Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Iċ-ċelebrazzjonijiet għat-trijonf Spanjol, ma kinux limitati biss għal Spanja biss, iżda kienu estiżi għall-pajjiżi fejn numru konsidervoli ta' partitarji Spanjoli kienu preżenti. Dan ir-ritratt ġie meħud f'
Dublin, minuti wara t-tisfira finali tal-partita.
Il-finali tal-Kampjonati Ewropej tal-Futbol 2008 kienet logħba futbol li ntlagħbet fid-29 ta' Ġunju 2008 f'Ernst Happel Stadion ta' Vjenna, fl-Awstrija, biex jiġi determinat ir-rebbieħ tal-Kampjonati Ewropej tal-Futbol 2008. Il-partita kienet bejn il-Ġermanja u Spanja, u dan tal-aħħar rebaħ 1–0, b'gowl skurjat minn Fernando Torres. Din kienet it-tieni darba fl-istorja ta' dan it-turnew li t-tim rebbieħ rebaħ kull partita fil-fażi tal-gruppi; it-tim l-ieħor kien Franza lura fl-1984.
Iċ-ċerimonja tal-għeluq tal-kampjonat saret immedjatament qabel il-bidu tal-finali, u fiha esebixxew 400 persuna,[1] fosthom il-kantant Spanjol Enrique Iglesias, fejn kanta l-kanzunetta uffiċċjali ta' dan il-kampjonat, Can You Hear Me.[2]
[editja] Dettalji tal-logħba
[editja] Ħoloq esterni