Kampjonati Ewropej tal-Futbol 2012
| Mistrzostwa Europy w Piłce Nożnej 2012 (Pollakk) Чемпіонат Європи з футболу 2012 Mudell:Ikona uk |
|
|---|---|
| Dettalji tal-kompetizzjoni | |
| Pajjiż ospitu | |
| Dati | 8 ta' Ġunju – 1 ta' Lulju |
| Parteċipanti | 16 (minn konfederazzjoni waħda) |
| Grawnds | 8 (f'8 ibliet ospitanti) |
|
← 2008
2016 →
|
|
Il-Kampjonati Ewropej tal-Futbol 2012, magħrufin sempliċement bħala Euro 2012, se jkunu l-erbatax-il edizzjoni tal-Kampjonati Ewropej, kompetizzjoni dedikata għat-timijiet nazzjonali tal-futbol tal-UEFA. Il-fażi finali tat-turnew se jsir ġewwa il-Polonja u l-Ukrajna bejn it-8 ta' Ġunju u l-1 ta' Lulju 2012.
Id-deċiżjoni li l-kompetizzjoni ssir ġewwa dawn iż-żewġ pajjiżi saret fit-18 ta' April, 2007, mill-Kumitat Eżekuttiv tal-UEFA. Din hi t-tielet darba fl-istorja li l-kompetizzjoni se tiġi ospitata minn żewġ pajjiżi, wara Belġju/Olanda tas-sena 2000, u Awstrija/Żvizzera tal-2008
Din se tkun l-aħħar darba li l-fażi finali se tinvolvi 16-il pajjiż, fejn għall-edizzjoni tal-2016 hu previst li n-numru ta' parteċipanti jiġi estiż għal 24. Il-fażi ta' kwalifikazzjoni se ssir bejn Awwissu 2010 u Novembru 2011.
Werrej |
[editja] Proċess tal-għażla tal-ospitu
[editja] Offerti
Għall-bidu, l-organizzazzjoni ta' dan l-avveniment kienet bejn ħames offerti minn seba' pajjiżi: Kroazja/Ungerija (ma' xulxin), il-Greċja, l-Italja, Polonja/Ukrajna (ma' xulxin), u t-Turkija.
Nhar it-8 ta' Novembru, 2005, il-Kumitat Eżekuttiv tal-UEFA naqqas il-lista tal-kandidati għal tlieta:[1]
| Pajjiż | Voti |
|---|---|
| 11 | |
| 9 | |
| 7 | |
| 6 | |
| 2 |
Fil-31 ta' Mejju, 2006, it-tliet offerti komplew it-tieni fażi tal-proċess billi bagħtu iktar dossiers dettaljati. F'Settembru tal-2006, il-UEFA wettqet żjarat fuq is-siti tal-pajjiżi kandidati. Fit-18 ta' April, 2007, ġewwa Cardiff, Wales, ġew magħżula l-organizzaturi. Ir-riżultati tal-votazzjoni kienu hekk:
| Pajjiż | Voti |
|---|---|
| 8 | |
| 4 | |
| 0 |
[editja] Proċedura tal-votazzjoni
Il-votazzjoni kellha ssir f'massimu ta' żewġ rawnds. Sabiex il-vot ikun validu, kellu jkun hemm kworum fil-kamra tal-laqgħat, jiġifieri, mill-inqas tmien membri tal-Kumitat, esklużi l-president u d-deputat li ma kellhomx id-dritt il-vot. Fl-ewwel rawnd, kull membru kellu vot wieħed. Minħabba li l-offerta tal-Polonja u l-Ukrajna kisbet maġġoranza assoluta ta' tmien voti, din tħabbret bħala r-rebbieħa u ma kienx hemm bżonn li jsir it-tieni rawnd.
Il-votazzjoni saret mill-membri tal-Kumitat Eżekuttiv tal-UEFA kompost minn 14-il membru:
La Carraro u lanqas Surkis ma setgħu jivvutaw fl-ebda votazzjoni, minħabba li kienu rappreżentati ta' pajjiżi kandidati. Din ħalliet tnax-il vot disponibbli għat-tliet offerti.
[editja] Kandidati oħra
[editja] Italja
[editja] Kroazja u Ungerija
[editja] Referenzi
- ^ Mark Chaplin. (Ingliż) Trio in EURO 2012 running. UEFA, 08-11-2005. Aċċess tal-URL: 19-04-2007.