Guillermo Stábile

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
(Rindirizzat minn Guillermo Stabile)
Guillermo Stábile
Informazzjoni personali
Isem sħiħGuillermo Stábile
Twelid17 ta' Jannar 1905(1905-01-17)
Buenos AiresArġentina
Mewt26 ta' Diċembru 1966 (61 sena)
Buenos Aires
Tul1.68 m
RwolAttakkant
Mixtliet
Sportivo Metán
1920–1923Huracán
Karriera professjonali
SninKlabb
1924–1930Huracán
1930–1934Genoa
1934–1935Napoli
1935–1936Genoa
1936–1939Red Star Paris
Tim nazzjonali
1930Arġentina
Timijiet ikkowċjati
1931–1932Genoa
1937–1939Red Star Paris
1939–1940San Lorenzo
1939–1960Arġentina
1940–1941Estudiantes de La Plata
1940–1949Huracán
1949–1960Racing Club

Guillermo Stábile (twieled fis-17 ta' Jannar 1905 – miet fis-26 ta' Diċembru 1966) kien plejer u kowċ tal-futbol Arġentin. Stábile rebaħ żewġ kampjonati ma' Huracán u lagħab fl-Italja u Franza. Hu kien l-aqwa skorer fl-ewwel edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja li saret fl-1930. Bħala kowċ, hu mexxa lill-Arġentina għar-rebħ ta' sitt titli tal-Copa América waqt li wassal lil Racing Club għar-rebħ ta' tliet titli tal-kampjonat.

Karriera[immodifika | immodifika s-sors]

Klabb[immodifika | immodifika s-sors]

Il-karriera tiegħu bdiet ma' Huracán fejn lagħab magħhom bejn l-1924 u l-1930. Għall-bidu beda jilgħab bħala midfilder laterali, però evolva bħala attakkant. Mal-klabb Arġentin hu rebaħ il-kampjonat darbtejn u t-trofew reġjonali Copa Dr. Carlos Ibarguren fl-1925. Wara l-marka li ħalla fl-ewwel Tazza tad-Dinja, hu ttrasferixxa fl-Ewropa sabiex jilgħab ma' Genoa, tim li magħhom lagħab 41 logħba u skorja 15-il gowl. Tlieta minn dawn il-gowls waslu fid-debutt tiegħu fis-16 ta' Novembru 1930, kontra Bologna li ntemmet 3–1.

L-esperjenza mal-klabb kienet imtappna minn problemi fiżiċi: l-ewwel waħda seħħet fid-29 ta' Marzu 1931, meta f'logħba ta' ħbiberija kontra Alessandria kiser saqajh il-leminija fi skontru mal-gowler avversarju. It-tieni inċident seħħ fis-26 ta' Marzu 1930 fil-logħba kontra Fiorentina, fejn wara daħla ma' avversarju hu reġa' kiser l-istess sieq. Fis-17 ta' Settembru 1933, fil-konfront kontra n-Napoli reġa' korra fil-ligamenti ta' saqajh il-leminija.

Minkejja din is-serje ta' problemi, fl-1934 ġie iffirmat min-Napoli fejn lagħab magħhom għal staġun wieħed biss. F'dak l-istaġun skorja 3 gowls f'20 logħba. Fl-1935, reġa' rritorna għal ftit ma' Genoa, qabel ma' f'Ottubru tal-istess sena xtara l-kumplament tal-kuntratt tiegħu u mar Franza sabiex jilgħab ma' Red Star ta' Pariġi, il-klabb li magħhom kiseb il-promozzjoni għall-ogħla diviżjoni.

Internazzjonali[immodifika | immodifika s-sors]

Stábile iddebutta mat-tim nazzjonali tal-Arġentina ta' 25 sena, fit-tieni logħba tat-tim fl-ewwel edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja li saret fl-1930 ġewwa l-Urugwaj. Kontra l-Messiku, l-Arġentina rebħet 6–3 fejn Stábile skorja tripletta. Għal ħafna snin din kienet ikkunsidrata bħala l-ewwel tripletta f'fażi finali tat-Tazza tad-Dinja, sakemm fl-2006 il-FIFA iddikjarat li Bert Patenaude skorja l-ewwel triplett jumejn qabel dik ta' Stábile.

Fl-aħħar logħba mill-grupp, l-Arġentina affrontaw ir-rivali Sud-Amerikani taċ-Ċili u rebħulhom 3–1 bi Stábile iniżżel ismu għal darb'oħra fost l-iskorers b'doppjetta. Fis-semifinali kontra l-Istati Uniti, l-Arġentina rebħu faċilment 6–1 u Stábile skorja tnejn mill-gowls sabiex wassalhom għall-finali. Kontra l-ospiti tal-Urugwaj, l-Arġentina daħlu fil-mistrieħ 2–1 minn fuq, bi Stábile jiskorja t-tieni gowl. Madanakollu, l-Urugwaj qalbu l-iskor fit-tieni taqsima sabiex rebħu 4–2. Minkejja t-telfa finali, hu spiċċa l-aqwa skorer fl-ewwel edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja.

Logħbiet internazzjonali[immodifika | immodifika s-sors]

Unuri[immodifika | immodifika s-sors]

Klabb[immodifika | immodifika s-sors]

Huracán

Kowċ[immodifika | immodifika s-sors]

Arġentina
Primera División

Ħoloq esterni[immodifika | immodifika s-sors]