Gelson Fernandes
| Informazzjoni personali | |||
|---|---|---|---|
| Isem sħiħ | Gelson Tavares Fernandes | ||
| Twelid | 2 ta' Settembru 1986 Praia |
||
| Pajjiż | |||
| Nazzjonalità | |||
| Tul | 1.83 m | ||
| Rwol | Midfilder | ||
| Informazzjoni fuq il-klabb | |||
| Klabb kurrenti | Chievo | ||
| Numru | 6 | ||
| Klabbs ġovanili | |||
| 1995–2004 | Sion | ||
| Klabbs professjonali* | |||
| Snin | Klabb | Preż | Gwls |
| 2004–2007 | Sion | 99 | (1) |
| 2007–2009 | Manchester City | 43 | (3) |
| 2009–2010 | Saint-Étienne | 33 | (0) |
| 2010– | → Chievo (self) | 0 | (0) |
| Tim nazzjonali | |||
| 2006–2007 | Żvizzera U-21 | 4 | (0) |
| 2007– | Żvizzera | 27 | (2) |
| * Il-preżenzi u l-gowls fil-karriera professjonali huma validi biss għall-kampjonat domestiku. Aġġornament: 12:12, 11 Settembru 2010 (UTC) |
|||
Gelson Tavares Fernandes (Praia, 2 ta' Settembru 1986) hu plejer tal-futbol Żvizzeru li attwalment jinsab jilgħab ma' Chievo fil-kampjonat Taljan.
Werrej |
[editja] Karriera
[editja] Klabb
Imrobbi mat-tim ta' Sion, hu ddebutta mal-ewwel tim fl-2004 fejn waqt it-tliet snin li dam mal-klabb sal-2007 irnexxielu jirbaħ Tazza Żvizzera fl-2006.
Fl-14 ta' Lulju, 2007, Fernandes iffirma ma' Manchester City għal somma mhux magħrufa, mifhuma li hi madwar €6 miljun. Wara l-firma tiegħu, il-kowċ Sven-Göran Eriksson ikkumenta fuq kif li hu kien jara lil Fernandes bħala "l-aqwa plejer żgħażugħ fl-Iżvizzera".[1] Id-debutt mas-Citizens wasal f'pari ta' mingħajr gowls kontra Portmsouth.
L-ewwel gowl tiegħu mal-klabb il-ġdid wasal fir-rebħa ta' 2–0 kontra Newcastle United nhar it-2 ta' Jannar, 2008, 40 sekonda biss wara li kien daħal bħala sostitut għal Stephen Ireland. It-tieni gowl tiegħu wasal f'okkażjoni negattiva, fit-telfa ta' 3–1 kontra Arsenal. Fil-bidu tal-istaġun 2008–09, Fernandes biddel in-numru tal-flokk minn 28 għal 19. Minkejja li skorja żewġ gowls matul l-istaġun, Fernandes kellu sena diżappuntanti hekk kif taħt il-kowċ il-ġdid Mark Hughes sab spazju biss bħala sostitut.
Fid-9 ta' Lulju, 2009, ġiet ikkonfermata li hu għadda mit-testijiet mediċi u kien issieħeb għas-somma ta' £2 miljun ma' Saint-Étienne. Hu ffirma kuntratt ta' sentejn u ddebutta fit-telfa ta' 2–0 kontra Nice tat-8 ta' Awwissu, 2009.
Matul is-suq tat-trasferimenti tas-sajf tal-2010, wara sena biss mal-klabb Franċiż, it-tim ta' Chievo ikkonfermaw li kienu ġabu lill-plejer abbażżi ta' self sal-aħħar tal-istaġun.[2]
[editja] Internazzjonali
Fernandes iddebutta mat-tim nazzjonali Żvizzeru kontra l-Olanda fit-22 ta' Awwissu, 2007. Minn dakinhar baqa' figura regulari mat-tim nazzjonali. Hu lagħab fit-tliet partiti tat-tim waqt il-Kampjonati Ewropej 2008. Nhar it-28 ta' Marzu, 2009, Fernandes skorja l-ewwel gowl tiegħu fuq livell internazzjonali fir-rebħa ta' 2–0 fuq il-Moldova. It-tieni gowl wasal fuq palk iktar prestiġjuż, hekk kif skorja l-gowl tar-rebħa kontra Spanja fl-ewwel logħba mill-gruppi tat-Tazza tad-Dinja 2010.
[editja] Referenzi
- ^ (Ingliż) Man City seal Fernandes transfer. BBC, 14-07-2007
- ^ (Tajan) COLPO DA NOVANTA: DAL SAINT-ETIENNE ARRIVA FERNANDES. AC ChievoVerona, 31-08-2010. Aċċess tal-URL: 11-09-2010.