Nani
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
| Nani |
||
| Informazzjoni personali | ||
|---|---|---|
| Isem sħiħ | Luís Carlos Almeida da Cunha | |
| Twelid | 17 ta' Novembru 1986 Praia |
|
| Pajjiż | ||
| Nazzjonalità | ||
| Tul | 1.75 m | |
| Rwol | Midfilder, ġwejnħa | |
| Informazzjoni fuq il-klabb | ||
| Klabb kurrenti | Manchester United | |
| Numru | 17 | |
| Klabbs ġovanili | ||
| Real de Massamá Sporting CP |
||
| Klabbs professjonali | ||
| Snin | Klabb | Preż (Gwl)* |
| 2005–2007 2007– |
Sporting CP Manchester United |
58 (9) 39 (4) |
| Tim nazzjonali | ||
| 2006– | Portugall | 26 (5) |
|
Aġġornament: 17:24, 17 Ġunju 2009 (UTC) |
||
Luís Carlos Almeida da Cunha (Praia, 17 ta' Novembru 1986), magħruf aħjar bħala Nani hu plejer tal-futbol Portugiż li jilgħab mat-tim ta' Manchester United u mal-Portugall. Il-pożizzjoni prinċipali tiegħu hi dik ta' ġwejnħa.
Werrej |
[editja] Karriera
[editja] Bidu tal-karriera
Nani twieled fi Praia, Cape Verde, imma emigra ma' familtu għall-Portugall fl-età żgħira. Trabba f'Amadora, distrett f'Liżbona, fejn hu u l-midfilder Manuel Fernandes, kienu jilgħabu flimkien.[1] Nani beda l-karriera non-professjonista ma' Real de Massamá qabel ma ngħaqad ma' Sporting.
[editja] Sporting Lisbon
Nani għamel id-debutt tiegħu ma' l-ewwel tim ta' Sporting fl-istaġun 2005–06, fejn għamel 32 apparenza u skorja ħames gowls. Hu wkoll lagħab tliet logħbiet fit-Tazza Portugiża, li Sporting rebħu, u sitt apparenzi fiċ-Champions League u skorja gowl.
[editja] Manchester United
Sporting u Manchester United qablu fi prezz mhux definita biex Nani jiġi mixtri mit-tim ta' Manchester. Il-prezz hi maħsuba li hi madwar £15-il miljun.[2] Tottenham Hotspur kienu wkoll rappurtati li kienu pruvaw jixtru l-plejer.[3] Real de Massamá rċevew 5% tal-prezz imħallas minn Manchester United, li hi madwar €1.25 miljun.[4] Hu għadda t-test mediku nhar is-6 ta' Ġunju 2007, qabel ma ġie kkonfermat bħala plejer ta' Manchester United nhar it-2 ta' Lulju. Ġie mħabbar li Nani ffirma kuntratt għal ħames snin mal-klabb Ingliż.
Fid-9 ta' Lulju, Nani ġie mħabbar lill-istampa flimkien mal-plejer il-ġdid Owen Hargreaves. Hu ngħata l-flokk numru 17 għall-istaġun 2007–08; il-flokk li kien milbus minn Henrik Larsson fiż-żmien qasir li kien għamel mal-klabb.
Nani skorja fid-debutt tiegħu f'partita ta' qabel l-istaġun, fir-rebħa ta' 6–0 li United għamlu kontra Shenzhen FC. Hu kompla jiskorja fejn din id-darba kien imiss fil-partita kontra Guangzhou Pharmaceutical.
Nani għamel id-debutt kompetittiv nhar il-5 ta' Awissu 2007, fejn daħal bħala sostitut fil-Community Shield kontra Chelsea. Hu mmarka d-debutt tiegħu permezz ta' trofew hekk kif ir-"Red Devils" ħarġu 3–0 rebbieħa wara l-għoti tal-penalties wara li l-logħba spiċċat 1–1 wara l-ħin regolamentari. Wara din ir-rebħa huwa skorja t-tielet gowl, tliet ijiem wara, fir-rebħa kontra Glentoran.
Id-debutt fil-Premier League ġie fl-ewwel ġurnata tal-kampjonat kontra Reading fit-12 ta' Awissu bħala sostitut ta' Wayne Rooney, wara li dan ta' l-aħħar sofra uġigħ f'saqajh. Fis-26 ta' Awissu 2007, Nani skorja l-ewwel gowl kompetittiv tiegħu ma' Manchester United, fejn minn madwar tletin metru hu skorja l-gowl rebbieħ fil-konfront kontra Tottenham Hotspur, li tat l-ewwel rebħa tal-istaġun lil Manchester United. Nani ħoloq gowls kruċjali lil Louis Saha u Nemanja Vidic fejn taw lil Manchester United rebħiet identiċi ta' 1–0 fuq Sunderland u Everton. Hu rritorna lura lejn il-klabb ta' Sporting, fejn Manchester United kienu mpenjanti f'partita taċ-Champions League kontra l-istess Sporting CP. Però kien sieħbu Ronaldo li kiseb l-aktar ġieħ hekk kien hu li skorja l-gowl rebbieħ.
Nani skorja t-tieni gowl tiegħu għall-klabb f'rebħa ta' 4–1 kontra Middlesbrough f'Old Trafford nhar is-27 ta' Ottubru 2007. Dan il-gowl kien jixbah ħafna lil dak skurjat kontra Tottenham, hekk kif din id-darba, wara li nfiltra min-nofs tal-grawnd hu għamel xutt minn barra l-kaxxa li ma ta l-ebda ċans lil Mark Schwarzer biex isalvah. Is-suċċess ta' Nani kompla hekk kif fil-ħames rawnd tal-FA Cup kontra Arsenal hu skorja gowl u assista lil tlieta oħra fir-rebħa li United għamlu ta' 4–0.
Fit-23 ta' Marzu 2008, Nani skorja t-tielet u l-aħħar gowl fir-rebħa ta' 3–0 kontra Liverpool, ħames minuti biss wara li kien daħal fil-grawnd bħala sostitut.[5]
Fit-3 ta' Mejju, Nani kien muri l-karta l-ħamra għall-ewwel darba fil-karriera tiegħu ma' Manchester United wara daqqa ta' ras fuq id-difensur ta' West Ham United Lucas Neill.[6]
Fil-21 ta' Mejju, Nani daħal bħala sostitut għal Wayne Rooney fil-finali tal-UEFA Champions League 2007–08 hekk kif United rebħu lil Chelsea 6–5 bil-penalties wara pari ta' 1-1 wara l-ħin supplementari. Hu kien wieħed minn dawk li skurjaw waqt il-lotterija tal-penalties. Fl-istaġun il-ġdid, Nani skorja l-ewwel gowl tal-kampanja l-ġdida fir-rebħa ta' Manchester United kontra Middlesbrough FC fil-kompetizzjoni tal-Carling Cup fejn hu skorja t-tielet gowl fl-aħħar minuta biex jikkonferma r-rebħa ta' 3–1. Fit-18 ta' Ottubru, hu skorja minn assist ta' Wayne Rooney biex ikompli r-rebħ ta' 4–0 fuq West Bromwich Albion f'Old Trafford.
[editja] Internazzjonali
Nani ddebutta mat-tim nazzjonali Portugiż fl-1 ta' Settembru 2006 u skorja fid-debutt tiegħu fit-telfa ta' 2–4 kontra d-Danimarka.
Il-forma tajba matul l-istaġun 2007-08 ma' Manchester United tatu ċ-ċans li jieħu sehem fil-Kampjonati Ewropej 2008, flimkien ma' sieħbu tat-tim Cristiano Ronaldo. Fil-partita tal-kwarti tal-finali kontra l-Ġermanja hu daħal bħala sostitut fit-tieni taqsima u kien hu li bena l-gowl ta' Hélder Postiga fl-aħħar minuti biex reġa' fetaħ l-isperanzi għall-Portugiżi. Imma dan kien kollu għalxejn hekk kif il-Ġermaniżi ħarġu 3–2 rebbieħa. Fil-kampanja Portugiża ta' kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2010 hu skorja wieħed mill-gowls tal-Portugall kontra Malta fir-rebħa ta' 4–0 u kien ukoll fost dawk li skurjaw fil-partita mitlufa mill-Portugall kontra d-Danimarka bl-iskor ta' 2–3.
[editja] Unuri
[editja] Klabb
- Tazza Portugiża: 2007
- UEFA Champions League: 2008
- Premier League: 2007-08
- Community Shield: 2007
- Tazza tad-Dinja tal-Futbol tal-Klabbs: 2008
[editja] Referenzi
- ^ Charlie Henderson (31-05-2007). Who are Anderson & Nani? (Ingliż). BBC Sport. Aċċessata nhar il-04-08-2007.
- ^ Tom Worden u Simon Mullock (17-06-2007). Slums Nurtured Nani (Ingliż). Sunday Mirror. Aċċessata nhar il-17-06-2007.
- ^ Ian McGarry (31-05-2007). It's grab a Nani night (Ingliż). The Sun.
- ^ Ricardo Gouveia (19-07-2007). Real Massamá ainda não recebeu os cinco por cento de Nani (Portugiż). Maisfutebol.
- ^ Report: United 3 Liverpool 0 (Ingliż) (23-03-2008). Aċċessata nhar il-23-03-2008.
- ^ Phil McNulty (03-05-2008). Man Utd 4-1 West Ham (Ingliż). BBC Sport. Aċċessata nhar il-03-05-2008.
[editja] Ħoloq esterni
- Statistika fuq Soccerbase.com
- Profil fuq ManUtd.com
- Profil fuq UEFA.com
|
|||||