Unuri tat-Tazza tad-Dinja tal-Futbol
Fi tmiem ta' kull edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja tal-Futbol, diversi unuri jiġu mogħtija lil plejers u timijiet li jkunu ddistingwixxew ruħhom f'dan it-turnew, ibbażat fuq diversi aspetti tal-logħba.
Attwalment hemm sitt unuri:
- Il-Ballun tad-Deheb għall-aqwa plejer matul il-kompetizzjoni, li jingħata mill-membri tal-istampa wara li ssir votazzjoni. Bejn l-1982 u l-2006 ingħataw ukoll Il-Ballun tal-Fidda u Il-Ballun tal-Bronż għat-tieni u t-tielet plejer ikklassifikat.
- Iż-Żarbuna tad-Deheb għall-aqwa skorer fil-kompetizzjoni. Bejn l-1982 u l-2006 ingħataw ukoll Iż-Żarbuna tal-Fidda u Iż-Żarbuna tal-Bronż għat-tieni u t-tielet plejer ikklassifikat.
- Il-Premju Yashin għall-aqwa gowlkiper. Beda jingħata mill-1994.
- L-Aqwa Plejer Żagħżugħ għall-aqwa plejer taħt il-21 sena. Beda jingħata mill-2006.
- L-Unur FIFA Fair Play għat-tim li jkun wera l-aktar logħob rett (magħrufha aktar bħala fair play). Beda jingħata mill-1978.
- L-Aktar Tim Divertenti għat-tim li jkun iddeverta l-aktar lill-pubbliku matul it-turnew tat-Tazza tad-Dinja, kif jiġi determinat minn sondaġġ magħmul fost il-pubbliku ġenerali. Beda jingħata mill-1994.
Barra minn hekk, mill-1990 beda jiġi formulat it-tim ideali fi tmiem kull edizzjoni. Din il-lista hi magħrufha bħala l-All-Star Team.
Werrej |
[editja] Ballun tad-Deheb
L-unur tal-Ballun tad-Deheb huwa ppreżentat lill-aqwa plejer f'kull fażi finali tat-Tazza tad-Dinja, b'lista ta' nominati tkun formulata mill-kumitat tekniku tal-FIFA qabel ma r-rebbieħ jiġi deċiż minn votazzjoni mir-rappreżentanti tal-istampa. Dawk li jispiċċaw fit-tieni u t-tielet post jirċievu l-Ballun tal-Fidda u l-Ballun tal-Bronż rispettivament.
Dan l-unur ingħata għall-ewwel darba fl-edizzjoni tal-1982.[1]
[editja] Żarbuna tad-Deheb
Iż-Żarbuna tad-Deheb tingħata lill-aqwa skorer tat-Tazza tad-Dinja.
Dan l-unur ġie introdott fit-Tazza tad-Dinja 1930. Fl-edizzjoni tal-1994 li saret ġewwa l-Istati Uniti rat iż-żieda taż-żewġ unuri oħra: iż-Żarbuna tal-Fidda u ż-Żarbuna tal-Bronż li bdew jingħataw lit-tieni u t-tielet l-aqwa skorers fit-turnew, rispettivament. Mill-1994, jekk ikun hemm iktar minn plejer wieħed bl-istess numru ta' gowls, l-ispareġġ jiġi deċiż billi jingħadd in-numru ta' assists li saru (bil-Grupp tal-Istudju Tekniku tal-FIFA jiddeċiedi jekk inhux assist jew le). Jekk xorta waħda jkun hemm aktar minn tim wieħed, ikun l-iktar plejer li lagħab l-inqas numru ta' minuti li jieħu l-vantaġġ fuq il-plejer jew plejers l-oħra fil-kwistjoni.
| Edizzjoni | L-aqwa skorer | Gowls |
|---|---|---|
| Urugwaj 1930 | 8 | |
| Italja 1934 | 5[2][3] | |
| Franza 1938 | 7[4][3] | |
| Brażil 1950 | 9[5][6] | |
| Żvizzera 1954 | 11 | |
| Żvezja 1958 | 13 | |
| Ċili 1962 | 4 |
| Edizzjoni | Żarbuna tad-Deheb | Gowls |
|---|---|---|
| Ingilterra 1966 | 9 | |
| Messiku 1970 | 10 | |
| Ġermanja tal-Punent 1974 | 7 | |
| Arġentina 1978 | 6 |
- Mill-1982, flimkien mal-unur taż-Żarbuna tad-Deheb, ġie introdott l-unur għaż-Żarbuna tal-Fidda u ż-Żarbuna tal-Bronż.
| Edizzjoni | Żarbuna tad-Deheb | Gowls | Żarbuna tal-Fidda | Gowls | Żarbuna tal-Bronż | Gowls |
|---|---|---|---|---|---|---|
| Spanja 1982 | 6 | 5 | 4 | |||
| Messiku 1986 | 6 | 5 | 4 | |||
| Italja 1990 | 6 | 5 | 4 | |||
| Stati Uniti 1994 | 6 | 5 | 4 | |||
| Franza 1998 | 6 | 5 | 4 | |||
| Korea t'Isfel/Ġappun2002 | 8 | 5 | 4 | |||
| Ġermanja 2006 | 5 | 3 | 3 |
[editja] Premju Yashin
Il-Premju Yashin hu għall-aqwa gowlkiper li ġie msemmi ad unur il-gowlkiper leġġendarju Lev Yashin tal-Unjoni Sovjetika. Il-Grupp tal-Istudju Tekniku tal-FIFA jirrikonoxxi l-aqwa gowlkiper tat-turnew ibbażat skont il-prestazzjoni tal-plejer matul il-kompetizzjoni. Minkejja li l-gowlkipers għandhom dan l-unur speċifiku, huma huma xorta waħda eleġibbli għall-Ballun tad-Deheb, kif irnexxielu jagħmel Oliver Kahn fl-2002. Minkejja li l-Premju Yashin beda jingħata għall-ewwel darba mill-1994, kull Tim All-Star tat-Tazza tad-Dinja qabel l-1998 kien jinkludi gowlkiper wieħed.
| Edizzjoni | Premju Yashin |
|---|---|
| Stati Uniti 1994 | |
| Franza 1998 | |
| Korea t'Isfel/Ġappun 2002 | |
| Ġermanja 2006 |
[editja] L-Aqwa Plejer Żagħżugħ
L-unur ta' L-Aqwa Plejer Żagħżugħ (magħruf aħjar bħala L-Aqwa Plejer Żagħżugħ Gillette għal raġunijiet ta' sponsorizzazzjoni) ingħata għall-ewwel darba fl-edizzjoni tal-2006 tat-Tazza tad-Dinja ġewwa l-Ġermanja u ngħata lill-Ġermaniż Lukas Podolski.[7] Dan l-unur jingħata lill-aqwa plejer matul it-turnew li ma jaqbiżx il-21 sena. L-elezzjoni ssir fuq is-sit uffiċjali tat-Tazza tad-Dinja tal-FIFA bl-għajnuna tal-Grupp tal-Istudju Tekniku tal-FIFA.
Barra minn hekk il-FIFA, fl-okkażjoni tal-ewwel premjazzjoni ta' dan l-unur, organizzat sondaġġ permezz tal-internet biex tagħżel l-aqwa plejer żagħżugħ ta' bejn l-edizzjonijiet tal-1958 u l-2002, li ġie mirbuħ minn Pelé.[8]
| Edizzjoni | Plejer Żagħżugħ | Età |
|---|---|---|
| Żvezja 1958 | 17 | |
| Ċili 1962e | 20 | |
| Ingilterra 1966 | 20 | |
| Messiku 1970 | 21 | |
| Ġermanja tal-Punent 1974 | 20 | |
| Arġentina 1978 | 20 | |
| Spanja 1982 | 21 | |
| Messiku 1986 | 20 | |
| Italja 1990 | 21 | |
| Stati Uniti 1994 | 21 | |
| Franza 1998 | 18 | |
| Korea t'Isfel/Ġappun 2002 | 20 |
L-ewwel unur għal L-Aqwa Plejer Żagħżugħ ingħata fl-2006.
| Edizzjoni | Plejer Żagħżugħ | Età |
|---|---|---|
| Ġermanja 2006 | 21 |
[editja] Trofew FIFA Fair Play
It-Trofew tal-FIFA Fair Play jingħata lit-tim bl-aqwa rekord ta' logħob rett matul it-Tazza tad-Dinja. Huma biss dawk it-timijiet li jikkwalifikaw għat-tieni rawnd li huma eleġibbli għal dan il-premju. Ir-rebbieħa ta' dan l-unur jiksbu t-Trofew FIFA Fair Play, diploma, midalja għal kull plejer u diriġent, u $50,000 biex bihom jiġu akkwistati tagħmir sportiv għall-iżvilupp tas-settur ġovanili.[9]
L-ewwel premjazzjoni ta' dan l-unur saret fl-edizzjoni tal-1978.[10]
| Edizzjoni | Trofew FIFA Fair Play |
|---|---|
| Messiku 1970 | |
| Arġentina 1978 | |
| Spanja 1982n | |
| Messiku 1986 | |
| Italja 1990 | |
| Stati Uniti 1994 | |
| Franza 1998 | |
| Korea t'Isfel/Ġappun 2002 | |
| Ġermanja 2006 |
[editja] L-Aktar Tim Divertenti
L-unur tal-FIFA għal L-Aqwa Tim Divertenti hu premju suġġettiv li jiġi attribwit lill-iskwadra li turi l-approċċ l-aktar attiv u pożittiv għall-partita u li jirnexxielha tiddeverti lill-pubbliku. Dan l-unur jiġi organizzat permezz tal-parteċipazzjoni tal-pubbliku f'sondaġġ.
| Edizzjoni | L-Aktar Tim Divertenti |
|---|---|
| Stati Uniti 1994 | |
| Franza 1998 | |
| Korea t'Isfel/Ġappun2002 | |
| Ġermanja 2006 |
[editja] Tim All-Star
It-Tim All-Star (magħruf aħjar bħala MasterCard All-Star Team) huwa tim tal-aqwa 23 plejer, magħżula mill-Grupp tal-Istudju Tekniku tal-FIFA, matul il-fażi finali tat-Tazza tad-Dinja. In-numru ta' plejers ġie miżjud minn 11 għal 16 fl-edizzjoni tal-1998,[11] u aktar tard għal 23 (il-verżjoni attwali). Qabel l-1998, il-ġurnalisti u l-esperti (prinċiparjament Ewropej u Sud-Amerikani) kienu jagħżlu "It-Tim tal-Ħolm" tagħhom bi plejers minn kull pożizzjoni.
[editja] Referenzi
- ^ (Ingliż) adidas Golden Ball - FIFA World Cup™ Final. fifa.com. Aċċess tal-URL: 13-11-2008.
- ^ Għall-bidu l-FIFA tat kreditu lil Nejedlý għal erba' gowls biss, fejn minkejja li xorta kien jibqa' bħala l-aqwa skorer tal-edizzjoni dan it-titlu kien jaqsmu ma' Angelo Schiavio tal-Italja u Edmund Conen tal-Ġermanja. Madanakollu, f'Novembru 2006 il-gowl taċ-Ċekoslovak ġew ikkunsidrati bħala ħamsa biex b'hekk sar l-aqwa skorer indiskuss.
- ^ a b (Ingliż) American Bert Patenaude credited with first hat trick in FIFA World Cup™ history. fifa.com, 10-11-2006. Aċċess tal-URL: 12-11-2008.
- ^ Għall-bidu lil Léônidas tawh kreditu ta' 8 gowls. Imma f'Novembru tal-2006, il-FIFA iddikjarat li fil-kwarti tal-finali kontra ċ-Ċekoslovakkja huwa kien skorja gowl wieħed biss u mhux tnejn kif kien magħruf qabel.
- ^ Hemm kontroversja fuq in-numru ta' gowls li l-Brażiljan Ademir Menezes skorja fl-1950 minħabba dati mhux kompluti fuq il-partita mill-aħħar rawnd bejn il-Brażil u Spanja (6–1). L-ewwel gowl kien kreditat bħala awtogowl mid-difensur Spanjol Parra, u l-gowl tal-5–0 kien kreditat lil Jair. Madanakollu, riċentament il-FIFA tat kreditu lil Ademir biż-żewġ gowls li huma. L-eqreb rivali tiegħu fil-klassifika tal-aqwa skorer kien fuq kwota ħames gowls.
- ^ (Ingliż) World Cup 1950. rsssf.com. Aċċess tal-URL: 12-11-2008.
- ^ (Ingliż) Previous FIFA World Cups. fifa.com. Aċċess tal-URL: 17-07-2008.
- ^ (Ingliż) Pele voted best ever Young Player. www.newagebd.com. Aċċess tal-URL: 11-03-2009.
- ^ (Ingliż) XXI. Special awards and protocol (PDF), p. 52. fifa.com. Aċċess tal-URL: 19-10-2008.
- ^ (Ingliż) FIFA Fair play award - FIFA World Cup™ Final. fifa.com
- ^ (Ingliż) Summary of special FIFA awards. fifa.com, 30-06-2006. Aċċess tal-URL: 13-11-2008.