Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Watford Football Club hu klabb tal-futbol professjonali Ingliż ibbażat fil-belt ta' Watford. Huma jilgħabu fiċ-Championship.
Il-klabb ġie fundat fl-1881, fejn lagħab għall-ewwel darba fil-grawnd Cassio Road, qabel ma ttrasferixxa f'Vicarage Road fl-1922, fejn baqgħu hemm sal-lum il-ġurnata[1] Il-klabb għandu l-laqam ta' The Hornets (Il-Baħrin) minħabba l-uniformi safra u sewda. Watford għandhom rivalità twila mat-tim ta' Luton Town.
Il-klabb hu l-aktar magħruf għaż-żewġ perjodi meta kien taħt it-tmexxija tal-Ingliż Graham Taylor. L-ewwel wieħed kien bejn l-1977 u l-1987, meta l-klabb tela' għall-Ewwel Diviżjoni l-antika mir-Raba' Diviżjoni, fejn laħaq ukoll il-finali tal-FA Cup fl-1984 u kkompeta fit-Tazza UEFA. It-tieni perjodi kien mill-1997 sal-2001, meta Taylor wassal lill-klabb mit-Tieni Diviżjoni sal-Premiership. Matul dawn iż-żewġ eri l-klabb kien taħt il-proprjetà tal-president onorarju u l-kantant famuż Elton John.
[editja] Skwadra kurrenti u staff
- Sal-24 ta' Jannar 2009
[editja] L-ewwel tim
[editja] Plejers barra taħt self
[editja] Ħoloq esterni