Fraizer Campbell
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
| Fraizer Campbell |
||
| Informazzjoni personali | ||
|---|---|---|
| Isem sħiħ | Fraizer Campbell | |
| Twelid | 13 ta' Settembru 1987 Huddersfield |
|
| Pajjiż | ||
| Tul | 1.80 m | |
| Rwol | Attakkant | |
| Informazzjoni fuq il-klabb | ||
| Klabb kurrenti | Sunderland | |
| Klabbs ġovanili | ||
| 2004–2006 | Manchester United | |
| Klabbs professjonali | ||
| Snin | Klabb | Preż (Gwl)* |
| 2006–2009 2006–2007 2007–2008 2008 2009– |
Manchester United → Royal Antwerp (self) → Hull City (self) → Tottenham Hotspur (self) Sunderland |
2 (0) 33 (21) 34 (15) 10 (1) 0 (0) |
|
Aġġornament: 14:39, 17 Ġunju 2009 (UTC) |
||
Fraizer Campbell (Huddersfield, 3 ta' Settembru 1987) huwa plejer tal-futbol Ingliż. Huwa hu attakkant u jilgħab mal-klabb tal-Premier League Sunderland. Hu qatta' l-istaġun 2008–09 taħt self ma' Tottenham Hotspur wara li serva bħala piż għat-tratattiva li rat lil Dimitar Berbatov jaqsam għat-tim ta' Manchester United.
Werrej |
[editja] Karriera
[editja] Karriera tal-bidu
Campbell iffirma kuntratt mal-Akkademja ta' Manchester United fl-1 ta' Lulju 2004, u għamel impatt immedjat, fejn skorja 14-il gowl minn 22 apparenza għat-tim ta' taħt it-tmintax-il sena. Il-prestazzjoni tajba mat-tim ġovanili tatu ħames apparenzi mat-tim tar-Riservi fejn hu skorja darba. L-istaġun ta' wara, hu għamel tlettax-il apparenza mat-tim ta' taħt it-tmintax-il sena, u skorja disa' gowls, imma l-akbar impatt kien mat-tim tar-Riservi. Campbell qasam it-tieni post tal-aqwa skorer tat-tim tar-Risveri b'disa gowls (wara Giuseppe Rossi, li skorja 26 gowl f'25 logħba), fejn għen lit-tim fi triqithom għat-tripletta tar-Riservi, bil-Premier Reserve League, North/South Play-off Shield u l-Manchester Senior Cup.
F'Novembru tal-2005, Campbell ingħata n-numru 51 ta' Manchester United u ngħata l-ewwel sejħa mat-tim fit-tielet rawnd tal-FA Cup kontra Burton Albion f'Jannar tal-2006. Campbell iffirma l-ewwel kuntratt professjonali mal-klabb fit-22 ta' Marzu 2006, u fid-9 ta' Mejju, u kien imsejjaħ bħala sostitut tal-logħba ta' testimonjanza ta' Roy Keane f'Old Trafford, fejn ħa post Kieran Richardson fil-75 minuta. Lejn l-aħħar tas-sajf hu skorja l-ewwel gowl tiegħu mal-ewwel tim wara li daħal bħala sostitut fil-post ta' Wayne Rooney kontra Macclesfield Town.
[editja] Royal Antwerp
Hu ngħaqad mat-tim Belġjan affiljat ma' Manchester United, Royal Antwerp, matul l-istaġun 2006–07, fejn kompla jiskorja gowls u bil-benjamini jsejħulu "Super Campbell". Fit-8 ta' Awissu 2007, Campbell skorja gowl sabiħ kontra Glentoran għal Manchester United f'logħba ta' ħbiberija ta' qabel l-istaġun, u fid-19 ta' Awissu 2007, Campbell kien fost il-plejers magħżula għad-derby ta' Manchester. Huwa daħal bħala sostitut minflok Michael Carrick fit-73 minuta, partita li Manchester United tilfu 1–0 kontra Manchester City.[1]
[editja] Hull City
Hu ngħaqad ma' Hull City taħt self sa nofs Jannar 2008[2], u fid-debutt tiegħu hu skorja darbtejn fir-rebħa ta' 3–0 fuq Barnsley. Wara prestazzjoni tajba kontra Wolverhampton Wanderers, fejn skorja gowl u assista ieħor, Hull stqarrew l-interess li jestendu ż-żmien ta' self ta' Campbell sa tmiem l-istaġun. L-estenzjoni tas-self kienet kompluta fit-28 ta' Diċembru 2007. Hu spiċċa l-istaġjun bħala l-aqwa skorer ta' Hull City, biex għenhom jakkwistaw l-ewwel promizzjoni għall-aqwa diviżjoni Ingliża, wara stennija ta' 104 snin. Minħabba l-forma tajba li wera matul il-perjodu ta' self, Hull urew ix-xewqa tagħhom li jieħdu lil Campbell taħt trasferiment permanenti jew għal staġun ieħor ta' self. Madanakollu, Campbell espressa ħafna drabi x-xewqa li jirritorna lejn Old Trafford u jipprova jippenetra mal-ewwel tim. Fl-1 ta' Settembru 2008, Hull City għamlu offerta rekord (għall-klabb) ta' £7m għas-servizzi tal-plejer.
[editja] Manchester United
Lura Manchester, Campbell iddebutta mal-ewwel tim fil-partita tal-ftuħ tal-kampjonat il-ġdid kontra Newcastle United, fejn ifforma koppja tal-attakk ma' Wayne Rooney.
[editja] Tottenham Hotspur
Fit-2 ta' Settembru 2008, fl-aħħar ġurnata tas-suq tat-trasferimenti, Campbell iffirma għal Tottenham Hotpur b'self għal staġun, bħala parti mit-trasferiment ta' Dimitar Berbatov għal Manchester United għal somma ta' madwar £30.75 miljun.[3] Hu ddebutta mat-Tottenham fit-18 ta' Settembru 2008, fejn daħal bħala sostitut għal Aaron Lennon fl-ewwel leg tal-ewwel rawnd tat-Tazza UEFA kontra Wisła Kraków. F'temp ta' ħmistax-il minuta li kien daħal, Campbell ipprovda lil Darren Bent b'assist għall-gowl rebbieħ. L-ewwel gowl fil-kampjonat għal Fraizer Campbell wasal fit-telfa kontra Fulham bl-iskor ta' 2–1 fejn skorja l-uniku gowl ta' Tottenham fl-aħħar minuti tal-logħba.
[editja] Sunderland
Minkejja li f'Ġunju tal-2009 Hull City irritornaw b'offerta ta' £6m għal Campbell, offerta aċċettata minn Manchester United,[4] fil-11 ta' Lulju 2009, Campbell iffirma kuntratt ta' erba' snin ma' Sunderland wara li Manchester United aċċettaw offerta' ta' £3.5 miljun, offerta li kapaċi titla' għal £6 miljun.[5]
[editja] Referenzi
- ^ Man City 1-0 Man Utd (Ingliż), BBC Sport, 19-08-2007 (Aċċessata nhar il-22-08-2007).
- ^ Campbell Joins On Loan (Ingliż), Hull City AFC, 18-10-2007 (Aċċessata nhar il-22-10-2007).
- ^ Man Utd complete Berbatov switch (Ingliż). BBC Sport (01-09-2008). Aċċessata nhar il-02-09-2008.
- ^ Hull's bid for Campbell accepted (Ingliż). BBC Sport (07-06-2009). Aċċessata nhar il-08-06-2009.
- ^ Sunderland seal Campbell capture (Ingliż), BBC Sport, British Broadcasting Corporation, 11-07-2009 (Aċċessata nhar il-11-07-2009).
[editja] Ħoloq esterni
- Statistika fuq Soccerbase.com
- Profil fuq ManUtd.com