-6 ta' Ġunju 1930, u ssiebħet mal-FIFA fl-1932 u aktar tard, fl-1954, kienet waħda minn fost il-membri fundaturi tal-UEFA.
Fl-14 ta' Marzu 2008, l-FSHF ġiet sospiża mill-FIFA minħabba indħil politiku. Dan fisser li t-timijiet nazzjonali ma setgħux jilgħabu logħbiet uffiċjali, ir-rappreżentanti ġew projbiti li jattendu avvenimenti uffiċjali, u r-referis ma setgħux jirrefjaw partiti sanzjonati mill-FIFA.[1] Aktar tard, din is-sospensjoni ġiet imneħħiha, u fis-27 ta' Mejju 2008, l-Albanija lagħbet logħba ta' ħbiberija kontra l-Polonja.
Il-president attwali tal-federazzjoni huwa Armand Duka, li ilu jkopri dan ir-rwol mill-2002 u fl-2010 rebaħ it-tielet elezzjoni tiegħu għall-presidenza.[2]
Referenzi [editja]
- ^ (Ingliż) Executive Affairs. uefa.com
- ^ (Ingliż) Duka re-elected as Albanian FA president. uefa.com, 10-03-2010. Aċċess tal-URL: 22-09-2010.
Ħoloq esterni [editja]
- Sit uffiċjali
- Profil tal-assoċjazzjoni fuq UEFA.com
|
|||||