Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Din il-paġna tiddeskrivi l-fażi ta' kwalifikazzjoni tal-Kampjonati Ewropej tal-Futbol 2008.
Għad-diviżjoni tat-timijiet nazzjonali fl-urni biex isiru l-poloz inizzjali għall-gruppi, kienet ikkunsidrata l-pożizzjoni tat-timijiet Ewropej permezz tal-koefiċċjenti tal-UEFA, skond ir-riżultati miksub fil-fażi ta' kwalifikazzjoni tal-Kampjonati Ewropej 2004 u anki tat-Tazza tad-Dinja 2006. Wieħed irid jinnota li:
- Il-Greċja, detentur tat-titlu, kienet imdaħħla fl-urna ta' l-aqwa timijiet.
- Il-Portugall ma kellux bżonn jipparteċipa fil-kwalifikazzjoni għall-Euro 2004, minħabba li kien l-ospitu ta' dik l-edizzjoni. Ir-rekord tal-fażi ta' kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2006 kien użat.
- Il-Ġermanja ma kellhiex bżonn tipparteċipa fil-kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2006. Ir-rekord tal-fażi ta' kwalifikazzjoni għall-Euro 2004 kien użat.
- Il-Każakistan qatt ma ħa sehem f'kampjonat Ewropew, u b'hekk għal dan it-tim kien użat biss ir-rekord tat-Tazza tad-Dinja. L-aħħar parteċipazzjoni tagħhom f'fażi ta' kwalifikazzjoni kienet fit-Tazza Ażjatika 2000. Ir-rekord f'din il-kompetizzjoni ma kienx ikkunsidrat.
- Wara l-indipendenza tal-Montenegro mis-Serbja, is-Serbja wirtet ir-riżultati kollha tat-tim nazzjonali li kien jeżisti qabel. Il-Montenegro kien għadu ma ġiex ammess fil-UEFA jew fil-FIFA fil-bidu tal-kwalifikazzjoni għal din il-kompetizzjoni, u b'hekk ma jistax jikkompeti sa l-edizzjoni li jmiss tat-Tazza tad-Dinja.
It-tlugħ tal-poloz saru fis-27 ta' Jannar 2006 f'Montreux, l-iSvizzera.[1]
| Urna 1 |
Urna 2 |
Urna 3 |
Urna 4 |
|
|
|
|
|
| Urna 5 |
Urna 6 |
Urna 7 |
|
|
|
|
|
It-tabella t'hawn taħt għandha s-seba' gruppi ta' kwalifikazzjoni. Timijiet li assiguraw post fil-fażi finali tal-kampjonat huma bi sfond aħdar. L-ordni tat-timijiet hi skond il-pożizzjoni finali fil-grupp. Below is a table containing all seven qualifying groups. Teams that have secured a place in the final
Ikkwalifikaw awtomatikament għall-Euro 2008 l-Awstrija u l-iSvizzera minħabba li huma l-pajjiżi ospiti.
Jikkwalifikaw żewġ timijiet minn kull wieħed mis-seba' gruppi ta' kwalifikazzjoni. Għal dawk li jispiċċaw fit-tielet post m'għandhom l-ebda possibilità li jingħataw post fil-fażi finali. Jekk fl-aħħar tal-fażi tal-gruppi tnejn jew aktar timijiet jispiċċaw bl-istess punti, il-klassifika tinbena skond dawn il-kriterji:
- L-akbar numru ta' punti miksuba fil-partiti bejn xulxin.
- L-akbar differenza ta' gowls fil-partiti bejn xulxin.
- L-akbar numru ta' gowls skurjati fil-partiti bejn xulxin.
- L-akbar numru ta' gowls skurjati barra minn darhom fil-partiti bejn xulxin.
- Jekk wara l-applikazzjoni ta' dawn l-erba' kriterji preċedenti t-timijiet xorta jibqgħu fl-istess sitwazzjoni, l-istess kriterji jerġgħu jiġu applikat biex jiġi determinat il-pożizzjoni tat-tim. Jekk din il-proċedura ma twassal għal ebda deċiżjoni, kriterji 6 u 7 jiġu applikati:
- Riżultati ta' kull partiti tal-grupp: 1. Differenza superjuri tal-gowls 2. Numru ikbar ta' gowls skurjati 3. Numru ikbar ta' gowls skurjati barra minn darhom 4. Kondotta tajba fost il-plejers.
- Bħala soluzzjoni estrema, isir it-tlugħ tal-poloz.
[editja] L-aqwa skorers
Sors: UEFA
[editja] Nazzjonijiet kwalifikati
[editja] Ħoloq esterni