Popolazzjoni

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
Distribuzzjoni tal-popolazzjoni dinjija fl-1994.
Densità tal-popolazzjoni.png

Ir-relazzjoni bejn il-bniedem u l-ambjent tiddependi minn kemm hi l-popolazzjoni u t-tqassim tagħha fuq medda art.

Il-Popolazzjoni tkun stabbli jekk imutu nies daqs kemm jitwieldu. Fid-dinja hawn tnaqqis fir-rata tal-imwiet minħabba l-progress li qed iseħħ fil-mediċina, dieta bilanċjata, aktar iġene, ħafna eżerċizzju fiżiku eċċ. Fl-Ewropa hawn tnaqqis ukoll fir-rata ta' twelid minħabba raġunijiet varji bħal ippjanar tal-familji, l-omm taħdem u tkompli l-karriera, l-ulied trid tedukahom, finanzi l-industrijalizzazzjoni.

F'ċertu pajjiżi naraw splużjoni tal-popolazzjoni eżempju ċ-Ċina u l-Indja li saħansitra qed jaħsbu li ser tissupera lil dik taċ-Ċina. Il-popolazzjoni tad-dinja hija ta' biljun ruħ, kull wieħed bil-bżonnijiet materjali (mediċini, ikel, xorb, ilma, arja) u soċjali (xogħol, flus, djar, saħħa, edukazzjoni). Huwa stmat li l-popolazzjoni tad-dinja ser tilħaq 10 biljun sas-sena 2050 u aktarx li l-aktar li ser tiżdied fil-pajjiżi sotto-zviluppati.