Owen Hargreaves
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
| Owen Hargreaves |
||
| Informazzjoni personali | ||
|---|---|---|
| Isem sħiħ | Owen Lee Hargreaves | |
| Twelid | 20 ta' Jannar 1981 Calgary |
|
| Pajjiż | ||
| Nazzjonalità | ||
| Tul | 1.80 m | |
| Rwol | Midfilder | |
| Informazzjoni fuq il-klabb | ||
| Klabb kurrenti | Manchester United | |
| Numru | 4 | |
| Klabbs ġovanili | ||
| 1994–1997 1997–2000 |
Calgary Foothills Bayern Munich |
|
| Klabbs professjonali | ||
| Snin | Klabb | Preż (Gwl)* |
| 2000–2007 2007– |
Bayern Munich Manchester United |
145 (5) 25 (2) |
| Tim nazzjonali | ||
| 2001– | Ingilterra | 42 (0) |
|
Aġġornament: 06:23, 31 Ottubru 2008 (UTC) |
||
Owen Lee Hargreaves (Calgary, 20 ta' Jannar 1981) hu plejer tal-futbol Ingliż li jilgħab fil-Premier League ma' Manchester United u fil-livell internazzjonali mat-tim nazzjonali Ingliż.
Werrej |
[editja] Bijografija
Hargreaves hu l-iżgħar minn tliet aħwa ta' Margaret u Colin Hargreaves li emigraw għall-Kanada fil-bidu tas-snin tmenin mir-Renju Unit. Missieru kien jilgħab il-futbol mat-tim ġovanili ta' Bolton Wanderers u wkoll għal Calgary Kickers fil-Canadian Soccer League. Hu għandu żewġt aħwa, Darren u Neil. Ħuh il-kbir, Darren, irrapreżenta lill-Kanada fil-livell ġovanili.
[editja] Karriera
[editja] FC Bayern Munich
Hargreaves, fl-1 ta' Lulju 1997, f'età ta' sittax-il sena mexa minn Calgary Foothills għal Bayern Munich. Hargreaves lagħab mat-tim ta' taħt id-dsatax-il sena għal sentejn u nofs. Waqt li kien mat-tim Under-19, it-tim laħaq il-finali tal-kampjonat Ġermaniż fl-1998. Huma tilfu l-finali kontra Borussia Dortmund, imma dan kien biss wara l-għoti tal-penalties.
Fit-12 ta' Awwissu 2000, Hargreaves lagħab l-ewwel logħba tal-Bundesliga, fejn għamel issostitwixxa lil Carsten Jancker fit-83 minuta. L-ewwel partita mal-ewwel ħdax waslet kontra SpVgg Unterhaching fis-16 ta' Settembru 2000. L-istaġun kien wieħed trijonfanti għal Bayern hekk kif il-klabb spiċċa ċampjin tal-Bundesliga u rebħu wkoll il-UEFA Champions League. Il-prestazzjoni ta' Hargreaves fis-semifinali taċ-Champions League kontra Real Madrid tatu introduzzjoni fid-dinja internazzjonali tal-futbol hekk kif kellu s-saħħa li jaffronta lil plejers ta' esperjenza bħal Roberto Carlos u Luís Figo. Hu hu wieħed mill-uniċi żewġ plejers Ingliżi li rebħu ċ-Champions League ma' timijiet li mhumiex Ingliżi, fejn l-ieħor kien Steve McManaman (Real Madrid).
Fl-istaġun 2001–02 Hargreaves stabbilixxa ruħu bħala regulari tal-ewwel tim, fejn għamel 46 apparenza b'kollox. Minkejja li t-tim spiċċaw fit-tielet post fil-Bundesliga, apparenza fil-kwarti tal-finali taċ-Champions League u telfa fit-tazza kontra Shalke, l-istaġun kien wieħed deċiżiv għal Hargreaves hekk kif hu ħareġ bħala plejer importanti tat-tim.
L-istaġun ta' wara Hargreaves iċċelebra suċċess domestiku ieħor hekk kif Bayern rebħu t-titlu tal-Bundesliga u d-DFB Cup. Fis-26 ta' Jannar 2003, Hargreaves skorja l-ewwel gowl fil-Bundesliga fil-logħba kontra Borussia Mönchengladbach. Sfortunatament, hu kien imweġġa' għal tliet darbiet matul l-istaġun. Hu rnexxielu jagħmel 25 apparenza fil-Bundesliga, erbgħa fit-Tazza u tliet fiċ-Champions League.
L-istaġun 2003–04 kien l-ewwel staġun ta' Bayern mingħajr ma rebaħ l-ebda trofew. Wara li kisbu d-Doppjetta fis-sena ta' qabel, it-tim ta' Munich spiċċa t-tieni fil-kampjonat u kienu eliminati minn Real Madrid fiċ-Champions League. Fl-istaġun ta' wara Hargreaves reġa' kiseb midalja oħra tal-kampjonat u tad-DFB Cup. Hu għamel 27 apparenza (gowl wieħed) fil-Bundesliga, lagħab fit-tliet logħbiet tat-Tazza (żewġ gowls) u tmien apparenzi fiċ-Champions League.
Fl-2005–06, hu żied titlu ieħor fil-Bundesliga u t-titlu tat-Tazza. Hargreaves skorja l-ewwel gowl fl-Allianz Arena il-ġdid, f'logħba kompetittiva kontra Borussia Mönchengladbach. F'Ottubru tal-2005, hu għamel estinzjoni tal-kuntratt mat-tim Bayern għal erba' snin. Fl-istaġun 2006-07, Hargreaves kienet sfortunat li kiser saqajh u li ħallieh barra mill-azzjoni f'parti kbira tal-kampanja tat-tim ta' Bayern. Hu rkupra fil-ħin biex jgħin lil Bayern Munich jeliminaw lil Real Madrid fiċ-Champions League wara li l-iskor aggregat kien dak ta' 4–4, però Bayern Munich ikkwalifikaw minħabba r-regolament tal-gowls barra minn darhom, minkejja t-telfa ta' 3–2 fil-Bernabéu.
[editja] Manchester United
Fil-31 ta' Mejju 2007, kien imħabbar li Hargreaves kien se jingħaqad mat-tim ta' Manchester United fl-1 ta' Lulju 2007, wara madwar sena ta' negozjati bejn Bayern Munich u United, f'somma ta' madwar £17-il miljun.[1] Hargreaves iffirma kuntratt ta' erba' snin mal-klabb fl-1 ta' Lulju. Hu kien imħabbar lill-istampa fid-9 ta' Lulju flimkien ma' Nani. Hargreaves ingħata n-numru 4 f'Old Trafford, in-numru li qabel kien milbus minn Gabriel Heinze u Juan Sebastian Veron.
Hargreaves iddebutta mat-tim ta' Manchester United f'logħba ta' ħbiberija kontra Peterborough United fl-4 ta' Awwissu, fejn daħal bħala sostitut fir-rebħa ta' 3-1 għal United. Hu għamel l-ewwel apparenza fil-Premier League fit-tielet logħba ta' Manchester United fil-kampjonat, fit-telfa fid-derby ta' Manchester. Hu skorja l-ewwel gowl għal United kontra Fulham fl-1 ta' Marzu. It-tieni gowl wasal fit-13 ta' April, fejn skorja l-gowl tar-rebħa kontra Arsenal. L-ewwel staġun f'Manchester kien ta' suċċess hekk kif għen lill-klabb jirbaħ it-titli tal-Premiership u taċ-Champions League.
[editja] Internazzjonali
Hargreaves għamewl l-ewwel apparenza internazzjonali fil-15 ta' Awwissu 2001 kontra Olanda f'White Hart Lane, fejn tatu distinzjoni li jkun l-uniku plejer li lagħab mat-tim nazzjonali Ingliż imma li qatt ma għex l-Ingilterra. Hargreves kien l-uniku plejer li lagħab barra mill-Premier League u li kien magħżul mat-tim Ingliż għat-Tazza tad-Dinja 2002. Hargreaves kien weġġa' wara biss ħmistax-il minuta tat-tieni logħba tal-grupp kontra l-Arġentina u kellu jkun sostitwit.
Minkejja li ma tantx kien parti mill-ewwel għażla tat-tim, hu kien magħżul mal-iskwadra għall-Kampjonati Ewropej 2004 f'Portugall u fit-Tazza tad-Dinja 2006 fil-Ġermanja minkejja kritika mill-istampa u l-pubbliku. Fl-ewwel daħla tiegħu fl-ewwel logħba tal-Ingilterra fit-Tazza tad-Dinja 2006 bħala sostitut hu kellu abbużi vokali min-numru ta' benjamini Ingliżi. Però, f'edizzjoni fejn l-Ingilterra ma tantx irnexxielha toffri spettaklu, hu kienu, lejn l-aħħar tal-parteċipazzjoni, ikkunsidrat bħala wieħed mis-suċċessi tal-iskwadra Ingliża u kien imsejjaħ "Plejer tal-Partita" fil-kwarti tal-finali kontra l-Portugall, f'partita fejn l-Ingilterra tilfu fl-għoti tal-penalties, fejn Hargreaves kien l-unika plejer Ingliż li skorja l-penalty. Fl-2006, hu rebaħ il-Plejer tas-Sena tal-Ingilterra, u l-Plejer tas-Sena tal-Ingilterra fit-Tazza tad-Dinja f'sondaġġi uffiċjali tal-FA, u b'hekk sar l-ewwel wieħed li rebaħhom it-tnejn li huma fi staġun.
Hu kompla jimpresjona fejn kiseb l-unur tal-"Plejer tal-Partita" għall-Ingilterra kontra l-Greċja fir-rebħa ta' 4–0 fit-18 ta' Awwissu 2006, fejn ħa n-numru sebgħa li qabel kien milbus minn David Beckham. Fit-30 ta' Jannar 2007, hu kien ivvutat "Plejer tas-Sena tal-Ingilterra 2006", kif ivvutat mill-viżitaturi tas-sit elettroniku tal-FA.[2]
F'Ġunju tal-2007, il-FIFA ħabbret li Hargreaves u Philipp Lahm kienu se jżuru l-Afrika t'Isfel għas-sapport inizzjali għat-Tazza tad-Dinja 2010.[3]
[editja] Statistika tal-karriera
| Klabb | Staġun | Kampjonat | Tazza | League Cup | Ewropa | Oħrajn[4] | Total | ||||||
|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
| App | Gowls | App | Gowls | App | Gowls | App | Gowls | App | Gowls | App | Gowls | ||
| Bayern Munich | 2000–01 | 14 | 0 | 1 | 0 | 0 | 0 | 4 | 0 | 0 | 0 | 19 | 0 |
| 2001–02 | 29 | 0 | 4 | 0 | 0 | 0 | 14 | 0 | 0 | 0 | 47 | 0 | |
| 2002–03 | 25 | 1 | 5 | 1 | 0 | 0 | 5 | 0 | 0 | 0 | 35 | 2 | |
| 2003–04 | 25 | 2 | 3 | 0 | 0 | 0 | 6 | 0 | 0 | 0 | 34 | 2 | |
| 2004–05 | 27 | 1 | 3 | 2 | 1 | 0 | 8 | 0 | 0 | 0 | 38 | 3 | |
| 2005–06 | 16 | 1 | 4 | 2 | 0 | 0 | 3 | 0 | 0 | 0 | 22 | 3 | |
| 2006–07 | 9 | 0 | 1 | 0 | 0 | 0 | 5 | 0 | 0 | 0 | 15 | 0 | |
| Total | 145 | 5 | 21 | 5 | 1 | 0 | 45 | 0 | 0 | 0 | 212 | 10 | |
| Manchester United | 2007–08 | 23 | 2 | 3 | 0 | 0 | 0 | 8 | 0 | 0 | 0 | 34 | 2 |
| 2008–09 | 2 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 1 | 0 | 0 | 0 | 3 | 0 | |
| Total | 25 | 2 | 3 | 0 | 0 | 0 | 9 | 0 | 0 | 0 | 37 | 2 | |
| Total fil-karriera | 170 | 7 | 24 | 5 | 1 | 0 | 54 | 0 | 0 | 0 | 249 | 12 | |
Korretti sal-4 ta' Ottubru 2008[5]
[editja] Unuri
[editja] Klabb
- Fußball-Bundesliga: 2000–01, 2002–03, 2004–05, 2005–06
- UEFA Champions League: 2000–01
- Tazza Interkontinentali: 2001
- DFB Pokal: 2002–03, 2004–05, 2005–06
- Premiere Ligapokal: 2003–04
- Premier League: 2007–08
- UEFA Champions League: 2007–08
[editja] Individwali
- Trofew Bravo: 2001
- Plejer tas-Sena tal-Ingilterra: 2006
- Plejer tas-Sena tal-Ingilterra fit-Tazza tad-Dinja: 2006
[editja] Referenzi
- ^ Hargreaves completes Man Utd move (Ingliż), BBC Sport, 01-07-2007 (Aċċessata nhar il-01-07-2007).
- ^ Owen's honour (Ingliż), The FA (Aċċessata nhar il-21-05-2007).
- ^ Hargreaves and Lahm to visit South Africa (Ingliż), FIFA.com, 08-06-2007.
- ^ Tinkludi kompetizzjonijiet kompetittivi oħrajn, fejn tinkludi l-FA Community Shield, is-Supercup Ewropea, it-Tazza Interkontinentali, Tazza tad-Dinja tal-Futbol tal-Klabbs
- ^ Owen Hargreaves (Ingliż). StretfordEnd.co.uk. Aċċessata nhar il-31-10-2008.
[editja] Ħoloq esterni
- Statistika fuq Soccerbase.com
- Sit uffiċjali
- Profil fuq UEFA.com
- Profil fuq TheFA.com
|
|||||