Fwied

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa

Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
Salib ahmar abjad.png
L-informazzjoni li hawn f'dan l-artiklu għandha tintuża biss għal skopijiet illustrattivi. Għaldaqstant, l-ebda parti minn dan l-artiklu m'għandha tintuża għall-preskrizzjonijiet jew pariri mediċi – Aqra iktar
Il-fwied huwa l-ikbar oragnu li jinsab fil-ġisem tal-bniedem.

Il-fwied huwa organu li jinsab fil-vertebrati. Għandu rwol importanti ħafna fil-metaboliżmu u għandu bosta funzjonijiet oħra relatati mad-ditossifikazjoni ta' drogi, mal-ħażna ta' glikoġenu (en: glycogen) u s-sintesi tal-proteini li jinsabu fid-demm u l-plażma. Il-fwied jipproduċi wkoll il-bili (en: bile), li għandu importanza kbira fid-diġestjoni, partikolarment taż-żjut u xaħmijiet oħra. It-termini mediċi relatati mal-fwied bosta drabi jibdew bil-prefiss epato- jew epatiku, li ġejja mill-kelma Griega hepar li tfisser fwied.