Miroslav Klose

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa

Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
Miroslav Klose Football pictogram.svg
Miroslav klose2.jpg
Informazzjoni personali
Isem sħiħ Mirosław Marian Kloze
Twelid 9 ta' Ġunju 1978 (1978-06-09) (età 31)
Pajjiż Bandiera tal-Polonja Polonja
Nazzjonalità Bandiera tal-Ġermanja Ġermanja
Tul 1.82 m
Rwol Attakkant
Informazzjoni fuq il-klabb
Klabb kurrenti Bayern Munich
Numru 18
Klabbs professjonali
Snin Klabb Preż (Gwl)*
1998–1999
1999–2004
2004–2007
2007–
FC Homburg
1. FC Kaiserslautern
Werder Bremen
Bayern Munich
020 (11)
120 (44)
089 (53)
053 (20)   
Tim nazzjonali
2001– Ġermanja 088 (44)

Aġġornament: 14:01, 17 Ġunju 2009 (UTC)
* Preżenzi (Gowls)

Miroslav Klose, imwieled bħala Mirosław Marian Kloze (Opole, 9 ta' Ġunju 1978) hu plejer tal-futbol Ġermaniż li jilgħab bħala attakkant għal Bayern Munich fil-Bundesliga Ġermaniża ukoll huwa hu plejer regulari fit-tim nazzjonali tal-Ġermanja.

Klose kien l-aqwa skorer, u b'hekk ir-rebbieħ taż-Żarbuna tad-Deheb, fit-Tazza tad-Dinja 2006 li saret fil-Ġermanja b'total ta' 5 gowls. Klose skorja wkoll 5 gowls fid-debutt tiegħu fit-Tazza tad-Dinja, eżattament fl-edizzjoni tal-2002 fil-Korea t'Isfel u l-Ġappun, biex b'hekk tella' kwota ta' 10 gowls fit-Tazza tad-Dinja. Huwa hu l-ewwel plejer mill-Ġermanja magħquda li spiċċa bħala l-aqwa skorer tat-Tazza tad-Dinja, u hu l-uniku plejer li skorja 5 jew aktar gowls f'edizzjonijiet konsekuttivi tat-Tazza tad-Dinja.

Werrej

[editja] Karriera

[editja] Kaiserslautern

Wara staġun ma' FC Homburg, huwa ngħaqad ma' FC Kaiserslautern. Sena wara li ngħaqad mal-klabb hu rnexxielu jiżblokka ruħu mal-ewwel tim. Fl-ewwel 67 logħba huwa skorja 33 gowl. L-istaġun 2002–03 kien diżappuntanti għal Klose minħabba li sab ix-xibka 7 darbiet biss.

[editja] Werder Bremen

Miroslav Klose ma' Werder Bremen

Fl-2004 huwa ttrasferixxa għal ma' Werder Bremen għal somma ta' 5 miljun. Wara bidu mhux daqsek mill-aqwa, Klose ifforma koppja tal-attakk tajjeb mal-Franċiż Johan Micoud, u l-Kroat Ivan Klasnić u anki mal-Paragwajan Nelson Valdez, biex b'hekk skorja 15-il gowl fil-Bundesliga.

Minkejja l-istatura irqiqa tiegħu, Klose għandu fost l-aqwa daqqiet tar-ras fil-Bundesliga. Aktar minn hekk, huwa għandu xuttijiet tajbin x'ħin jidħol ġol-kaxxa tal-gowler b'abilità teknika kbira. Sal-2005, Klose kien stabbilixxa lilu nnifsu bħala fost l-aqwa attakkanti tal-futbol Ġermaniżi, jekk mhux ukoll l-aqwa. Fl-istaġun 2005–06, hu skorja 25 gowl, l-akbar total f'dak l-istaġun, u anki ta 16-il assist f'26 logħba biss tal-Bundesliga.

Wara l-prestazzjoni eċċellenti fit-Tazza tad-Dinja 2006, kien hemm għajdut li Klose kien se jitlaq lit-tim ta' Weserstadion. Timijiet bħal Barcelona u Juventus kienu fost dawk interessati fl-akkwist ta' dan il-plejer.

Bil-president tal-Bayern Munich Franz Beckenbauer interessat fi Klose, fis-7 ta' Ġunju kien finalizzat it-trasferiment ta' Klose minn ma' Werder Bremen għal ma' Bayern Munich.

[editja] Bayern Munich

Fis-26 ta' Ġunju 2007, il-president ta' Bayern Karl-Heinz Rummenigge ikkonferma l-passaġġ ta' Klose għal Bayern Munich għal somma ta' 15-il miljun. Klose kompla t-test mediku fit-28 ta' Ġunju 2007 qabel ma iffirma kuntratt ta' erba' snin.

Klose iddebutta kompetitivament għal Bayern fir-rebħa ta' 4–1 kontra t-tim li kien jilgħab qabel magħhom, Werder Bremen, fl-ewwel rawnd tal-DFB Liga-Pokal. Wara li naqas milli jipparteċipaw fir-rebħa li Bayern Munich għamlu fis-semifinali kontra VfB Stuttgart minħabba li kien imweġġa, Klose irritorna fil-finali kontra Shalke 04, fejn skorja l-ewwel gowl kompetittiv għal Bayern biex huma rebħu l-ewwel titlu staġjonali.

Miroslav Klose beda tajjeb fil-Bundesliga meta skorja doppjetta kontra Hansa Rostock fil-11 ta' Awissu 2007 fir-rebħa ta' 3–0, fejn hu wkoll assista lil Luca Toni. Lejn l-aħħar ta' Settembru, hu skorja l-ewwel tripletta għall-klabb f'rebħa ta' 5–0 kontra Energie Cottbus fil-kampjonat.

Wara bidu mill-aqwa fil-karriera tiegħu mal-klabb ta' Munich, Klose bata lejn l-aħħar nofs tal-istaġun tal-Bundesliga. Però, l-20 gowl tiegħu (f'kull kompetizzjoni) – flimkien ma' rekord impressjonanti fit-Tazza DFB – għen mhux ftit lill-klabb biex jikseb doppjetta tal-kampjonat u t-tazza nazzjonali.

[editja] Internazzjonali

Miroslav Klose f'taħriġ mat-tim nazzjonali Ġermaniż

Minħabba li twieled fil-Polonja, Klose kellu ċ-ċans li jilgħab mat-tim nazzjonali Pollakk imma huwa għażel li jilgħab mat-tim tal-Ġermanja. Il-ħafna gowls u l-abilità tiegħu fil-logħba tal-futbol tatu post fit-tim nazzjonali u għamel id-debutt tiegħu kontra l-Albanija fl-24 ta' Marzu 2001. Il-Ġermanja rebħet 2–1, bi Klose jiskorja t-tieni gowl Ġermaniż.

Fit-Tazza tad-Dinja 2002 fil-Korea u l-Ġappun, huwa skorja ħames gowls għall-Ġermanja, fejn spiċċa t-tieni l-aqwa skorer ta' dik l-edizzjoni. Fost il-gowls kien hemm it-tliet gowls li skorja kontra l-Għarabja Sawdita fir-rebħa tal-Ġermanja bl-iskor kbir ta' 8–0.

Klose ingħata post fost it-tim tal-Ġermanja għall-edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja 2006. Fil-partita tal-ftuħ kontra l-Kosta Rika, fejn kien ukoll għeluq it-28 sena tiegħu, Klose skorja darbtejn għall-Ġermanja, fis-17 u fil-61 minuta. Il-partita spiċċat 4–2 favur it-tim Ġermaniż. Huwa skorja żewġ gowls oħra kontra l-Ekwador fl-20 ta' Ġunju, fejn b'hekk kien qiegħed fl-ewwel post tal-klassifika tal-aqwa skorers. Klose kellu wkoll parti importanti fir-rebħa tal-Ġermanja kontra l-Iżvezja fejn kien hu li pprovda żewġ assists lil Lukas Podolski li skorja ż-żewġ gowls fir-rebħa ta' 2–0 fil-fażi tal-aħħar sittax.

Il-forma tajba tiegħu kompliet hekk kif lejn l-aħħar minuti tal-parti kontra l-Arġentina fil-kwarti tal-finali li ntlagħbet fit-30 ta' Ġunju 2006, hu rnexxielhu jikseb il-gowl tal-pari fejn wassal biex il-Ġermanja tirbaħ 4–2 fl-għoti tal-penalties. Klose huwa l-ewwel Ġermaniż mill-epoka ta' Gerd Müller fl-1970 li sar l-aqwa skorer tat-Tazza tad-Dinja, u l-ewwel Ġermaniż li skorja l-aktar gowls minn meta l-Ġermanja ngħaqdet f'pajjiż wieħed (Müller irrappreżenta l-Ġermanja tal-Punent). Klose b'hekk skorja għaxar gowls fit-Tazza tad-Dinja u huwa sitt gowls 'il bogħod mir-rekord tal-Brażiljan Ronaldo.

Il-gowls kollha fit-Tazza tad-Dinja 2002 ġew kollha minn daqqiet tar-ras; fl-edizzjoni tal-2006 wieħed biss kien daqqa tar-ras (l-ewwel wieħed ta' dan ix-xorti f'sentejn). Tlieta mill-ewwel erba' gowls ġew skurjati minn saqajh il-leminija. Klose flimkien ma' Michael Ballack saru l-ewwel plejers li ġew imsemmijin fit-tim ideali tal-edizzjoni kemm fl-2002 u anki fl-2006.

Fis-6 ta' Settembru 2006, Klose skorja darbtejn kontra San Marino fir-rebħa tal-Ġermanja 13–0, biex b'hekk talla' n-numru ta' gowls internazzjonali għal 33, l-istess ammont ta' Fritz Walter u b'hekk wasal sas-seba' post tal-aqwa skorers tal-Ġermanja.

Minkejja n-nifxa mill-gowls li kien għaddej minnha u l-isepukalazzjoni li kien se jiġi mwaqqa mis-selezzjoni għat-tim nazzjonali, il-kowċ Ġermaniż Joachim Löw ċaħad dan kollu.

Fil-Kampjonati Ewropej 2008, Klose beda l-partita tal-ftuħ mill-ewwel minuta u kien hu li pprovda ż-żewġ gowls tal-Ġermanja skurjati minn Lukas Podolski fir-rebħ ta' 2–0. Fiż-żewġ partiti segwenti kontra l-Kroazja u l-Awstrija ma rnexxielhux jiskorja gowl wieħed, però fil-fażi eliminatorja hu fetaħ il-kont tiegħu għal din il-kompetizzjoni permezz ta' żewġ gowls għall-Ġermanja, l-ewwel fil-partita tal-kwarti tal-finali kontra l-Portugall u t-tieni wasal fis-semifinali kontra t-Turkija. Madanakollu ma sabx ix-xibka fil-finali mitlufa mill-Ġermaniżi kontra Spanja.

[editja] Statistika tal-karriera

Klabb Staġun Kampjonat Tazza Ewropa Total
App Gowls App Gowls App Gowls App Gowls
Kaiserslautern 2003–04 26 10 1 1 2 1 29 12
2002–03 32 9 4 4 0 0 36 13
2001–02 31 16 4 0 35 16
2000–01 29 9 4 0 12 2 45 11
1999–00 2 2 0
Total 120 44 13 5 14 3 147 52
Werder Bremen 2006–07 31 13 3 0 13 2 47 15
2005–06 26 25 5 2 9 4 40 31
2004–05 32 15 5 0 8 2 44 17
Total 89 53 13 2 30 8 132 63
Bayern Munich 2008–09 27 10 8 6 12 5 47 21
2008–09 26 10 4 3 8 7 37 20
Total 53 20 12 9 20 12 85 41
Total tal-karriera 262 117 38 16 64 23 364 156

Korretti sal-1 ta' Ġunju 2009

[editja] Unuri

[editja] Klabb

Bandiera tal-Ġermanja Werder Bremen

Bandiera tal-Ġermanja Bayern Munich

[editja] Individwali

[editja] Ħoloq esterni