Massimo Busacca

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
Massimo Busacca (2009)

Massimo Busacca (Bellinzona, 6 ta' Frar 1969) hu referi tal-futbol Żvizzeru. Hu jgħix f'Monte Carasso qrib Bellinzona. Hu ilu referi fil-kampjonat tal-futbol Żvizzeru mill-1996. Hu ilu referi tal-FIFA mill-1999. Hu kien magħżul biex ikun referì waqt it-Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2006 fil-Ġermanja.

Karriera[editja]

Tazza tad-Dinja tal-FIFA 2006[editja]

Waqt li kien qed jirrefja l-partita tat-Tazza tad-Dinja 2006 bejn l-Ukrajna u Spanja, Busacca għamel deċiżjoni kontra Vladislav Vaschuk fejn lill-plejer tah karta ħamra u ordna penalty kontra l-Ukrajna fis-47 minuta tal-logħba. Diversi angoli ta' l-azzjoni wrew li ma kien hemm l-ebda kuntatt fiżiku fil-kaxxa l-kbira bejn Fernando Torres u Vladislav Vaschuk. David Villa ta' Spanja skorja minn dan il-penalty kontra l-gowler Ukren Oleksandr Shovkovsky. Din id-deċiżjoni kienet kritikata minn diversi benjamini. Sitwazzjoni simili involviet lill-Ukren Andry Voronin u d-difiża Spanjola, fejn din id-darba l-ebda penalty ma ngħata.

F'partita oħra tat-Tazza tad-Dinja 2006, hu kien ikkritikat minħabba li weriex il-karta l-ħamra lid-difensur Arġentin Gabriel Heinze wara li l-gowler Arġentin Roberto Abbondanzieri tefa' ballun ħażin u dan irriżulta bl-attakkant Messikan Francisco Fonesca jagħmel ġirja waħdu quddiem il-gowler ta' l-Arġentina. Minkejja li Gabriel Heinze wettaq daħla ħażina fuq Fonseca hu kien muri biss il-karta safra.

Busacca kien wieħed mit-tnax-il referì li baqgħu fil-fażi eliminatorji mill-kwarti tal-finali 'l quddiem.

Partiti oħra[editja]

Fl-24 ta' Marzu 2007, Massimo Busacca kien ingħata l-inkarigu biex jirrefja ma' Spanja. F'partita ta' kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej tal-Futbol 2008 kontra d-Danimarka f'Santiago Bernabéu f'Madrid, hu keċċa lid-difensur Daniż Niclas Jensen wara biss 20 minuta ta' l-ewwel taqsima. Sa dak il-punt, il-logħba kienet dominata mid-Daniżi. Il-karta l-ħamra bidlet il-kors tal-partita u l-Ispanjoli ħarġu rebbieħa 2-0. Anki l-kowċ tat-tim viżitatur Morten Olsen kien imkeċċi mill-partita.

Busacca ħa ħsieb tal-finali tat-Tazza UEFA 2006-07 f'Hampden Park fis-16 ta' Mejju, fejn matul din il-partita hu keċċa lill-midfilder Moisés Hurtado ta' RCD Espanyol wara t-tieni karta safra.

Busacca baqa' b'reputazzjoni ħażina minħabba fl-aħħar partita ta' l-AXPO Super League ta' l-istaġun 2005-06 bejn FC Basel u FC Zürich f'St. Jakob-Park f'Bażel. FC Basel, li matul l-istaġun kienu għadhom ma tilfux, riedu biss pari biex jassiguraw r-raba' titlu nazzjonali f'ħames snin. Il-partita baqgħet pari sad-90 minuta, imma fl-aħħar minuta tal-ħin miżjud, id-difensur ta' Zürich, Iulian Filipescu, skorja l-gowl tar-rebħa u din kienet segwita bit-tisfira finali ta' Busacca. F'dak il-punt, diversi partitarji, fosthom benjamini ta' Basel, daħlu fil-grawnd. Il-partitarji ta' Basel attakkaw lill-plejers ta' Zürich u ġġieldu ma' xulxin. Problemi oħra qamu barra l-istadju matul il-lejl.

Ħoloq esterni[editja]