Nihat Kahveci

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
Nihat Kahveci
Nihat kahveci pence.jpg
Informazzjoni personali
Twelid 23 ta' Novembru 1979 (1979-11-23) (33 sena)
Istanbul
Pajjiż Bandiera tat-Turkija Turkija
Tul 1.75 m
Rwol Attakkant
Klabbs ġovanili
1994–1997 Beşiktaş
Klabbs professjonali*
Snin Klabb Preż Gwls
1997–2002 Beşiktaş 114 (27)
2002–2006 Real Sociedad 133 (58)
2006–2009 Villarreal 62 (18)
2009–2011 Beşiktaş 34 (3)
Total 343 (106)
Tim nazzjonali
2000–2010 Turkija 69 (19)
* Il-preżenzi u l-gowls fil-karriera professjonali huma validi biss għall-kampjonat domestiku.
Aġġornament: 14:30, 9 Ġunju 2011 (UTC)

Nihat Kahveci (Istanbul, 23 ta' Novembru 1979) huwa plejer tal-futbol Tork. Nihat jilgħab l-aktar bħala attakkant, imma kapaċi jilgħab ukoll bħala midfilder offensiv.

Werrej

Karriera [editja]

Klabb [editja]

Nihat huwa prodott tas-settur ġovanili ta' Beşiktaş u ġie skopert minn Hürser Mustafa Cindir meta' l-istess Nihat kien qiegħed jilgħab ma' Beşiktaş matul l-istaġun 1996–97. L-istaġun segwenti ssieħeb mal-ewwel tim.

F'Jannar tal-2002 hu ngħaqad ma' Real Sociedad ġewwa Spanja, taħt il-gwida tal-eks-kowċ ta' Beşiktaş John Toshack. Mat-tim ta' Sociedad, Nihat lagħab 115-il logħba fejn skorja 57 gowl. Fl-istaġun 2002–03, Nihat skorja 23 gowl fejn temm l-istaġun bħala t-tieni l-aqwa skorer fil-La Liga wara Roy Makaay (29 gowls) u bl-istess numru ta' gowls ta' Ronaldo.[1] Dan l-istaġun ra wkoll lil Real Sociedad jikkonkludu l-impenji tagħhom fil-kampjonat fit-tieni post, b'distakk ta' żewġ punti minn Real Madrid. Fi żmienu mal-klabb hu fforma koppja offensiva mal-attakkant Serb Darko Kovačević, tant li l-ġurnalist sportiv Phil Ball tahom il-laqam ta' "Iż-żgħir u l-kbir", bħala referenza għad-differenza fit-tul taż-żewġ plejers.[2]

Fis-16 ta' Mejju 2006, Nihat qabel li jingħaqad ma' Villarreal, fejn iffirma kuntratt ta' ħames snin. Fl-ewwel staġun mal-klabb ftit li xejn kien involut minħabba l-problemi fiżiċi li tappnulu l-istaġun. L-istaġun segwenti, però, kien fundamentali għat-tim hekk kif fil-kampjonat skorja 18-il gowl bit-tim jagħlaq l-istaġun fit-tieni post tal-klassifika. L-aħħar staġun tiegħu mal-Villarreal reġa' kien staġun imtappan bil-problemi fiżiċi fejn fid-dsatax-il dehra li għamel ma skorja l-ebda gowl.

Nhar is-27 ta' Ġunju 2009, Nihat irritorna lura t-Turkija fejn iffirma mat-tim ta' Beşiktaş għal erba' snin.[3] Nhar it-18 ta' Mejju 2011, Beşiktaş ħassru l-kuntratt ta' Nihat.

Internazzjonali [editja]

F'Ottubru tas-sena 2000 waslet l-ewwel dehra mat-tim nazzjonali tat-Turkija għal Nihat kontra l-Iżvezja. Man-nazzjonal Torka hu pparteċipa fit-Tazza tad-Dinja 2002, liema kompetizzjoni rat lit-tim jispiċċa fit-tielet post. Matul dan it-turnew, l-uniċi dehriet tiegħu kienu bħala sostitut fid-79 minuta għal Yıldıray Baştürk kontra l-Kosta Rika fil-fażi tal-gruppi, u dehra oħra bħala sostitut kontra l-Ġappun fil-fażi tal-aħħar sittax.

Hu ħa sehem ukoll fil-Kampjonati Ewropej 2008, fejn fit-tielet logħba minn Grupp A Nihat skorja darbtejn kontra r-Repubblika Ċeka fejn f'temp ta' kwarta l-iskor inqaleb minn 0–2 minn taħt għal 3–2 favur it-Tork (bil-gowl l-ieħor jasal minn Arda Turan). Din ir-rebħa wasslet għall-kwalifikazzjoni għar-rawnd suċċessiv għad-danni tal-istess Ċeki.

Unuri [editja]

Turkija Beşiktaş

Referenzi [editja]

  1. ^ (Ingliż) Season 2002–03. BDFutbol. Aċċess tal-URL: 28-07-2009.
  2. ^ (Ingliż) Little and Large. ESPNsoccernet, 09-05-2003. Aċċess tal-URL: 23-07-2008.
  3. ^ (Ingliż) Besiktas seal Nihat capture from Villarreal. ESPNsoccernet, 27-06-2009. Aċċess tal-URL: 27-06-2009.

Ħoloq esterni [editja]