David Villa

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
David Villa
David Villa - 01.jpg
Informazzjoni personali
Isem sħiħ David Villa Sánchez
Twelid 5 ta' Frar 1985 (1985-02-05) (29 sena)
Langreo
Pajjiż Bandiera ta' Spanja Spanja
Tul 1.75 m
Rwol Attakkant
Informazzjoni fuq il-klabb
Klabb kurrenti Atlético Madrid
Numru 9
Klabbs ġovanili
1991–1999 Langreo
Klabbs professjonali*
Snin Klabb Preż Gwls
1991–2001 Sporting de Gijón B 65 (25)
2001–2003 Sporting de Gijón 80 (38)
2003–2005 Real Zaragoza 73 (32)
2005–2010 Valencia 166 (107)
2010–2013 Barcelona 77 (33)
2013– Atlético Madrid 12 (6)
Tim nazzjonali
2005– Spanja 92 (56)
* Il-preżenzi u l-gowls fil-karriera professjonali huma validi biss għall-kampjonat domestiku.
Aġġornament: 09:19, 9 Novembru 2013 (UTC)

David Villa Sánchez (Langreo, 3 ta' Diċembru 1981) hu plejer tal-futbol Spanjol li jilgħab bħala attakkant għal Atlético Madrid u għat-tim nazzjonali Spanjol. Fi Spanja hu hu magħruf bħala El Guaḥe, jiġifieri "it-tfajjel".

Kemm mal-klabb u kif ukoll man-nazzjonali, Villa jilgħab bin-numru 7.

Karrateristiċi tekniċi[editja]

Attakkant li kapaċi jilgħab kemm bħala attakkant ċentrali u anki wara l-ewwel punta, fejn għandu abilità kbira fil-pożizzjoni tiegħu permezz tal-veloċità tiegħu. Hu speċjalist kbir fl-għoti tal-free kicks u anki fil-penalties, fejn ħafna drabi jkunu affidati għal-lemin tajjeb tiegħu. Barra minn hekk għandu teknika invidwali kbira fejn flimkien mal-abilità fl-aċċelerazzjoni, jagħmlu imprevidibbli meta jkun f'sitwazzjonijiet ta' wieħed kontra wieħed u għall-gowlers. Flimkien man-numru sabiħ ta' gowls li jiskorja u anki għax-xutt b'saħħtu u preċiż li għandu, dan jagħmlu wieħed mill-aqwa attakkanti preżenti. Fl-istess mod jibrilla fil-viżjoni tal-logħob u anki fil-kapaċità li jiżmarka lil sħabu.

Karriera[editja]

Bidu tal-karriera[editja]

Villa kiseb l-ewwel ċans professjonistiku permezz tal-klabb lokali ta' Sporting de Gijón, fejn iddebutta mal-ewwel tim fl-istaġun 2000–01. L-istaġun ta' wara hu kien plejer regulari, fejn skorja tmintax-il gowl, u għoxrin fl-istaġun ta' wara. Wara aktar minn 50 gowl fi tliet staġuni ma' Gijón, hu ngħata ċans fl-aqwa diviżjoni Spanjola, il-La Liga, permezz ta' Real Zaragoza li xtrawh fis-sajf tal-2003. Hu ma kellux problemi biex jadatta biex fl-ewwel staġun sab ix-xibka sbatax-il darba. Villa wassal lil Real Zaragoza għar-rebħa fil-Copa del Rey fejn skorja gowl kruċjali kontra Real Madrid.

Wara li lagħab l-ewwel internazzjonali tiegħu ma' Spanja, Valencia ħadu ċ-ċans u kisbu lill-plejer għal 12-il miljun fis-sajf tal-2005.

Valencia[editja]

Fl-istaġun 2005–06, hu skorja 25 gowl f'35 logħba tal-kampjonat ma' Valencia, fejn spiċċa biss gowl wieħed inqas mill-aqwa skorer tal-kampjonat li kien Samuel Eto'o ta' Barcelona. Hu skojra l-ewwel tripletta għal Valencia kontra Athletic Bilbao fit-23 ta' April 2006. Dan it-tragward laħqu billi skorja tliet gowls f'madwar ħames minuti (mit-80 sal-85 minuta), biex saret fost l-aktar tripletti veloċi li qatt ġew irrikordjati.

Il-forma ta' Villa kompliet fl-istaġun segwenti, fejn ifforma koppja tal-attakk flimkien ma' Fernando Morientes. Flimkien, Villa u Morientes skurjaw bejniethom 40 gowls f'kull kompetizzjoni, biex sfurzaw lil Raúl González biex ikun barra mit-tim nazzjonali Spanjol. Hu skorja free kick brillanti fit-tieni rawnd taċ-Champions League kontra Inter Milan li għen lil Valencia jaslu sal-kwarti tal-finali fejn eventwalment tilfu kontra Chelsea.

Fil-100 apparenza tiegħu għal Valencia, Villa skorja tripletta kontra Levante. Żewġ gowls oħra kienu skurjati fl-aħħar ġurnata tal-istaġun kontra Atlético Madrid, fejn b'hekk spiċċa l-istaġun bi tmintax-il gowl minn 28 partita.

Fl-2007–08 hu rebaħ l-ewwel trofew ma' Valencia, meta rebħu 3–1 lil Getafe fil-finali tal-Copa del Rey, wara li kienu għadhom kemm rebħu fis-semifinali lil Barcelona. Minkejja interess kbir minn klabbs kbar madwar l-Ewropa, l-aktar fost dawn kienu Real Madrid, hu iffirma kuntratt ta' sitt snin ma' Valencia, li b'hekk se jżommu f'Mestalla sal-2014.[1]

Internazzjonali[editja]

Mat-tim nazzjonali Spanjol, Villa iddebutta fl-4 ta' Frar 2005 f'partita li ntlagħbet kontra San Marino f'Almería u kienet mirbuħa bl-iskor ta' 5–0.

Kien magħżul mat-tim għat-Tazza tad-Dinja 2006 fejn matul dan it-turnew skorja tliet gowls, b'doppjetta kontra l-Ukrajna u gowl minn penalty kontra Franza, però dan irriżulta għalxejn hekk kif Spanja ħarġu 3–1 telliefa u waqfu sal-fażi tal-aħħar sittax. Hu skorja tliet gowls bħal sieħbu fl-attakk, Fernando Torres.

Wara t-Tazza tad-Dinja, Villa kompla bħala l-ewwel għażla fl-attakk, fejn beda l-ħdax-il partita internazzjonali matul l-istaġun 2006–07. Hu rnexxielu jiskorja numru impressjonati ta' 8 gowls minn dawn il-partiti u spiċċa bħala l-aqwa skorer ta' Spanja fil-fażi ta' kwalifikazzjoni għall-Euro 2008 b'7 gowls. Fis-26 ta' Marzu 2008, fil-partita ta' ħbiberija bejn Spanja u l-Italja hu skorja gowl mill-isbaħ biex ta r-rebħa ta' 1–0 lill-Ispanjoli.

Fid-debutt tiegħu fil-Kampjonati Ewropej 2008, fir-rebħa kbira ta' Spanja kontra r-Russja bl-iskor ta' 4–1, hu skorja tripletta, fejn din kienet it-tmien darba fl-istorja ta' dawn il-kampjonati li plejer skorja tripletta jew aktar f'partita.[2] Barra minn hekk hu skorja gowl importanti fit-93 minuta tal-partita li segwiet, kontra l-Iżvezja fejn b'hekk ta l-kwalifikazzjoni għall-kwarti tal-finali. Fil-fażi ta' wara, Spanja ltaqgħet mal-Italja, u wara 120 minuta mingħajr gowl, kienu l-penalties li taw ir-rebħa lill-Ispanjoli, fejn Villa kien l-ewwel wieħed li skorja f zibbu. Fis-semifinali kontra r-Russja, hu weġġa' u kien sostitwit minn Cesc Fabregas. Minkejja li kien assenti mill-finali mirbuħa minn Spanja fuq il-Ġermanja, hu xorta kien inkuruat bħala l-aqwa skorer tat-turnew b'4 gowls.

Unuri[editja]

Klabb[editja]

Spanja Real Zaragoza

Spanja Valencia

Spanja Barcelona

Nazzjonal[editja]

Individwali[editja]

Referenzi[editja]

  1. ^ (Ingliż) Villa signs new 6 year contract. ESPNsoccernet, 27-08-2008
  2. ^ (Ingliż) Spain stay humble after Villa shines. FourFourTwo. Aċċess tal-URL: 10-06-2008.

Ħoloq esterni[editja]