Gżejjer Faroe

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
Gżejjer Faroe
Føroyar (Faroiż)
Færøerne (Daniż)
Føroyar (Faroiż)Færøerne (Daniż) – Bandiera Føroyar (Faroiż)Færøerne (Daniż) – Emblema
Innu nazzjonali: Tú alfagra land mítt
Faroe Islands in its region.svg
Belt kapitali
(u l-ikbar belt)
Tórshavn
62°00′N 06°47′W / 62°N 6.783°W / 62; -6.783
Lingwi uffiċjali Faroiż · Daniż
Gvern Demokrazija parlamentari taħt monarkija kostituzzjonali
 -  Monarka Margrethe II
 -  Kummissarju Għoli Dan M. Knudsen
 -  Prim Ministru Kaj Leo Johannesen
Leġislatura Løgting
Awtonomija fi ħdan ir-Renju tad-Danimarka
 -  Unifikata man-Norveġja 1035 
 -  Ċeduta lid-Danimarka 14 ta' Jannar 1814 
 -  Regola interna 1 ta' April 1948 
Erja
 -  Total 1,399 km2 (180)
540 mil kwadru 
 -  Ilma (%) 0.5
Popolazzjoni
 -  stima tal-206 49,709[1] (206)
 -  ċensiment tal-2011 48,351 
 -  Densità 35.5/km2 
91/mili kwadri
PGD (PSX) stima tal-2012
 -  Total $1.642 biljun 
 -  Per capita $33,700 
PGD (nominali) stima tal-2008
 -  Total $2.45 biljun 
 -  Per capita $50,300 
IŻU (2013) 0.8951 (għoli ħafna) (15)
Valuta Krone Faroiż (DKK)
Żona tal-ħin WET (UTC+0)
TLD tal-internet .dk
Kodiċi telefoniku +298
1 Informazzjoni tad-Danimarka tinkudi l-Gżejjer Faroe u l-Groenlandja.

Il-Gżejjer Faroe (Faroiż:Føroyar) huma grupp ta' gżejjer u arċipelagu li qegħdin taħt is-sovranità tar-Renju Daniż, huma jinsabu bejn il-Baħar Norveġiż u l-Oċean Atlantiku tat-tramuntana, kważi nofs triq bejn in-Norveġja u l-Iżlanda. Iż-żona totali ta' dawn il-gżejjer hija, bejn wieħed u ieħor ta'1,400 kilometru kwadru, b'popolazzjoni li tammonta għal madwar 50,000 ruħ skont iċ-ċensiment li sar fl-2010. Il-Gżejjer Faroe huma awtonomi, voldieri huwa stat li jmexxi lilu nnifsu mingħajr ma jindaħallu stat ieħor fl-affarijiet interni, u dawn il-gżejjer ilhom taħt id-Danimarka sa mill-1948.

Matul is-snin, il-poplu Faroiż ħa kontroll tal-kwistjonijiet domestiċi. Dawk l-oqsma li baqgħu kkonsidrati bħala r-responsabbilità tad-Danimarka huma: id-difiża militari, il-pulizija, il-gustizzja u l-ministeru tal-affarijiet barranin. Il-Gżejjer Faroe għandhom ukoll, ir-rappreżentanti tagħhom fil-Kunsill Nordiku, bħala membri tad-delegazzjoni Daniża. Il-gżejjer kienu assoċjati u ntaxxati min-Norveġja, mill-Unjoni ta' Kalmar u mid-Danimarka-Norveġja sal-1814, meta n-Norveġja kienet unità mal-Iżvezja. L-Iskandinavja kienet għaddejja minn taqlib politiku, segwit mis-Sitt Koalizzjoni fil-Gwerer Napoleoniċi, meta t-Trattat ta' Kiel iggarantixxa l-kontroll fuq il-Faroe, fuq l-Iżlanda u l-Groenlandja mid-Danimarka fl-1814. Il-monopolju Daniż intemm fl-1856.

Annimali[editja]

L-annimali domestiċi tal-Gżejjer Faroe huma r-riżultat tal-1,200 sena ta' tgħammir iżolanti. Bħala riżultat, ħafna mill-annimali domestiċi li jinsabu fuq il-gżejjer huma uniċi, għalhekk ma ssibhomx fi bnadi oħra fid-dinja. It-tgħammir domestiku ta' dawn il-gżejjer jinkludi: Il-poni Faroiż, il-baqra Faroiża, in-nagħġa Faroiża, il-wiżż Faroiż u l-papra Faroiża, li għandhom dehra pjuttost differenti mill-kumplament tal-ispeċi l-oħra preżenti fid-dinja.

Mammiferi[editja]

Ftit huma l-ispeċijiet ta' Mammiferi terrestjali, li jgħixu fis-salvaġġ tal-Gżejjer Faroe, fil-fatt il-Mammiferi ġew introdotti mill-bniedem. Tlieta mill-ispeċijiet ta' din il-gżira jinsabu f'kompetizzjoni bejniethom, dawn huma l-Fenek tal-muntanji ( Lepus timidus), il-Far kannella (Rattus norvegicus) u l-Ġurdien tad-dar (Mus musculus domesticus). Minbarra dawn l-ispeċijiet elenkati, darba waħda kien hemm ir-razza tan-nagħġa domestika, li jsejħula l-Faroes (meħuda mill-Emblema tan-nazzjon), varjetà ta' nagħaġ ferali li rnexxielu jissopravivi fuq Lítla Dímun sa nofs is-seklu dsatax.[2]

Is-Siġilli griżi (Halichoerus grypus) huma komuni madwar ix-xtut tal-Gżejjer Faroe. Bosta speċi ta' ċetaċej jgħixu fl-ilmijiet ta' madwar il-gżejjer. Magħrufin l-aktar bħala l-Baleni piloti tal-pinen twal (Globicephala melaena), għadhom jiġu kkaċjati min-nies tal-gżira sal-lum il-ġurnata skont it-tradizzjoni twila tal-lokal. Kultant il-Baleni qattiela (Orcinus orca) jżuru l-fjordi tal-gżejjer tal-Faroe, però dan huwa avveniment rarissimu.[3]

Kultura[editja]

L-għeruq tal-kultura tal-Gżejjer Faroe huma imposti fil-kultura Nordika. Il-Gżejjer Faroe kienu f'iżolament totali matul bosta żminijiet mill-fażijiet tal-kultura prinċipali u mill-movimenti storiċi li ġraw fi ħdan l-Ewropa. Dan ifisser, li huma żammew parti kbira mill-kultura tradizzjonali tagħhom. Il-lingwa mitkelma hija l-Faroiż, waħda mill-lingwi Skandinavi insulari li huwa mnissel mill-ilsien arkajk tan-Norveġiżi, mitkellem fl-Iskandinavja matul il-Perjodu tal-Vikingi, l-oħrajn ikunu: l-Iżlandiż u l-lingwa estinta, Norn, lingwa li hija maħsuba li kienet kompletament intelliġibli mill-poplu Faroiż. Sas-seklu 15, il-lingwa Faroiża kienet tinkiteb b'ortografija li kienet simili għal dik Iżlandiża u Norveġiża, però wara r-riforma tal-1538, il-mexxejja Daniżi eskludew din il-forma ta' kitba mill-iskejjel, mill-knejjes u mid-dokumenti uffiċjali. Għalkemm din it-tradizzjoni mitkellma salvat għal 300 sena l-lingwa ma kinitx tinkiteb. Dan ifisser li l-poeżiji u l-istejjer kienu jiġu mgħoddija oralment. Dawn ix-xogħlijiet kienu maqsuma fid-diviżjonijiet segwenti: ævintýr (Stejjer) u f'kvæði (ballids), fejn ta' sikwit, hija stabbilità l-mużika u ż-żfin medjevali. Eventwalment dawn ix-xogħlijiet letterarji nkitbu fis-seklu dsatax.

Trasport[editja]

Minħabba l-art ġeblija u d-daqs relattivament żgħir tal-Gżejjer Faroe, is-sistema tat-trasport ma kinitx estensiva bħalma kienet f'postijiet oħra fid-dinja. Però issa, is-sitwazzjoni nbidlet u l-infrastruttura ġiet żviluppata estensivament sabiex tkun tista' taqdi 'l poplu Faroiż bl-aħjar mod possibbli. Xi 80% tal-popolazzjoni tal-gżejjer hija konnessa permezz ta' mini li jgħaddu minn ġol-muntanji u minn bejn il-gżejjer, permezz ta' diversi pontijiet u trejqiet li jgħaqqdu l-gżejjer il-kbar mat-tlett igżejjer kbar tal-Grigal flimkien, filwaqt li jgħaqqdu ż-zewġt igżejjer il-kbar l-oħra tan-nofsinhar taż-żona prinċipali b'vapuri ġodda. Dawn il-gżejjer jipposjedu toroq eċċellenti li jwassluk lejn kull villaġġ mibni fuq din il-gżira, però dawn it-toroq ma jwasslux lejn is-sebat igżejjer żgħar, li fuq sitta minnhom hemm villaġġ wieħed.

Il-mappa tal-Gżejjer Faroe

Ġeografija[editja]

Il-Gżejjer Faroe jifformaw arċipelagu li jikkonsisti minn tmintax-il gżira maġġuri, madwar 655 kilometru 'l bogħod mill-kosta tal-Ewropa ta' Fuq, bejn il-Baħar Norveġiż u l-Oċean Atlantiku tat-Tramuntana, xi nofs triq bejn l-Iżlanda u n-Norveġja, bl-eqreb ġirien ikunu l-Gżejjer Skoċċiżi tat-Tramuntana u tal-Punent. Il-ko-ordinati tal-Gżejjer Faroe huma 62°00′N 06°47′W / 62°N 6.783°W / 62; -6.783. Il-Gżejjer ikopru żona ta' 1,399 kilometru u m'għandhom l-ebda lagi jew xmajjar maġġuri.[1] Il-kosta hija ta' 1,170 kilometru u l-unika gżira sinifikanti, li hija diżbitata hija Lítla Dímun. Il-gżejjer huma robusti u ġeblija ma' xi qċaċet baxxi; il-kosti huma fil-maġġor parti tagħhom irdum. L-ogħla punt ġeografiku ta' din il-gżira huwa Slættaratindur, li jinsab madwar 882 metru (2,894 pied) 'il fuq mil-livell tal-baħar.

Id-Distanzi tal-eqreb Pajjiżi u Gżejjer[editja]

Il-Gżejjer Faroe, f'Eysturoy, Funningsfjørður (fjord) f' Ottubru

Klima[editja]

Il-klima ta' dawn il-gżejjer hija kkaratterizzata bħala waħda Sotto-Artika, skont il-klassifikazzjoni tal-klima Köppen. Il-karattru ġenerali tal-klima tal-gżejjer huwa influwenzat mill-qawwa sħuna tal-oċean Atlantiku, li tipproduċi l-Kurrent tal-Atlantiku tat-Tramuntana. Dan, flimkien mal-moviment kontinwu ta' kwalunkwe sors ta' arja sħuna, jassigura l-moderazzjoni tax-xtiewi (b'temperatura medja ta' 3.0 sa 4.0 gradi jew 37 sa 39 °F), filwaqt li s-sjuf huma bierda (b'temperatura medja ta' 9.5 sa 10.5 °C jew 49 sa 51 °F. Matul is-sena, il-gżejjer ikunu bir-riħ, bis-sħab u kesħin, b'madwar 260 jum ta' xita annwali. Il-gżejjer jinsabu fil-passaġġ ta' dippressjonijiet, li jiċċaqilqu lejn il-Grigal, u għalhekk dan ifisser li rwiefen qawwija u xita qalila huma possibbli f'kull żmien matul is-sena. Ġranet bix-xemx huma rari iżda jingħad li l-ġranet imċajpra u mudlama huma komuni. L-Urugan Faith ħabat għall-Gżejjer Faroe fil-5 ta' Settembru tal-1966, b'irwiefen li jsostnu madwar il-100 mil kull siegħa(mph), u minn hemm faqqgħet maltempata li waqqfet il-ħidma tas-sistema tropikali. Ir-reġistrazzjoni tal-informazzjoni meteoroloġika tal-Gżejjer Faroe bdiet fl-1867.[4]

Festi Pubbliċi[editja]

Referenzi[editja]

  1. ^ a b (Ingliż) CIA - The World Factbook. CIA, Lulju 2013
  2. ^ (1981). A survey of European primitive breeds of sheep 13: 381–418 [p. 400].
  3. ^ [1] Earth First website
  4. ^ http://rdgs.dk/djg/pdfs/101/1/06.pdf Plant production on a Faeroese farm 1813-1892, related to climatic fluctuations (EN)

Ħoloq esterni[editja]

Gvern
Informazzjoni ġenerali
Turiżmu
Oħrajn
  • vifanord, librerija diġitali li tipprovdi informazzjoni xjentifika dwar il-pajjiżi u żoni Nordiċi u Baltiċi.
  • Faroe Foraminifera, gallerija ta' ritratti (bid-deskrizzjonijiet) ta' 56 kampjuni tal-fawna tal-baħar fond mill-Gżejjer Faroe.