Oċean Atlantiku

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
L-Oċean Atlantiku

L-Atlantiku huwa t-tieni l-ikbar oċean fuq wiċċ id-Dinja, wara l-Oċean Paċifiku, u huwa l-iktar wieħed li jsiru vjaġġi fuqu.

L-Atlantiku jinqasam fi tnejn: il-parti 'l fuq mill-Ekwatur hi l-Atlantiku ta' Fuq (il-parti nord-atlantika); il-parti 'l isfel mill-Ekwatur, l-Atlantiku ta' Taħt (il-parti sud-atlantika).

L-isem ta' dan l-oċean ġej minn Atlas, wieħed mit-Titani tal-mitoloġija Griega.