Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Grupp D tal-Kampjonati Ewropej tal-Futbol 2008 hu wieħed mill-erba' gruppi tal-Kampjonati Ewropej 2008. L-ewwel partiti tal-grupp intlagħbu fl-10 ta' Ġunju 2008, u se jitkomplew sat-18 ta' Ġunju 2008. Is-sitt partiti se jintlagħbu fl-Awstrija, f'Innsbruck u Saliżburgu. Il-grupp hu magħmul miċ-ċampjins renjanti tal-Greċja, flimkien ma' Spanja, ir-Russja u l-Iżvezja. Il-Greċja, Spanja u r-Russja kienu fl-istess grupp tal-edizzjoni preċedenti.
Wara r-rebħa ta' 4–1 fuq ir-Russja fl-ewwel logħba, Spanja assigurat l-ewwel post fil-grupp permezz ta' rebħa ta' 2–1 fuq l-Iżvezja fit-tieni partita tagħhom. Il-kwalifikazzjoni tagħhom għall-kwarti tal-finali kienet assigurata wara li r-Russja rebħet lill-Greċja, fejn ikkundannaw liċ-ċampjins renjanti tal-Greċja biex jispiċċaw l-aħħar fil-grupp. It-tieni post li jagħti aċċess għall-kwarti tal-finali kien deċiż fil-partita bejn l-Iżvezja u r-Russja, fejn l-Iżvezja riedu biss jevitaw telfa biex jikkwalifikaw, fejn għalihom pari kien biżżejjed. Però, ir-Russi rnexxielhom jirbħu b'żewġ gowls f'kull taqsima u b'hekk kisbu post fil-kwarti tal-finali tal-kompetizzjoni. Fil-partita l-oħra, minkejja li Spanja marru minn taħt lejn l-aħħar tal-ewwel taqsima, l-iSpanjoli skurjaw tnejn fit-tieni taqsima, biex saru t-tielet tim li kkwalifikaw għall-kwarti tal-finali bil-massimu tal-punti.
| Team |
L |
R |
P |
T |
GF |
GK |
+/- |
Pti |
Spanja |
3 |
3 |
0 |
0 |
8 |
3 |
+5 |
9 |
Russja |
3 |
2 |
0 |
1 |
4 |
4 |
0 |
6 |
Żvezja |
3 |
1 |
0 |
2 |
3 |
4 |
-1 |
3 |
Greċja |
3 |
0 |
0 |
3 |
1 |
5 |
-4 |
0 |
[editja] Spanja vs Russja
[editja] Greċja vs Żvezja
[editja] Żvezja vs Spanja
[editja] Greċja vs Russja
[editja] Greċja vs Spanja
[editja] Russja vs Żvezja