Giuseppe Rossi
![]() |
|||
| Informazzjoni personali | |||
|---|---|---|---|
| Isem sħiħ | Giuseppe Rossi | ||
| Twelid | 1 ta' Frar 1987 Teaneck |
||
| Pajjiż | |||
| Nazzjonalità | |||
| Tul | 1.73 m | ||
| Rwol | Attakkant | ||
| Informazzjoni fuq il-klabb | |||
| Klabb kurrenti | Villarreal | ||
| Numru | 22 | ||
| Klabbs ġovanili | |||
| 2000–2004 | Parma | ||
| 2004–2006 | Manchester United | ||
| Klabbs professjonali* | |||
| Snin | Klabb | Preż | Gwls |
| 2005–2007 | Manchester United | 5 | (1) |
| 2006 | → Newcastle United (self) | 11 | (0) |
| 2007 | → Parma (self) | 19 | (9) |
| 2007– | Villarreal | 91 | (33) |
| Tim nazzjonali | |||
| 2008– | Italja | 14 | (3) |
| * Il-preżenzi u l-gowls fil-karriera professjonali huma validi biss għall-kampjonat domestiku. Aġġornament: 15:42, 16 Ġunju 2010 (UTC) |
|||
Giuseppe Rossi (Teaneck, 1 ta' Frar 1987) hu plejer tal-futbol Taljan, li jilgħab bħala attakkant mal-klabb ta' Villarreal u tat-tim nazzjonali Taljan.
Werrej |
Il-bidu[editja]
Rossi twieled f'Teaneck, New Jersey fl-iStati Uniti, minn ġenituri Taljani; missieru, Ferdinando Rossi, kien kowċ tal-futbol u kien jgħallem it-Taljan u l-iSpanjol fl-iskola sekondarja ta' Clifton. Ommu, Cleonilde Rossi, kienet ukoll għalliema tal-lingwi fi Clifton.[1]
Karriera mal-klabbs[editja]
Manchester United[editja]
Ta' tlettax-il sena ġie notat mill-klabb ta' Parma li ġibitu l-Italja fis-sena 2000 u li rawmitu fi ħdan is-settur ġovanili tal-istess klabb. Fis-sajf tal-2004, ta' sbatax-il sena, ġie akkwistat mill-Manchester United.[2] Id-debutt tiegħu mar-Red Devils wasal fl-10 ta' Novembru 2004, fil-partita valida għal-League Cup, kontra Crystal Palace, fejn daħal bħala sostitut. Fil-15 ta' Ottubru 2005, ta' tmintax-il sena, sab ix-xibka għall-ewwel darba fil-Premier League, meta inqas minn għaxar minuti minn x'ħin daħal bħala sostitut kontra Sunderland, skorja t-tielet gowl ta' United minn tmintax-il metru, biex tahom rebħa ta' 3–1.[3] Fit-tieni staġun tiegħu f'Manchester, iddebutta wkoll fil-UEFA Champions League, fejn kiseb żewġ preżenzi, waqt li skorja tliet gowls fit-tazzi nazzjonali. B'hekk temm l-istaġun tiegħu b'4 gowls fi 12-il logħba.
Fil-bidu tal-istaġun 2006–07, Rossi ingħata b'self lil Newcastle United sal-1 ta' Jannar, 2007, biex b'hekk ikun jista' jikseb biżżejjed esperjenza. L-uniku gowl bil-flokk iswed u abjad wasal fil-25 ta' Ottubru, 2006, kontra Portsmouth fit-Tielet Rawnd tal-Carling Cup.[4]
Parma[editja]
Fis-17 ta' Jannar 2007 ġie msellef lil Parma sal-aħħar nofs tal-istaġun.[5]
Skjerat mill-bidu fost l-ewwel ħdax, fil-partita debuttanti tiegħu fil-21 ta' Jannar, hu skorja l-gowl li wassal lill-Parma biex jegħlbu lil Torino 1–0 u biex jirritoraw lura lejn ir-rebħ wara nixfa ta' rebħa li kienet tmur lura lejn l-10 partiti preċedenti. Fis-7 ta' April, fil-partita ġewwa darhom kontra Livorno, hu skorja gowl fil-91 minuta li ta lill-Parma r-rebħa, u reġa' rrepeta dan fit-18 ta' April, meta b'permezz tal-ewwel doppjetta tiegħu fis-Serie A, hu ta rebħa prezzjuża 'l-Parma kontra Fiorentina. Erbat ijiem wara, permezz ta' gowl fir-rebħa ta' 4–3 li Parma għamlu fuq Palermo, din kienet tfisser l-ewwel rebħa tal-klabb barra minn daru għal dak l-istaġun.
Il-prestazzjonijiet tiegħu fid-dsatax-il partita li lagħab,[6] li fihom skorja disa' gowls, wasslu 'l-Parma ta' Claudio Ranieri li jakkwistaw it-tnax-il post, meta salvaw mir-relegazzjoni fl-aħħar ġurnata.
Villarreal[editja]
Wara ż-żmien ta' self ma' Parma, fi tmiem l-istaġun ħafna klabbs Taljani xtaquh, però hu rritorna barra minn pajjiżu. Fil-fatt fl-2007, f'età ta' għoxrin sena, Manchester United ċediet għal offerta ta' 10 miljun ewro mill-klabb Spanjol ta' Villarreal.[7][8] Madanakollu, fil-kuntratt ta' Rossi iddaħlet klawżola li tippermetti lil Manchester United biex ikunu jistgħu jixtruh fil-futur qarib.[9]
Fl-ewwel staġun tiegħu fi Spanja sar plejer determinanti għas-"Sottomarin isfar": minkejja diversi problemi fiżiċi, hu rnexxielu jiskorja 11-il gowl f'27 partita fil-Liga, u kkontribwixxa għat-tieni post storiku fil-kampjonat li ta post awtomatiku fil-fażi tal-gruppi taċ-Champions League. Fl-istaġun suċċessiv, Rossi ibrilla fiċ-Champions League fejn skorja tliet gowls, waqt li kompla jikkonferma ruħu fil-kampjonat, meta skorja 12-il gowl fi 30 partita.
Internazzjonali[editja]
Rossi irrapreżenta lill-Italja fi kważi kull livell ġovanili, mit-tim ta' taħt is-16-il sena, sat-tim ta' taħt il-21 sena. Minkejja li fl-2006 ġie mistieden mill-kowċ tat-tim nazzjonali tal-iStati Uniti, Bruce Arena, biex jieħu sehem f'sessjoni ta' taħriġ mat-tim fi preparazzjoni għat-Tazza tad-Dinja, Rossi irrifjuta din l-offerta fejn stqarr ix-xewqa li jilgħab għall-Italja. Hu skorja erba' gowls fl-Olimpjadi tas-sajf 2008, biex sar l-aqwa skorer tat-turnew, minkejja li l-iskwadra Taljana waslet biss sal-kwarti tal-finali.
Il-kowċ tat-tim nazzjonali Taljan Marcello Lippi, sejjaħ lil Rossi fost l-iskwadra tiegħu f'Ottubru tal-2008, fejn iddebutta bħala sostitut fit-tieni taqsima fil-partita tal-11 ta' Ottubru kontra l-Bulgarija, partita valida mill-fażi ta' kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2010. L-ewwel gowl tiegħu mal-Azzurri wasal kontra l-Irlanda ta' Fuq, f'partita ta' ħbiberja li ntlagħbet fis-6 ta' Ġunju, 2009. Hu wkoll skorja żewġ gowls kontra l-iStati Uniti fl-ewwel partita tal-Italja fit-Tazza tal-Konfederazzjonijiet 2009 fil-15 ta' Ġunju 2009, ġewwa l-Afrika t'Isfel.[10]
Gowls internazzjonali[editja]
| # | Data | Stadju | Avversarju | Riżultat | Kompetizzjoni |
|---|---|---|---|---|---|
| 1. | 6 ta' Ġunju 2009 | Pisa, Italja | 3–0 | Logħba ta' ħbiberija | |
| 2. | 15 ta' Ġunju 2009 | Pretorja, Afrika t'Isfel | 3–1 | Tazza tal-Konfederazzjonijiet 2009 | |
| 3. | 15 ta' Ġunju 2009 | Pretorja, Afrika t'Isfel | 3–1 | Tazza tal-Konfederazzjonijiet 2009 |
Unuri[editja]
Klabb[editja]
- Football League Cup: 2005–06
Individwali[editja]
- L-Aqwa Skorer tal-Olimpjadi: 2008 (4 gowls)
Referenzi[editja]
- ^ Jeré Longman. (Ingliż) Young Soccer Star Is Close to Completing His Italian Dream. The New York Times, 09-06-2009. Aċċess tal-URL: 13-06-2009.
- ^ (Ingliż) Andrea Canales. "My Country, 'Tis of Thee", 30-11-2005.
- ^ (Ingliż) Sunderland 1-3 Man Utd. BBC Sport, 15-10-2005. Aċċess tal-URL: 03-04-2009.
- ^ (Ingliż) "Newcastle 3-0 Portsmouth", 25-10-2006.
- ^ (Ingliż) "Man Utd agree Parma loan deal for Rossi", 18-01-2007.
- ^ (Ingliż) Giuseppe Rossi. ESPN. Aċċess tal-URL: 03-04-2009.
- ^ (Ingliż) Ben Hibbs. "Rossi to join Villarreal", 07-07-2007.
- ^ (Spanjol) "El Villarreal ficha al delantero Giuseppe Rossi", 31-07-2007.
- ^ (Ingliż) "Man Utd sell Rossi to Villarreal", 01-08-2007.
- ^ (Ingliż) USA 1-3 Italy. 15-06-2009
Ħoloq esterni[editja]
- Sit uffiċjali
- Profil fuq villarealcf.es
- Statistika fuq Soccerbase.com
|
|||||||
|
|||||
