Rivalità bejn Liverpool FC u Manchester United FC
Ir-rivalità bejn Liverpool FC u Manchester United FC hija r-rivalità f'termini tal-logħba tal-futbol bejn il-klabbs Ingliżi ta' Liverpool u Manchester United, ikkunsidrata bħalafost l-ikbar rivalitajiet fl-Ingilterra.
Iż-żewġ klabbs huma wkoll it-timijiet bl-aktar suċċessi fl-Ingilterra; bejniethom rebħu 119-il unur, 59 għal Liverpool u 60 għal Manchester United. Il-logħba ġeneralment tintlagħab wara nofsinhar, kemm għal raġunijiet ta' iktar interess tal-istampa u kif ukoll biex ma jinkoraġġixux lill-partitarji biex jixorbu qabel il-logħba. Il-plejer ta' Manchester United Ryan Giggs stqarr li Liverpool kontra Manchester United hija "probabilment l-aktar logħba famuża fil-futbol Ingliż".[1]
Werrej |
Għeruq [editja]
Rivalità bejn il-bliet [editja]
Ir-rivalità tista' tiġi kkunsidrata bħala manifestazzjoni ta' dik li kienet diġà teżisti bejn iż-żewġt ibliet miż-żminijiet industrijali. Matul dan iż-żmien it-tnejn li huma kienu qegħdin jikkompetu ma' xulxin għas-supremazija tan-naħa Majjistrali, b'Manchester famuża għall-manifattura waqt li Liverpool kienet famuża għall-importanza tal-port.[2] Meta l-Manchester Ship Canal ġie miftuħ, il-vapuri setgħu jibdew jaqbżu lill-belt ta' Liverpool u jittrasportaw il-merkanzija direttament Manchester. Dan fisser nuqqas ta' dovuti għan-negozjanti ta' Liverpool, li wassal għal telfien ta' xogħol fil-port u rabba ċertu ostilità mir-residenti ta' Liverpool. L-istoriċi, ġeneralment, jagħrrfu dan l-inċident bħala l-kawża għala r-rivalità bejn iż-żewġt ibliet teżisti.[3] Barra minn hekk, l-emblema ta' Manchester United tinkludi vapur li jirrapreżenta l-Manchester Ship Canal u jirrifletti l-għeruq tal-kummerċ tal-istess belt. Dan il-vapur jidher ukoll fl-emblema tal-kunsill ta' Manchester u tal-klabb ta' Manchester City.
Rivalità fil-futbol [editja]
Iż-żewġ klabbs jirreklamaw irwieħhom bit-titlu ta' "l-akbar klabb Ingliż", bit-tnejn li huma rebbieħa ta' iktar minn 50 trofew sinjifikanti. Liverpool iddominaw il-futbol Ingliż bejn l-1975 u l-1990, fejn rebħu ħdax-il kampjonat u erba' titli tat-Tazza Ewropea, u inklużi diversi staġuni fejn rebħu numru ta' trofej fil-kamp domestiku u dak Ewropew. Manchester United ilhom jiddominaw il-futbol Ingliż mill-1993 fejn rebħu tnax-il kampjonat u żewġ Tazez Ewropej. Attwalment, Manchester United għandhom 34 titlu domestiku u Liverpool għandhom 33.
| Tim | Kampjonat | FA Cup | League Cup | Tazza taċ-Ċampjins | Tazza UEFA | Tazza tat-Tazez | Community Shield | Super Cup Ewropea | Tazza Interkontinentali | Tazza tad-Dinja tal-Klabbs | Total |
|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
| Liverpool | 18 | 7 | 8 | 5 | 3 | 0 | 15 | 3 | 0 | 0 | 59 |
| Manchester United | 19 | 11 | 4 | 3 | 0 | 1 | 19 | 1 | 1 | 1 | 60 |
| Total | 37 | 18 | 12 | 8 | 3 | 1 | 34 | 4 | 1 | 1 | 119 |
- Tabella korretta sat-13 ta' Mejju 2012.
Trasferimenti ta' plejers [editja]
Mit-trasferiment fl-1964 ta' Phil Chisnall minn ma' United għal ma' Liverpool, l-ebda plejer ma' għadda direttament bejn iż-żewġ klabbs.[4] Madanakollu, ċerti plejers lagħbu għaż-żewġ timijiet matul il-karriera tagħhom, minkejja li għamlu dan wara li lagħbu ma' timijiet oħra qabel, bħal Paul Ince (li lagħab ma' Inter bejniethom) u Peter Beardsley (Vancouver Whitecaps u Newcastle United) u riċentament Michael Owen (Real Madrid u Newcastle United). Fl-2007 kien hemm offerta mingħand Liverpool biex jiffirmaw lil Gabriel Heinze ta' United, però United irrifjutaw li l-plejer tagħhom jingħaqad ma' wieħed mill-akbar rivali tagħhom. United sostnew li kien ġie maqbul li Heinze jingħaqad ma' klabb barrani ġaladarba jiddeċiedi li jitlaq.[5] Heinze eventwalment ingħaqad ma' Real Madrid minflok.
| Data[6] | Isem | Minn | Ma' | Somma[7] |
|---|---|---|---|---|
| Awwissu 1912 | Tom Chorlton | Liverpool | Manchester United | |
| Novembru 1913 | Jackie Sheldon | Manchester United | Liverpool | |
| Settembru 1920 | Tom Miller | Liverpool | Manchester United | £2,000 |
| Mejju 1921 | Fred Hopkin | Manchester United | Liverpool | |
| Frar 1929 | Tommy Reid | Liverpool | Manchester United | |
| Jannar 1938 | Ted Savage | Liverpool | Manchester United | |
| Novembru 1938 | Allenby Chilton | Liverpool | Manchester United | |
| Frar 1954 | Thomas McNulty | Manchester United | Liverpool | £7,000 |
| April 1964 | Phil Chisnall | Manchester United | Liverpool | £25,000 |
Statistika [editja]
| Rebħiet ta' Manchester United | Dros | Rebħiet ta' Liverpool | |
|---|---|---|---|
| Kampjonat | 63 | 43 | 53 |
| FA Cup | 9 | 4 | 4 |
| League Cup | 1 | 0 | 3 |
| Oħrajn | 1 | 3 | 2 |
| Total | 74 | 51 | 62 |
L-aħħar ħames konfronti [editja]
| Data | Tim ġewwa daru | Riżultat | Tim barra minn daru | Grawnd | Kompetizzjoni |
|---|---|---|---|---|---|
| 15 ta' Ottubru 2011 | Liverpool | 1–1 | Manchester United | Anfield | Premier League |
| 28 ta' Jannar 2012 | Liverpool | 2–1 | Manchester United | Anfield | FA Cup |
| 11 ta' Frar 2012 | Manchester United | 2–1 | Liverpool | Old Trafford | Premier League |
| 23 ta' Settembru 2012 | Liverpool | 1–2 | Manchester United | Anfield | Premier League |
| 13 ta' Jannar 2013 | Manchester United | 2–1 | Liverpool | Old Trafford | Premier League |
Ara wkoll [editja]
Referenzi [editja]
- ^ (Ingliż) Interview: Ryan Giggs. BBC, 22 ta' Marzu 2008. Aċċess tal-URL: 22 ta' Marzu 2008.
- ^ Finlo Rohrer. (Ingliż) Scouse v Manc. BBC, 21 ta' Awwissu 2007. Aċċess tal-URL: 21 ta' Awwissu 2008.
- ^ Andy Mitten, Mad for It, Londra, HarperSport, 2008. ISBN 978-0-00-728080-3
- ^ (Ingliż) The day that Phil crossed the great divide!. Liverpool Echo, 06 ta' Lulju 2007. Aċċess tal-URL: 21 ta' Awwissu 2008.
- ^ (Ingliż) Liverpool Eyeing Heinze. thesoccerblog.org, 3 ta' Lulju 2007. Aċċess tal-URL: 9 ta' Lulju 2007. (arkivjat mill-URL oriġinali nhar il-28 ta' Settembru 2007)
- ^ The Man Utd Miscellany, (Ingliż) Londra, Vision Sports Publishing, 2007. ISBN 978-1-905326-27-3
- ^ Paul Hinson. (Ingliż) United All-Time Transfer List. Red11.org, Ġunju 2004. Aċċess tal-URL: 3 ta' Awwissu 2008.