Premier League 2013–14

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
Premier League 2013–14
Logħbiet 90
Gowls skurjati 219 (2.43 kull logħba)
L-aqwa skorer Daniel Sturridge
(8 gowls)
Bidu tal-istaġun 17 ta' Awwissu 2013
Tmiem tal-istaġun 11 ta' Mejju 2014
Attendenza medja 36,659

Il-Premier League 2013–14 huwa t-22 staġun tal-Premier League Ingliż, l-ogħla livell tal-futbol fl-Ingilterra, mill-istabbiliment tiegħu fl-1992. L-istaġun beda fis-17 ta' Awwissu 2013 u mistenni li jispiċċa fil-11 ta' Mejju 2013. Dan huwa l-ewwel staġun fejn fih se tiġi wżata t-teknoloġija tal-linja tal-gowl (goal-line technology) bl-użu tas-sistema Hawk-Eye.

Timijiet[editja]

Total ta' għoxrin tim se jieħdu sehem f'dan il-kampjonat, sbatax ġejjin mill-istaġun 2012–13 u tlieta promossi mill-Football League Championship 2012–13.

Nhar is-16 ta' April 2013, Cardiff City, wara assenza ta' 51 sena,[1] kisbu l-promozzjoni lura għall-ogħla diviżjoni. Dan se jkun l-ewwel staġun ta' Cardiff City taħt il-format tal-Premier League, u bi Swansea City ukoll f'din id-diviżjoni jfisser li d-derby tan-Nofsinhar ta' Wales se jintlagħab għall-ewwel darba fl-ogħla livell.[2] Din se tkun ukoll l-ewwel darba li żewġ klabbs minn barra l-Ingilterra se jikkompetu fl-ogħla diviżjoni tal-futbol Ingliż fl-istess staġun.

Fl-4 ta' Mejju 2013, Hull City assiguraw promozzjoni lejn il-Premier League wara assenza żgħira ta' tliet staġuni. Hull kellhom jirbħu lil Cardiff City fl-aħħar ġurnata tal-istaġun sabiex iżommu t-tieni post, però dro kien biżżejjed wara t-telfa drammatika ta' Watford ġewwa darhom kontra Leeds United.

Nhar is-27 ta' Mejju 2013, Crystal Palace ħadu l-aħħar post disponibbli wara li għelbu lil Watford fil-finali tal-play-off, bil-gowl ta' Kevin Phillips minn penalty fil-ħin barrani jwassal lil Crystal Palace għall-ewwel darba fil-Premier League mill-istaġun 2004–05.

Promozzjoni u relegazzjoni[editja]

Aiga uparrow inv.svg Timijiet promossi mill-Football League Championship 2012–13

Aiga downarrow inv.svg Timijiet relegati għall-Football League Championship 2013–14

Klassifika[editja]

Poż Tim L R D T GF GK DG Pti
1 Arsenal 9 7 1 1 20 9 +11 22
2 Chelsea 9 6 2 1 16 6 +10 20
3 Liverpool 9 6 2 1 17 8 +9 20
4 Tottenham Hotspur 9 6 1 2 9 5 +4 19
5 Southampton 9 5 3 1 10 3 +7 18
6 Everton 9 5 3 1 14 10 +4 18
7 Manchester City 9 5 1 3 21 11 +10 16
8 Manchester United 9 4 2 3 14 12 +2 14
9 Swansea City 9 3 2 4 12 11 +1 11
10 Hull City 9 3 2 4 7 10 −3 11
11 Newcastle United 9 3 2 4 12 16 −4 11
12 West Bromwich Albion 9 2 4 3 8 10 −2 10
13 Aston Villa 9 3 1 5 9 12 −3 10
14 Fulham 9 3 1 5 9 12 −3 10
15 West Ham United 9 2 3 4 8 8 0 9
16 Cardiff City 9 2 3 4 8 13 −5 9
17 Stoke City 9 2 2 5 6 10 −4 8
18 Norwich City 9 2 2 5 6 13 −7 8
19 Sunderland 9 1 1 7 7 21 −14 4
20 Crystal Palace 9 1 0 8 6 19 −13 3

Aġġornata sal-logħbiet li ntlagħbu fit-28 ta' Ottubru 2013
Sors: Barclays Premier League

Leġġenda
Kwalifikazzjoni għall-fażi tal-gruppi tal-UEFA Champions League
Kwalifikazzjoni għar-rawnd tal-play-offs tal-UEFA Champions League
Kwalifikazzjoni għar-rawnd tal-play-offs tal-UEFA Europa League
Relegazzjoni għall-Football League Championship

Riżultati[editja]

Intern \ Estern1 ARS AST CAR CHE CPA EVE FUL HUL LIV MNC MAN NEW NOR SOT STO SUN SWA TOT WBA WHU
Arsenal 1–3 4–1 3–1 1–0
Aston Villa 0–2 0–1 3–2 1–2
Cardiff City 0–0 3–2 1–2 0–1
Chelsea 2–1 4–1 2–0 2–0 2–1
Crystal Palace 0–2 3–1 0–2 0–1
Everton 1–0 2–1 3–2 0–0
Fulham 1–2 1–2 1–1
Hull City 0–0 1–1 1–0 1–0
Liverpool 3–1 1–0 0–1 1–0 4–1
Manchester City 3–1 2–0 4–1 4–0
Manchester United 0–0 2–0 1–1 3–2 1–2
Newcastle United 1–0 2–3 2–2 0–0
Norwich City 0–1 0–0 1–3 2–2 1–0
Southampton 2–0 2–0 1–1 2–0 0–0
Stoke City 2–1 0–0 0–1 0–0
Sunderland 1–3 0–1 1–3 1–2 2–1
Swansea City 1–2 2–2 1–4 4–0 0–0
Tottenham Hotspur 1–1 1–0 2–0 1–0 0–3
West Bromwich Albion 1–1 0–1 3–0 0–2
West Ham United 2–0 2–3 1–3 0–1

Aġġornata sal-logħbiet li ntlagħbu fit-28 ta' Ottubru 2013.
Sors: Premier League
1 It-tim li jilgħab f'daru hu mniżżel fil-kolonna xellugija.
Kuluri: Blu = rebħa ta' tim f'daru; Isfar = dro; Aħmar = rebħa ta' tim barra minn daru.

Referenzi[editja]

  1. ^ (Ingliż) Graham Clutton, Premier League promotion party starts at Cardiff City after 0-0 draw against Charlton Athletic, Daily Telegraph, 16 ta' April 2013. Aċċess tal-URL: 17 ta' April 2013.
  2. ^ (Ingliż) Phil Blanche, Manchester United FC star Ryan Giggs relishing South Wales derby spectacle in Premier League, WalesOnline, 14 ta' Mejju 2013. Aċċess tal-URL: 28 ta' Mejju 2013.

Ħoloq esterni[editja]