Hamit Altıntop
| Informazzjoni personali | |||
|---|---|---|---|
| Twelid | 8 ta' Diċembru 1982 Gelsenkirchen |
||
| Pajjiż | |||
| Nazzjonalità | |||
| Tul | 1.83 m | ||
| Rwol | Midfilder | ||
| Informazzjoni fuq il-klabb | |||
| Klabb kurrenti | Galatasaray | ||
| Numru | 16 | ||
| Klabbs ġovanili | |||
| 1991–1992 | Schwarz-Weiß Gelsenkirchen | ||
| 1992–1997 | TuS Rotthausen | ||
| 1997–2000 | Wattenscheid 09 | ||
| Klabbs professjonali* | |||
| Snin | Klabb | Preż | Gwls |
| 2000–2003 | Wattenscheid 09 | 75 | (12) |
| 2003–2007 | Schalke 04 | 113 | (8) |
| 2007–2011 | Bayern Munich | 63 | (7) |
| 2011–2012 | Real Madrid | 5 | (1) |
| 2012– | Galatasaray | 25 | (0) |
| Tim nazzjonali | |||
| 2004– | Turkija | 79 | (7) |
| * Il-preżenzi u l-gowls fil-karriera professjonali huma validi biss għall-kampjonat domestiku. Aġġornament: 14:30, 26 April 2013 (UTC) |
|||
Hamit Altıntop (Gelsenkirchen, 8 ta' Diċembru 1982) huwa plejer tal-futbol Tork, imwieled il-Ġermanja. Hu hu midfilder versatili fejn kapaċi jilgħab kemm fi rwol difensiv u wkoll f'dak offensiv, u fuq iż-żewġ faxex. Għandu ħuh tewmi, Halil Altıntop, li hu wkoll futboler.
Werrej |
Karriera [editja]
Schalke [editja]
Altıntop beda l-karriera professjonali tiegħu fil-futbol, flimkien ma' ħuh, mal-klabb Ġermaniż ta' Wattenscheid. Fl-2003 hu issieħeb ma' Schalke 04 fejn kien jilgħab primarjament bħala midfilder difensiv. Aktar tard, matul is-suq tat-trasferimenti tal-2006–07 ħuh ingħaqad miegħu wara li ffirma minn ma' Kaiserslauten. Dak l-istaġun kellu jintemm b'Schalke fit-tieni post, żewġ punti biss 'il bogħod mir-rebbieħa eventali tal-Bundesliga, VfB Stuttgart.
Bayern Munich [editja]
Fl-istaġun 2007–08, Bayern Munich għamlu l-akkwist tas-servizzi ta' Altıntop meta ingħaqad b'xejn mill-klabb preċedenti tiegħu. L-ewwel gowl tiegħu wasal fl-ewwel logħba tiegħu għal Bayern kontra ċ-ċampjins Brażiljani, São Paulo, gowl li ta r-rebħa ta' 2–1 lit-tim Bavarjan.
Fil-kampanja 2009–10 tal-UEFA Champions League, Bayern Munich laħqu l-finali kontra Inter tal-Italja, finali li ntlagħbet fit-22 ta' Mejju, 2010. Altıntop kien skjerat mal-ewwel ħdax, għalkemm ġie sostitwit għal Miroslav Klose wara 63 minuta logħob.
Nhar it-2 ta' Ġunju, 2010, hu iffirma estensjoni tal-kuntratt għal sena oħra.
Real Madrid [editja]
Nhar id-19 ta' Mejju, 2011, tħabbar li Altıntop kien se jingħaqad b'xejn ma' Real Madrid fejn iffirma kuntratt ta' erba' snin.[1] Iddebutta fil-logħba miċ-Champions League kontra Ajax nhar is-27 ta' Settembru bħala sostitut għal Mesut Özil. Fil-kampjonat lagħab l-ewwel logħba tiegħu kontra Real Betis fil-15 ta' Ottubru, fejn daħal fit-78 minuta għal Cristiano Ronaldo. L-ewwel gowl tiegħu wasal fit-18 ta' Diċembru kontra Sevilla minn assist ta' Xabi Alonso.
Galatasaray [editja]
Fit-13 ta' Lulju, 2012, il-klabb Tork ta' Galatasaray iffirmawh għal €3.5 miljun minn Real Madrid.[2]
Internazzjonali [editja]
Altıntop lagħab iktar minn ħamsin darba man-tim nazzjonali Tork. Hu kien strumentali fl-avventura tat-tim matul il-Kampjonati Ewropej 2008 fejn barra li lagħab il-ħames partiti tat-Turkija, assista t-tliet gowls fir-rebħa ta' 3–2 fuq ir-Repubblika Ċeka. Fi tmiem it-tornew, il-prestazzjonijiet tiegħu ġew ippremjati b'post fit-"Tim tat-Tornew" tal-UEFA.
F'Jannar tal-2001, Altıntop rebaħ l-unur tal-Gowl tas-Sena tal-FIFA 2010 (magħruf aħjar bħala l-FIFA Puskás Award) wara x-xutt spettakolari tiegħu fil-partita kontra l-Każakistan ta' Settembru 2010 valida għall-kwalifikazzjoni għall-Euro 2012.
Nhar it-30 ta' Marzu, 2011, hu libes għall-ewwel darba l-faxxa ta' kaptan fir-rebħa ta' 2–0 kontra l-Awstrija.
Unuri [editja]
Klabb [editja]
- Liga-Pokal: 2005
- Bundesliga: 2007-08, 2009-10
- DFB-Pokal: 2008, 2010
- Liga-Pokal: 2007
- DFL-Supercup: 2010
- La Liga: 2011–12
- Süper Kupa: 2012
Referenzi [editja]
- ^ (Spanjol) Comunicado oficial: Hamit Altintop, nuevo jugador del Real Madrid. Real Madrid, 19-05-2011. Aċċess tal-URL: 20-05-2011.
- ^ (Ingliż) Official Announcement. Real Madrid, 13-07-2012. Aċċess tal-URL: 13-07-2012.
Ħoloq esterni [editja]
| Wikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x'jaqsmu ma': Hamit Altıntop |
- Sit uffiċjali
- Statistika fuq Soccerbase.com
- Statistika fuq fussballdaten.de
- Profil fuq National-Football-Teams