Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Din hi lista tal-mixxelanja tal-Kampjonati Ewropej tal-Futbol 2008.
[editja] Partiċipazzjoni
- Bit-tripletta tiegħu kontra r-Russja, in-nazzjonali Spanjol David Villa ugwalja r-rekord ta' l-iżjed gowls skurjati minn plejer wieħed f'partita waħda. Hu wkoll sar wieħed mit-tmien plejers li għamlu dan matul logħba tal-Kampjonati Ewropej, fejn l-oħrajn, f'ordni storika, kienu Dieter Müller, Klaus Allofs, Michel Platini, Marco van Basten, Sérgio Conceição u Patrick Kluivert.
- Ivica Vastić sar l-ixjaħ plejer li skorja fil-fażi finali tal-Kampjonati Ewropej meta hu skorja l-penalty għall-Awstrija kontra l-Polonja fit-12 ta' Ġunju, 2008, f'età ta' 38 sena u 257 ġurnata.
- Jum wara li Vastić kiser ir-rekord, it-Taljan Christian Panucci f'età ta' 35 sena u 62 ġurnata, sar l-ixjaħ plejer li skorja minn logħob miftuħ fil-fażi finali tal-Kampjonati Ewropej, u t-tieni l-ixjaħ li qatt skorja f'din il-kompetizzjoni meta kiseb il-pari kontra r-Rumanija.
[editja] Kompetizzjoni
[editja] Individwali
[editja] Kurżitajiet
- Sitt plejers imwielda l-Brażil huma attivi f'dan il-kampjonat: Kevin Kurányi (Ġermanja), Roger Guerreiro (Polonja), Marcos Senna (Spanja), Mehmet Aurélio (Turkija), Pepe u Deco (it-tnejn għall-Portugall). Fuq dawn hemm il-kowċ Portugiż Luiz Felipe Scolari li hu wkoll Brażiljan.
- Hemm ħames plejers attivi li għandhom x'jaqsmu mal-gżira żgħira ta' Cape Verde: Nani (Portugall), u Gelson Fernandes (Svizzera) — li twieldu hemm — u Miguel (Portugall), Henrik Larsson (Żvezja) u Patrick Vieira (Franza) — li huma ta' dixxendenza tal-Cape Verde.
- Għalkemm l-Ingilterra mhux qed tieħu sehem fil-kompetizzjoni għall-ewwel darba mill-1984, hemm żewġ plejers li qed jieħdu sehem u li huma mwielda l-Ingilterra: Colin Kazim-Richards (Turkija) u Simone Perrotta (Italja).
- Il-plejer Ġermaniż Lukas Padolski, li twieled il-Polonja, skorja żewġ gowls kontra pajjiżu ta' twelid fit-8 ta' Ġunju, fejn din ġrat ukoll lil plejer ieħor Ġermaniż li twield il-Polonja, Miroslav Klose. Piotr Trochowski, li hu plejer ieħor imwieled il-Polonja, kien fuq il-bankina Ġermaniża, imma ma lgħabx.
- ^ L-għaxar finalisti l-oħra b'kowċ mill-istess pajjiż huma: l-Awstrija, l-Isvizzera, l-Italja, Franza, it-Turkija, il-Kroazja, l-Olanda, Spanja, il-Ġermanja, l-Iżvezja, ir-Repubblika Ċeka u r-Rumanija