Luis Monti

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
Luis Monti
Luismonti 1925casla.jpeg
Luis Monti fl-1925
Informazzjoni personali
Isem sħiħ Luis Felipe Monti
Twelid 15 ta' Mejju 1901(1901-05-15)
Buenos Aires
Pajjiż Bandiera tal-Arġentina Arġentina
Mewt 9 ta' Settembru 1983 (82 sena)
Buenos Aires
Rwol Midfilder
Klabbs professjonali*
Snin Klabb Preż Gwls
1921 Huracán
1922 Boca Juniors 0 (0)
1922–1930 San Lorenzo
1930–1939 Juventus 225 (20)
Tim nazzjonali
1924–1931 Arġentina 16 (5)
1932–1936 Italja 18 (1)
Timijiet ikkowċjati
1939–1940 Triestina
1940–1941 Juventus
1942–1943 Varese
1944 Varese
1945–1947 Atalanta
1947 Vigevano
1947–1948 Huracán
1949–1950 Pisa
* Il-preżenzi u l-gowls fil-karriera professjonali huma validi biss għall-kampjonat domestiku.

Luis Felipe Monti (Buenos Aires, 15 ta' Mejju 1901Buenos Aires, 9 ta' Settembru 1983) kien plejer tal-futbol Arġentin-Taljan li kien jilgħab bħala midfilder. Monti iddistingwa ruħu minħabba li rnexxielu jilgħab żewġ finali tat-Tazza tad-Dinja ma' żewġ timijiet nazzjonali differenti. Hu lagħab l-ewwel finali ma' art twelidu l-Arġentina fl-1930, fit-telfa ta' 4–2 kontra l-Urugwaj; it-tieni waħda kienet mal-Italja bħala wieħed mill-oriundi fl-1934. Din id-darba Monti kif fuq in-naħa r-rebbieħa hekk kif l-Italja għelbu 2–1 liċ-Ċekoslovakkja.

Werrej

Stil ta' logħob [editja]

Monti kien magħruf bħala plejer b'saħħtu u kuraġġjuż, imma kellu karatteristiċi tekniċi li kienu jippermettulu li jagħmel daħliet b'saħħithom. Fis-sistema antika tal-Metodo hu kien jilgħab bħala difensur ċentrali offensiv, pożizzjoni li hi simili għal dik ta' midfilder difensiv fil-formazzjonijiet tal-lum. B'hekk hu kien jimmarka l-attakkant ċentrali tat-tim oppost meta t-tim tiegħu jkun qiegħed jiddefendi, però jkun dak il-plejer li jiddetta l-logħba u joħloq l-azzjonijiet meta t-tim ikun fuq l-offensiva.

Karriera [editja]

Monti beda l-karriera tiegħu fl-1921 ma' Huracán fejn magħhom rebaħ l-ewwel minn ħafna kampjonati li kellhom isegwu. Is-sena ta' wara iffirma ma' Boca Juniors imma ma lagħab l-ebda logħba. Hu ngħaqad ma' San Lorenzo u magħhom rebaħ tliet kampjonati oħra.

Monti ġie msejjaħ mat-tim nazzjonali Arġentin fl-1924. Magħhom hu rebaħ l-Copa América u l-midalja tal-fidda fl-Olimpjadi tas-sajf tal-1928. B'Monti bħala pedina importanti tat-tim l-Arġentina waslu sal-finali tat-Tazza tad-Dinja 1930 wara li għelbu lil Franza, il-Messiku, iċ-Ċili u l-Istati Uniti. Monti skorja darbtejn, madanakollu naqas li jimpressjona fil-finali mitlufa bl-iskor ta' 4–2 kontra l-Urugwaj.

Fl-1931 qasam l-Atlantiku biex ingħaqad mal-klabb Taljan ta' Juventus u magħhom rebaħ erba' kampjonati konsekuttivi. Mat-tim minn Turin hu ġabar 263 preżenza u 22 gowl, 19 minnhom fis-Serie A.

Wara li kiseb il-passaport Taljan grazzi għall-atenati Emiljani tiegħu u seta' jilgħab minn Diċembru tal-1932 bil-flokk tat-tim nazzjonali Taljan. Magħhom hu kiseb 18-il preżenza u skorja gowl wieħed, waqt li rebaħ it-Tazza tad-Dinja 1934 taħt il-gwida ta' Vittorio Pozzo.

Mat-tim nazzjonali fil-logħba ta' ħbiberija kontra l-Ingilterra tal-14 ta' Novembru 1934 hu weġġa' gravi fil-logħba li baqgħet imfakkra bħala l-Battalja ta' Highbury. Wara biss żewġ minuti logħob hu kiser għadma f'saqajh wara ħabta mal-attakkant Ingliż Ted Drake. Din ħalliet lit-Taljani jilgħabu b'10 min-nies f'logħba diffiċli li tilfuha 3–2. Kawża ta' dak li ġara hu baqa' ħafna barra mil-logħob, però xorta waħda baqa' attiv man-nazzjonal sal-1936 u mal-Juventus sal-1938 meta, fl-età ta' 37 sena irtira.

Wara l-irtirar, Monti sar kowċ. Hu miet fl-1983 ta' 82 sena.

Unuri [editja]

Klabb [editja]

Arġentina Huracán

Arġentina San Lorenzo

Italja Juventus

Nazzjonal [editja]

Arġentina Arġentina

Italja Italja

Kowċ [editja]

Italja Juventus

Ħoloq esterni [editja]