Aqbeż għall-kontentut

Rodi (belt)

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Rodi (belt)
 Greċja
Amministrazzjoni
Stat sovranGreċja
Decentralized administration of GreeceAmministrazzjoni Deċentralizzata tal-Eġew
Administrative region of GreeceReġjun tan-Nofsinhar tal-Eġew
Regional unit of GreeceUnità Reġjonali ta' Rodi
Municipality of GreeceMuniċipalità ta' Rodi
Kodiċi postali 85100
Ġeografija
Koordinati 36°26′N 28°13′E / 36.43°N 28.22°E / 36.43; 28.22Koordinati: 36°26′N 28°13′E / 36.43°N 28.22°E / 36.43; 28.22
Rodi (belt) is located in Greece
Rodi (belt)
Rodi (belt)
Rodi (belt) (Greece)
Superfiċjenti 19.481 kilometru kwadru
Għoli 10 m
Demografija
Popolazzjoni 54,562 abitanti (2021)
Informazzjoni oħra
Kodiċi tat-telefon 2241
bliet ġemellati Ávila, Conches-en-Ouche (en) Translate, Yalta, Valletta, Majorka, New Braunfels (en) Translate, Pisa, Puebla, Rhode Island (en) Translate, Roses, Muniċipalità ta' Gotland, Perth, Belt ta' Perthu Visby
rhodes.gr

Rodi (bil-Grieg: Ρόδος, Ródos [ˈroðos], bl-Ingliż: Rhodes) hija l-belt prinċipali u l-eks muniċipalità tal-gżira ta' Rodi fost il-Gżejjer Dodekaniżi, il-Greċja. Mir-riforma tal-gvern lokali tal-2011, saret tifforma parti mill-muniċipalità ta' Rodi, li hija s-sede u l-unità muniċipali tagħha. Għandha popolazzjoni ta' madwar 50,000 abitant (qrib id-90,000 fiż-żona metropolitana tagħha). Rodi ilha famuża minn żmien il-qedem bħala s-sit tal-Koloss ta' Rodi, wieħed mis-Seba' Għeġubijiet Antiki tad-Dinja. Iċ-ċittadella ta' Rodi, li nbniet mill-Kavallieri tal-Ordni ta' San Ġwann, hija waħda mill-iżjed bliet Medjevali ppreservati fl-Ewropa. Il-belt Medjevali tniżżlet bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1988.[1]

Illum il-ġurnata, il-belt ta' Rodi hija ċentru urban Grieg importanti u destinazzjoni turistika internazzjonali popolari.

Il-gżira ta' Rodi tinsab f'salib it-toroq bejn l-Ewropa, il-Lvant Nofsani u l-Afrika. B'hekk il-belt u l-gżira għandhom nisġa b'diversi identitajiet, kulturi, arkitetturi u lingwi tul l-istorja twila tagħhom. Il-pożizzjoni strateġika ta' Rodi għar-rotot ewlenin bil-baħar kompliet iżżewwaq l-istorja tagħha. Il-gżira ilha abitata minn madwar l-4000 Q.K. (il-Perjodu Neolitiku).[2]

Perjodu Klassiku

[immodifika | immodifika s-sors]

Il-belt ta' Rodi ġiet iffurmata mill-bliet ta' Ialyssos, Kamiros u Lindos fl-408 Q.K., u gawdiet prosperità kbira għal tliet sekli fl-Epoka tad-Deheb tagħha, meta l-merkanti li ġew mill-baħar, il-bennejja tal-bastimenti permezz tal-ħila tagħhom, u l-politiċi tal-belt li kellhom moħħhom miftuħ tawlu l-prosperità tal-belt sa Żmien ir-Rumani. Il-Koloss ta' Rodi, wieħed mis-Seba' Għeġubijiet Antiki tad-Dinja nbena minn Karlu ta' Lindos bejn it-304 u l-293 Q.K., fi żmien 12-il sena u tlesta fil-282 Q.K. L-istatwa kienet tirrappreżenta l-alla tax-xemx Helios, u huwa maħsub li kienet tinsab qrib id-daħla tal-port. Il-belt l-antika kellha sistema tajba tad-dranaġġ kif ukoll network tal-provvista tal-ilma ddisinjat minn Ippodamu. Għall-ħabta tal-226 Rodi ġiet mheżża minn terremot li qered il-belt u ġarraf il-Koloss.[2]

Perjodu Ruman

[immodifika | immodifika s-sors]

Fil-164 Q.K., Rodi sfat taħt il-kontroll tar-Rumani. Irnexxielha żżomm il-ġmiel tagħha u tiżviluppa f'ċentru ewlieni tal-arti u tax-xjenza. Ir-Rumani ħadu l-liġi marittima minn Rodi u applikawha għat-trasport marittimu tagħhom. Għadhom jeżistu bosta traċċi ta' żmien ir-Rumani madwar il-belt li jagħtu ħjiel tal-livell ta' ċivilizzazzjoni ta' dak iż-żmien. Skont l-Atti 21:1 fil-Bibbja, Pawlu l-Appostlu waqaf f'Rodi lejn l-aħħar tat-tielet vjaġġ missjunarju tiegħu.

Perjodu Biżantin

[immodifika | immodifika s-sors]

Fil-Medju Evu, Rodi kienet ċentru kummerċjali Biżantin importanti, kif ukoll punt ta' salib it-toroq għall-bastimenti li kienu jbaħħru bejn Kostantinopli u Lixandra. Fis-snin bikrin tal-Imperu Ruman maqsum, l-Isawrjani, tribù tal-muntanji minn Ċiliċja, invadew il-gżira u ħarqu l-belt. Fis-seklu 7 W.K. il-belt inħakmet mill-Għarab. Dawn tal-aħħar kienu dawk li neħħew il-fdalijiet tal-Koloss mill-port u ttrasferewhom lejn is-Sirja fejn inqerdu għall-izzekkar tal-muniti. Wara l-waqgħa tal-Imperu Biżantin fir-Raba' Kruċjata fl-1204, in-nobbli nattiv Leo Gabalas ħa l-kontroll tal-gżira, iżda wara mewtu u s-suċċessjoni ta' ħuh Ġwanni, il-gżira ġiet okkupata għal żmien qasir mill-poplu ta' Genova qabel ma ġiet irritornata lill-Imperatur ta' Niċea, għalkemm għaddiet minn perjodu ġdid imma qasir taħt il-Biżantini.

Perjodu tal-Kavallieri

[immodifika | immodifika s-sors]
It-Tempju ta' Apollo fl-Akropoli ta' Rodi.

Il-Kavallieri tal-Ordni ta' San Ġwann ħatfu lil Rodi u stabbilew il-kwartieri ġenerali tagħhom hemmhekk meta telqu minn Ċipru wara l-persegwitazzjoni tat-Templari fl-1307. Il-Papa Klement V ikkonferma l-pussess tal-gżira mill-Kavallieri ta' San Ġwann fl-1309. Il-Kavallieri baqgħu fil-gżira għal żewġ sekli sħaħ.[3][4]

Fl-1444, il-flotta tal-Mamluk immexxija minn Aynal Gecut assedjat lil Rodi, iżda l-Kavallieri, megħjuna mill-kmandant navali minn Bourgogne Geoffroy de Thoisy, irreżista l-attakk tal-Musulmani.

Wara l-Waqgħa ta' Kostantinopli fl-1453, l-Imperu Ottoman beda tkabbir rapidu, u fl-1480 is-Sultan Mehmed il-Konkwistatur bagħat forza invażiva lejn Rodi mmexxija mill-kmandant Mesih Pasha. F'dan l-ewwel assedju Ottoman ta' Rodi, id-difensuri rreżistew l-attakki tat-Torok kemm mill-art kif ukoll mill-baħar, u l-invażuri telqu mill-gżira wara li ġarrbu telfa. It-telfa rażżnet invażjoni oħra li kienet qed issir fl-istess żmien tal-peniżola Taljana mill-forzi Ottomani u pprevjeniet l-inkursjoni possibbli tal-Musulmani kif ukoll il-kontroll tal-Punent tal-Ewropa.

Id-Daħla ta' Amboise tal-belt Medjevali.

Wara t-telfa Ottomana fl-1480, il-Gran Mastru tal-Kavallieri Pierre d'Aubusson issorvelja t-tisħiħ tal-bliet matul il-ftit deċennji ta' wara. Sa mewtu fl-1521, Rodi kellha fost l-iżjed fortifikazzjonijiet b'saħħithom ta' kwalunkwe bastjun Kristjan fid-dinja. Il-Kavallieri komplew l-attakki navali varati minn Rodi fuq il-merkanti Musulmani sal-1522, meta s-Sultan il-ġdid Suleiman il-Manjifiku mexxa t-tieni assedju Ottoman fuq Rodi fl-1522.

Minkejja li l-Kavallieri kien ferm inqas mill-Ottomani, għamlu ħilithom biex jiddefendu l-belt u xorta waħda rnexxielhom iwasslu għal bosta midruba u mejtin fost l-Ottomani. F'Diċembru 1522,[5] il-Kavallieri u Suleiman għamlu negozjat u l-Kavallieri tħallew jitilqu mill-belt bil-ġid kollu li setgħu jġorru magħhom, bil-patt li ma jkun hemm l-ebda tpattija kontra l-abitanti tal-belt, li tħallew jipprattikaw il-Kristjaneżmu liberament. Fl-1 ta' Jannar 1523, il-Kavallieri telqu mill-gżira, li baqgħet taħt il-kontroll tal-Ottomani.

Perjodu Ottoman

[immodifika | immodifika s-sors]
Il-belt ta' Rodi għall-ħabta tal-1490.

Fi żmien l-Ottomani nbnew binjiet ġodda: moskej, banjijiet pubbliċi u vilel għall-patruni l-ġodda. Il-Griegi kellhom jabbandunaw il-belt iffortifikata u ttrasferew ruħhom f'subborgi ġodda 'l barra mis-swar tal-belt. Il-belt baqgħet iżżomm il-funzjoni ekonomika prinċipali tagħha bħala suq għall-prodotti agrikoli tan-naħa ta' ġewwa tal-gżira u tal-gżejjer żgħar tal-madwar.

Wara li stabbilew is-sovranità tagħhom fuq il-gżira, it-Torok Ottomani kkonvertew il-biċċa l-kbira tal-knejjes f'moskej u ttrasformaw id-djar il-kbar f'vilel privati jew f'binjiet pubbliċi. Din it-trasformazzjoni kienet proċess fit-tul bl-għan li l-binjiet jiġu adattati għall-istil ta' għajxien tal-Ottomani. Il-faċċata tal-perjodu tal-Kavallieri bit-tiżjin skolpit tagħhom, id-daħliet bl-arkati u l-ħitan bil-ġebel imnaqqax ġew arrikkiti bil-karattru partikolari tal-arkitettura Ottomana, adattata għall-klima u għall-kulturali lokali. F'dan il-proċess, il-biċċa l-kbira tal-karatteristiċi arkitettoniċi tal-binjiet eżistenti ġew ippreservati. L-iżjed żidiet karatteristiċi kienu l-banjijiet (normalment fuq in-naħa ta' wara tal-binjiet) u l-gallariji tal-injam integrati mal-faċċati fuq it-toroq dojoq. B'dan il-mod, il-biċċa l-kbira tal-binjiet tal-perjodu tal-Kavallieri ta' San Ġwann fil-belt Medjevali baqgħu ppreservati sew. Dan wassal għal taħlita ta' arkitettura Orjentali bi fdalijiet arkitettoniċi imponenti tal-Punent, kif ukoll binjiet iktar reċenti, li kienu karatteristiċi tal-arkitettura lokali ta' dak iż-żmien.

Dettall tal-Palazz.

Eżempju interessanti tal-arkitettura Ottomana hija l-binja tal-Librerija ta' Hafiz Ahmed Agha.

Fis-seklu 19, il-belt kienet il-belt kapitali tal-Eyalet tal-Arċipelagu, iżda d-deklin tal-Imperu Ottoman irriżulta fit-telqa ġenerali tal-belt u tal-binjiet tagħha, li komplew jiddeterjoraw iktar minħabba t-terremoti qawwijin li spiss heżżew l-inħawi.

Fl-1856, maħżen tal-porvli taħt il-Knisja antika ta' San Ġwann – li x'aktarx kien ilu hemm mill-assedju tal-1522[6] – intlaqat mis-sajjetti, u kkawża splużjoni enormi li qatlet bosta nies, qerdet il-knisja, u qerdet il-biċċa l-kbira tal-Palazz tal-Gran Mastru.[7][8]

Perjodu Taljan

[immodifika | immodifika s-sors]
Il-Palazz tal-Gran Mastru tal-Kavallieri ta' Rodi.

Fl-1912 it-truppi Taljani ħadu l-gżira flimkien mal-kumplament tal-Gżejjer Dodekaniżi, u stabbilew pussess Taljan magħruf bħala l-Gżejjer Taljani tal-Eġew fl-1923.[9] L-arkitett Florestano Di Fausto jista' jitqies bħala l-missier ta' Rodi Taljana. Bi qbil mal-gvernatur Mario Lago, huwa kien l-awtur tal-pjanta tal-belt tal-1923, u għażel li jirrispetta kważi għalkollox il-belt iffortifikata. Huwa waqqa' biss id-djar li kienu nbnew mas-swar u madwarhom matul il-perjodu Ottoman. Huwa kkonverta wkoll iċ-ċimiterji tal-Lhud u tal-Ottomani f'żona ekoloġika madwar il-belt Medjevali. Fl-istess żmien, huwa ddisinja r-Rodi Taljana l-ġdida fl-inħawi ta' Mandraki, u ppjana Belt tal-Ġonna, u tul ix-xatt prinċipali tal-baħar huwa bena l-binjiet ewlenin, bħas-Suq, il-Katidral ta' San Ġwann, u l-Palazz tal-Gvernatur. Dawn il-binjiet kollha ġew iddisinjati bi stil eklettiku, b'taħlita ta' elementi Ottomani, Venezjani, Rinaxximentali u lokali. It-Taljani ppreservaw dak li kien għad fadal mill-perjodu tal-Kavallieri, u qerdu l-binjiet Ottomani kollha. Barra minn hekk, huma wettqu r-rikostruzzjoni tal-Palazz tal-Gran Mastru. Ġie stabbilit ukoll Istitut għall-Istudju tal-Istorja u l-Kultura tar-reġjun, u sar xogħol kbir ta' infrastruttura biex Rodi tiġi mmodernizzata.

Perjodu tat-Tieni Gwerra Dinjija u wara l-gwerra

[immodifika | immodifika s-sors]
Il-palazz minn ġewwa.

Matul it-Tieni Gwerra Dinjija, l-attakki bil-bombi tal-Alleati li mmiraw lejn iċ-ċentru storiku ta' Rodi fl-1944 qerdu parti sinifikanti tal-belt. Wieħed mill-ewwel digrieti tal-gvern Grieg iddeżinja dawk iż-żoni bħala rriżervati għal skavi futuri u għadd ta' binjiet ġew iddeżinjati bħala binjiet salvagwardjati. F'Lulju 1944, l-awtoritajiet Nażisti ordnaw id-deportazzjoni ta' iktar minn 1,700 Lhud ta' Rodi, inkluż irġiel, nisa u tfal, u minnhom 1,200 ruħ inqatlu f'Auschwitz.

Fl-1957 ġiet approvata pjanta ġdida tal-belt permezz ta' digriet u fl-1960 il-belt Medjevali kollha ġiet iddeżinjata bħala monument protett mill-Ministeru għall-Kultura. Fl-1961 u fl-1963 inħarġu digrieti ġodda rigward il-pjanta l-ġdida tal-belt. Dawn kienu jipprevedu t-twessigħ tat-toroq eżistenti u l-ftuħ ta' toroq ġodda. Madankollu, dawn ma ġewx implimentati fiċ-ċentru storiku tal-belt Medjevali minħabba r-reżistenza tas-Servizz Arkeoloġiku. Fl-1988, il-belt Medjevali ta' Rodi tniżżlet fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.

Sit ta' Wirt Dinji

[immodifika | immodifika s-sors]
Id-Daħla tal-Madonna, parti mill-fortifikazzjonijiet ta' Rodi.

Il-Belt Medjevali ta' Rodi ġiet iddeżinjata bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1988.[1]

Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' tliet kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (ii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ"; il-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem"; u l-kriterju (v) "Eżempju straordinarju ta' insedjament uman tradizzjonali, ta' użu tal-art jew ta' użu tal-baħar, li jirrappreżenta kultura (jew kulturi), jew interazzjoni umana mal-ambjent, speċjalment meta jkun sar vulnerabbli minħabba l-impatt ta' bidla irreversibbli".[1]

Il-Moskea ta' Suleymaniye.
Il-Knisja Evanġelista fil-port (li qabel kienet ta' San Ġwann), ta' Florestano Di Fausto.

Il-belt ta' Rodi hija l-belt kapitali tal-gżira ta' Rodi li mill-2011 saret muniċipalità unika u tal-unità reġjonali ta' Rodi. Kienet il-belt kapitali tal-eks Prefettura tal-Gżejjer Dodekaniżi u attwalment tospita bosta uffiċċji u servizzi tar-reġjun tan-Nofsinhar tal-Eġew.

Bħala ċentru amministrattiv, il-belt tospita wkoll bosta uffiċċji u servizzi, fosthom:

  • il-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija tal-Gżejjer Dodekaniżi;
  • id-Dipartiment tat-Tifi tan-Nar ta' Rodi;
  • il-Qorti tal-Gżejjer Dodekaniżi;
  • il-Pulizija/Gwardji tal-Kosta tal-Port tal-Gżejjer Dodekaniżi;
  • il-95 ADTE (il-Kwartieri Ġenerali tad-Diviżjoni tal-Armata Ellenika);
  • l-Uffiċċju tat-Taxxi Pubbliċi ta' Rodi;
  • l-Uffiċċju tal-Ippjanar Urban ta' Rodi;
  • l-Uffiċċju tar-Reġistru tal-Art ta' Rodi;
  • il-Kwartieri Ġenerali tal-Uffiċċju Postali Elleniku ta' Rodi;
  • il-Kumpanija Muniċipali tal-Ilma u tad-Dranaġġ ta' Rodi;
  • il-Kamra tal-Kummerċ tal-Gżejjer Dodekaniżi;
  • l-Uffiċċju tax-Xogħol ta' Rodi (OAED);
  • l-Istitut tas-Sigurtà Soċjali ta' Rodi (IKA);
  • il-Korporazzjoni Pubblika tal-Enerġija (DEI).

Attrazzjonijiet ewlenin

[immodifika | immodifika s-sors]
Veduta tas-Suq (Nea Agora) ta' Mandraki, li nbena matul il-perjodu Taljan minn Florestano Di Fausto.
Il-Palazz tal-Gvern, xogħol ieħor ta' Di Fausto, issa l-Prefettura tal-Gżejjer Dodekaniżi.

Il-belt fiha bosta attrazzjonijiet. Uħud minnhom imorru lura għal żmien il-qedem u l-biċċa l-kbira jmorru lura għal żmien il-Kavallieri ta' San Ġwann:

  • il-Palazz tal-Gran Mastru (is-seklu 15);
  • Triq il-Kavallieri;
  • il-kwartier ta' La Juderia, inkluż is-Sinagoga ta' Kahal Shalom;
  • l-Akropoli ta' Rodi;
  • il-Moskea ta' Mehmet Aga;
  • il-Moskea ta' Suleiman il-Manjifiku;
  • is-swar Medjevali, maħluqa f'nofs is-seklu 14 fuq linja preċedenti u rikostruwiti wara l-assedju Ottoman tal-1480 u t-terremot tas-sena ta' wara. Fl-1522 Suleiman daħal fil-belt mid-Daħla ta' San Anastażju;
  • il-binjiet Gotiċi fil-parti storika ta' fuq tal-belt;
  • dan l-aħħar ġie skavat il-port Biżantin, fejn ġew skoperti r-relitti uniċi ta' nawfraġji Medjevali;
  • il-Katidral ta' San Franġisk t'Assisi;
  • Panagia tou Kastrou.

Il-belt ta' Rodi tinsab fit-tarf tal-Grigal tal-gżira u tifforma triangolu mit-Tramuntana għan-Nofsinhar. L-unità muniċipali għandha erja ta' 19.481 km2. Din hija l-iżgħar unità muniċipali tal-gżira bħala erja u l-ikbar bħala popolazzjoni. Tmiss mal-Baħar Eġew fit-Tramuntana, fil-Lvant u fil-Punent u mal-muniċipalitajiet ta' Ialysos u ta' Kallithea fin-Nofsinhar.

Skont il-klassifikazzjoni klimatika ta' Köppen, Rodi hija kklassifikata bħala klima Mediterranja bi sjuf sħan (Csa). Skont id-data tal-istazzjon meteoroloġiku tal-Fond Muniċipali tal-Port tan-Nofsinhar tal-Gżejjer Dodekaniżi, il-belt tirreġistra temperatura annwali medja ta' 20.7°C.

Data klimatika għall-Port ta' Rodi
Xahar Jan Fra Mar Apr Mej Ġun Lul Aww Set Ott Nov Diċ Sena
Temp. għolja rekord f'°C (°F) 20.6

(69.1)

20.2

(68.4)

23.3

(73.9)

27.6

(81.7)

36.4

(97.5)

33.8

(92.8)

36.9

(98.4)

37.6

(99.7)

32.4

(90.3)

32.6

(90.7)

26.8

(80.2)

21.9

(71.4)

37.6

(99.7)

Temp. għolja medja f'°C (°F) 15.9

(60.6)

16.4

(61.5)

16.8

(62.2)

19.9

(67.8)

24.2

(75.6)

27.4

(81.3)

30.2

(86.4)

30.7

(87.3)

28.2

(82.8)

25.2

(77.4)

21.9

(71.4)

18.2

(64.8)

22.9

(73.3)

Temp. medja ta' kuljum f'°C (°F) 13.8

(56.8)

14.3

(57.7)

14.6

(58.3)

17.6

(63.7)

21.7

(71.1)

25.0

(77.0)

27.6

(81.7)

28.4

(83.1)

26.2

(79.2)

23.1

(73.6)

19.8

(67.6)

16.1

(61.0)

20.7

(69.2)

Temp. baxxa medja f'°C (°F) 11.6

(52.9)

12.1

(53.8)

12.3

(54.1)

15.3

(59.5)

19.1

(66.4)

22.5

(72.5)

25.0

(77.0)

26.0

(78.8)

24.2

(75.6)

21.0

(69.8)

17.6

(63.7)

14.0

(57.2)

18.4

(65.1)

Temp. baxxa rekord f'°C (°F) 2.9

(37.2)

4.7

(40.5)

3.8

(38.8)

9.4

(48.9)

14.2

(57.6)

16.2

(61.2)

22.4

(72.3)

23.1

(73.6)

18.7

(65.7)

17.1

(62.8)

13.3

(55.9)

9.0

(48.2)

2.9

(37.2)

Preċipitazzjoni medja f'mm (pulzieri) 124.2

(4.89)

78.2

(3.08)

49.8

(1.96)

22.9

(0.90)

5.4

(0.21)

6.7

(0.26)

0.1

(0.00)

0.4

(0.02)

0.0

(0.0)

32.2

(1.27)

93.3

(3.67)

146.6

(5.77)

559.8

(22.03)

Sors: Fond tal-Port Muniċipali tan-Nofsinhar tal-Gżejjer Dodekaniżi (Jan 2019-Jan 2023)[10]
Data klimatika għall-Ajruport ta' Rodi
Xahar Jan Fra Mar Apr Mej Ġun Lul Aww Set Ott Nov Diċ Sena
Temp. għolja rekord f'°C (°F) 22.0

(71.6)

22.0

(71.6)

27.4

(81.3)

30.6

(87.1)

34.8

(94.6)

36.2

(97.2)

39.0

(102.2)

41.2

(106.2)

35.4

(95.7)

33.2

(91.8)

28.4

(83.1)

22.8

(73.0)

41.2

(106.2)

Temp. għolja medja f'°C (°F) 15.1

(59.2)

15.2

(59.4)

16.8

(62.2)

20.0

(68.0)

24.2

(75.6)

28.4

(83.1)

30.5

(86.9)

30.7

(87.3)

28.2

(82.8)

24.5

(76.1)

20.1

(68.2)

16.6

(61.9)

22.5

(72.6)

Temp. medja ta' kuljum f'°C (°F) 12.0

(53.6)

12.0

(53.6)

13.5

(56.3)

16.3

(61.3)

20.0

(68.0)

24.2

(75.6)

26.4

(79.5)

26.7

(80.1)

24.4

(75.9)

20.7

(69.3)

16.7

(62.1)

13.5

(56.3)

18.9

(66.0)

Temp. baxxa medja f'°C (°F) 8.8

(47.8)

8.8

(47.8)

10.1

(50.2)

12.5

(54.5)

15.8

(60.4)

19.9

(67.8)

22.3

(72.1)

22.7

(72.9)

20.5

(68.9)

16.9

(62.4)

13.2

(55.8)

10.4

(50.7)

15.2

(59.3)

Temp. baxxa rekord f'°C (°F) −4.0

(24.8)

−1.6

(29.1)

0.2

(32.4)

5.2

(41.4)

8.6

(47.5)

12.6

(54.7)

16.8

(62.2)

17.0

(62.6)

10.6

(51.1)

7.2

(45.0)

2.4

(36.3)

1.2

(34.2)

−4.0

(24.8)

Preċipitazzjoni medja f'mm (pulzieri) 149.6

(5.89)

105.7

(4.16)

75.6

(2.98)

27.8

(1.09)

18.6

(0.73)

2.3

(0.09)

0.4

(0.02)

0.2

(0.01)

5.8

(0.23)

65.5

(2.58)

94.1

(3.70)

157.4

(6.20)

703

(27.68)

Medja ta' jiem bix-xita 15.5 12.7 10.5 7.6 4.6 1.2 0.2 0.1 1.5 6.7 9.5 15.4 85.5
Umdità relattiva medja (%) 70.1 69.1 68.7 66.5 64.4 58.5 57.6 59.9 61.4 67.5 71.4 72.4 65.6
Medja ta' sigħat ta' xemx kuljum 5.0 6.0 7.0 9.0 11.0 13.0 14.0 13.0 11.0 8.0 6.0 5.0 9.0
Perċentwal ta' possibbiltà ta' xemx 50 55 58 69 79 87 100 100 92 73 60 50 73
Sors 1: Servizz Meteoroloġiku Nazzjonali Elleniku[11]
Sors 2: NOAA (temperaturi rekord), Weather Atlas (data dwar is-sigħat ta' xemx)[12]
Data klimatika għal Rodi
Xahar Jan Fra Mar Apr Mej Ġun Lul Aww Set Ott Nov Diċ Sena
Temp. medja tal-baħar f'°C (°F) 17.9

(64.2)

17.0

(62.6)

17.1

(62.8)

17.6

(63.7)

20.1

(68.2)

23.4

(74.1)

25.9

(78.6)

27.2

(81.0)

26.7

(80.1)

23.8

(74.8)

20.9

(69.6)

18.8

(65.8)

21.4

(70.5)

Medja ta' sigħat ta' xemx kuljum 10.0 11.0 12.0 13.0 14.0 15.0 14.0 13.0 12.0 11.0 10.0 10.0 12.1
Indiċi Ultravjola Medju 2 3 5 7 8 10 10 9 7 5 3 2 5.9
Sors: Weather Atlas[13]
Colorful drawing of Rhodes (city)
Tpinġija ta' Rodi u t-tliet livelli ta' fortifikazzjonijiet difensivi.
Veduta tal-ħandaq.

Il-belt uffiċjalment għandha popolazzjoni permanenti ta' 49,541 ruħ fiċ-ċensiment tal-2011 iżda huwa stmat li xi 65,000-70,000 ruħ li jirresjedu b'mod permanenti fil-limiti tal-belt. Matul is-sajf, il-popolazzjoni tilħaq il-100,000 ruħ bis-saħħa tal-25,000-30,000 sodda fil-lukandi fi ħdan il-limiti tal-belt kif ukoll bis-saħħa tal-bosta ħaddiema staġonali li jiġu mill-bqija tal-Greċja minħabba l-qgħad kbir l-iktar fil-partijiet peniżolari tal-pajjiż.

Sena Popolazzjoni Bidla ±
1951 24,280 -
1961 28,119 +3,839
1971 33,100 +4,981
1981 41,425 +8,325
1991 43,558 +2,133
2001 53,709 +10,151
2011 49,541 -4,168

Faċilitajiet edukattivi statali skont il-kategorija:

  • Edukazzjoni primarja: 21 skola primarja;
  • Edukazzjoni sekondarja: 7 skejjel sekondarji u 7 liċej;
  • Edukazzjoni postsekondarja: xi dipartimenti tal-Università tal-Eġew, Skejjel Superjuri u Inferjuri tat-Turiżmu u xi istituti privati.

F'dawn l-aħħar snin ġew stabbiliti wkoll żewġ skejjel privati li joffru klassijiet mill-primarja sal-liċeo. Waħda minnhom tinsab fi ħdan il-limiti tal-belt u jisimha Rodion Paideia. L-Iskola tal-Mużika ta' Rodi tinsab eżatt barra mil-limit tal-belt, fil-villaġġ ta' Koskinou.

L-isptar ġenerali statali ta' Rodi jinsab fid-distrett tal-Lbiċ ta' Agioi Apostoloi. Inbena inqas minn 20 sena ilu u huwa faċilità moderna b'bosta dipartimenti, u huwa wkoll il-bażi għall-ambulanzi tal-EKAV li jaqdu l-belt u l-parti tat-Tramuntana tal-gżira. L-isptar huwa mgħammar ukoll b'żona tal-inżul għall-ħelikopters f'każijiet urġenti minn inħawi oħra fil-kumplament tal-Gżejjer Dodekaniżi.

Sptar privat, Euromedica, jopera wkoll ftit 'il barra mil-limiti tal-belt, fin-naħa tal-Punent ta' Koskinou. Bosta faċilitajiet mediċi privati joperaw ukoll fi ħdan il-belt, filwaqt li bosta tobba privati għandhom il-kliniki tagħhom fiċ-ċentru tal-belt jew fil-madwar.

Kemm il-belt kif ukoll il-gżira ta' Rodi huma moqdija mill-Ajruport Internazzjonali ta' Diagoras, li jinsab 14-il kilometru (9 mili) fil-Lbiċ tal-belt. Dan l-ajruport huwa kkollegat mal-ajruporti Griegi ewlenin l-oħra kollha u ma' Ċipru matul is-sena kollha. Matul l-istaġun turistiku, it-titjiriet internazzjonali jikkollegaw il-gżira ma' bosta bliet Ewropej u ma' Iżrael, mal-Eġittu u mal-Libanu.

Il-belt fiha tliet portijiet ewlenin li għandhom skopijiet differenti. Il-port ta' Kolona jaqdi t-traffiku bejn il-Gżejjer Dodekaniżi, il-port Ċentrali jaqdi l-bastimenti tal-kruċieri u t-traffiku internazzjonali u l-port ta' Akandia jaqdi t-traffiku domestiku kif ukoll tal-merkanzija.

Kuljum il-laneċ jikkollegaw il-gżira ta' Rodi ma' diversi gżejjer fil-madwar fi ħdan il-Gżejjer Dodekaniżi, kif ukoll mal-Gżejjer Ċikladi u mal-art kontinentali tal-Greċja (Pireaus), filwaqt li darbtejn fil-ġimgħa jkun hemm lanċa li tmur sa Heraklion, Kreta, u lura. Barra minn hekk, hemm rotot frekwenti mill-irħula Torok tal-kosta ta' faċċata u lura, fosthom Marmaris u Fethiye. Rodi hija wkoll port popolari tal-wasla tal-bastimenti tal-kruċieri, speċjalment fix-xhur tas-sajf.

Il-belt ta' Rodi fiha wkoll żewġ marinas, waħda muniċipali fiċ-ċentru ta' Mandraki u oħra privata qrib il-port ta' Akandia.

Triq il-Kavallieri.

Is-sistema tat-tranżitu pubblika tal-belt hija operata mill-kumpanija muniċipali tal-karozzi tal-linja msejħa RODA (karozzi tal-linja ta' lewn blu u/jew abjad) u tikkonsisti minn network ta' karozzi tal-linja li jikkollegaw iċ-ċentru tal-belt mad-distretti iżda jikkollegaw il-belt mal-bliet u l-irħula periferiċi (Faliraki fil-Lvant u Ixia, Ialysos, Tholos fil-Punent) kif ukoll mal-Ajruport Internazzjonali ta' Rodi. Iċ-ċentru tal-belt huwa wkoll il-punt tat-tluq għall-karozzi tal-linja ta' KTEL (karozzi tal-linja ta' lewn oranġjo) li jaqdu r-rotot suburbani tal-kosta tal-Lvant tal-gżira. Hemm proposta biex il-karozzi tal-linja ta' KTEL jirrilokaw fl-ispazju disponibbli ħdejn il-port ta' Akandia iżda għadu mhux magħruf jekk din il-proposta hijiex se titwettaq u filkas meta.

Is-servizz tat-taksi huwa disponibbli b'mod mifrux fil-belt u normalment wieħed jista' jsib taksi f'postijiet iddeżinjati apposta għat-taksi jew permezz tat-telefon jew tal-mowbajl. Meta jkun l-eqqel tal-istaġun turistiku, normali li jkun hemm kju twil fil-postijiet iddeżinjati għat-taksi minħabba ż-żieda kbira fid-domanda.

Snin ilu ġew ippreżentati pjanijiet għal network tat-tramm ta' 16-il kilometru li jikkonsisti minn żewġ linji u 13-il stazzjon, iżda minn dak iż-żmien ma twettaq xejn minn dan x'aktarx minħabba n-nuqqas ta' fondi.

In-network tat-toroq tal-belt fil-biċċa l-kbira tagħhom huma l-iktar toroq dojoq u b'direzzjoni waħda tat-traffiku. L-arterji l-kbar ma tantx ilaħħqu ma' żieda fit-traffiku u b'hekk il-konġestjonijiet huma inevitabbli fl-eqqel sigħat tat-traffiku. Il-parkeġġ speċjalment madwar iċ-ċentru tal-belt u matul il-ħinijiet tas-suq kif ukoll matul is-staġun tas-sajf huwa tassew diffiċli minħabba nuqqas ta' spazji liberi, minkejja li jsir monitoraġġ tiegħu mill-muniċipalità u tiġi imposta tariffa għall-parkeġġ. Attwalment il-muniċipalità qed tiżviluppa mill-ġdid ċerti żoni vojta qrib iċ-ċentru għall-parkeġġ u dan mistenni jnaqqas ftit mit-traffiku. Teżisti wkoll triq ewlenija mad-dawra tal-belt iżda għadha mhux kompluta. Attwalment tikkollega l-port ta' Rodi mat-triq bejn Rodi u Kallithea. Il-belt hija wkoll il-punt tat-tluq ta' tlieta mill-ħames toroq ewlenin tal-gżira li jikkollegawha ma' Faliraki permezz tat-triq bejn Rodi u Kallithea, ma' Lindos permezz tat-triq bejn Rodi u Lindos, u mal-kosta tal-Punent (Ialysos, l-ajruport, Tholos, Kamiros) permezz tat-triq bejn Rodi u Kamiros.

Televiżjoni u radju

[immodifika | immodifika s-sors]

Il-biċċa l-kbira tal-istazzjonijiet televiżivi tan-nazzjon ixandru fil-belt. Hemm ukoll ħames stazzjonijiet televiżivi lokali u għadd ta' stazzjonijiet lokali u nazzjonali tar-radju.

Hemm żewġ ġurnali li jinħarġu għall-belt u għar-reġjun kollu tal-madwar. Barra minn hekk, hemm gazzetti oħra b'temi speċifiċi:

  • I Rodiaki ΡΟΔΙΑΚΗ - Καθημερινή Πρωινή Εφημερίδα (litteralment "Ta' Rodi", kuljum għajr it-Tnejn),
  • I Dimokratiki Δημοκρατική της Ρόδου (litteralment "Id-Demokratiku", kuljum għajr it-Tnejn).

Il-belt wara perjodu batut twil ta' kważi 15-il sena qed terġa' tara bosta sport tat-timijiet. Il-futbol u l-basketball huma l-iżjed popolari, iżda f'dawn l-aħħar snin varjetà wiesgħa ta' sport bdew jitfaċċaw, pereżempju r-rugby.

Il-belt għandha żewġ timijiet tal-futbol ewlenin: Diagoras GS u AS Rodos, li wara perjodu twil neqsin, reġgħu preżenti f'livell nazzjonali u kkompetew fit-Tieni Diviżjoni Nazzjonali Griega tal-Futbol matul l-istaġun tal-2017-2018, u t-tim tal-aħħar ġie rrelegat għal-lega lokali. Il-kumplament tat-timijiet ibbażati fil-belt jikkompetu fid-Diviżjonijiet Dilettanteski lokali u jinkludu timijiet li fl-imgħoddi kienu jikkompetu fil-livell nazzjonali bħal ARS Rodiakos u DANS Dorieas.

Għal dawn l-aħħar 15-il sena, il-basketball ġie rrappreżentat fil-livell nazzjonali minn Kolossos Rodou BC, li ilu jikkompeti fit-Tornew Nazzjonali A1 Ethniki mill-2007. Timijiet oħra, attivi jew antiki, huma AS Diagoras Rodi li kellhom preżenza notevoli xi snin ilu fil-livelli inferjuri nazzjonali C u B, Rodion Athlisis, Galazia Akadimia u l-eks timijiet ASK Ibiskos, DANS Dorieas u AS Rodos. Il-belt tospita wkoll lil AS Dodekanisos, il-mimmi tal-għajnejn tal-Eġew li jikkompeti b'mod ewlieni fit-tornew nazzjonali tal-basketball għan-nies b'diżabbiltà.

Rodion Athlisis jikkompeti b'suċċess għal dawn l-aħħar sentejn fit-Tornew A2 Ethniki tal-volleyball għal żewġ staġuni konsekuttivi (l-2017 u l-2018) fil-logħbiet playoff. Il-kumplament tat-timijiet tal-belt jikkompetu fil-livell lokali.

Varjetà ta' sport ieħor huwa disponibbli wkoll u qed jiżviluppa fil-belt. Fir-rugby it-tim iffurmat reċentement Colossoi ta' Rodi wasal sal-finali tat-tornew ewlieni tal-isport għat-tieni darba wara xulxin. Il-Klabb Nawtiku ta' Rodi u Ygros Stivos ta' Rodi għandhom timijiet tal-waterpolo fid-diviżjonijiet nazzjonali l-iktar inferjuri; il-Klabb tat-Tennis u tal-Ping-Pong ta' Rodi fil-faċilitajiet b'sjieda privata; AS Diagoras ta' Rodi għandu timijiet kompetittivi fiċ-ċikliżmu u fl-atletika. Finalment, il-jiu jitsu, il-karate, tae-kwon-do u arti marzjali oħra tal-Lvant huma disponibbli b'timijiet lokali b'suċċess nazzjonali sporadiku.

Siti sportivi

[immodifika | immodifika s-sors]

Il-belt għandha tliet postijiet ewlenin għall-isport: l-Istadium Muniċipali ta' Rodi u ċ-Ċentru Nazzjonali tal-Atletika ta' Kallipateira joffru attivitajiet fil-beraħ filwaqt li s-Sala Muniċipali Interna ta' "Venetokleio" tintuża għall-isport fuq ġewwa. L-Istadium Muniċipali ta' Agioi Apostoloi jintuża unikament għall-futbol filwaqt li l-l-areni sportivi fil-beraħ tal-klabbs ta' Diagoras u ta' Rodion Athlisis b'sjieda privata jintużaw għal diversi dixxiplini u joperaw ukoll pixxina interna tal-għawm ta' 25 metru.

Relazzjonijiet internazzjonali

[immodifika | immodifika s-sors]

Il-belt ta' Rodi fiha wkoll bosta konsolati barranin.[14]

Rodi hija ġemellata ma':

Nies notevoli

[immodifika | immodifika s-sors]

Żmien il-qedem

Panagiotis Rodios

Era Moderna

  • Panagiotis Rodios, uffiċjal militari, ġellied matul il-Gwerra Griega tal-Indipendenza
  • Reşit Galip, Turkish politician
  • Oreste Lionello, Italian actor
  • Giorgos Skartados, football player
  • Niki Xanthou, Greek athlete
  1. ^ a b ċ Centre, UNESCO World Heritage. "Medieval City of Rhodes". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-31.
  2. ^ a b "Municipality of Rhodes - Classical Period". web.archive.org. 2016-05-05. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2016-05-05. Miġbur 2023-08-31.
  3. ^ Nicolle, David (2008). Knights of Jerusalem: The Crusading Order of Hospitallers 1100–1565. Osprey Publishing. ISBN 978-1-84603-080-2.
  4. ^ Gino Manicone, "Rodi sposa del sole", Casamari, La Monastica, 1992.
  5. ^ Davis, Paul K. (2003). Besieged: 100 Great Sieges from Jericho to Sarajevo. Oxford University Press. p. 96. ISBN 978-0-19-521930-2.
  6. ^ Barnes, John R. "Gunpowder and the Explosion in 1856 of the former Church of St. John in the Medieval Town of Rhodes". Ċitazzjoni journal għandha bżonn |journal= (għajnuna)
  7. ^ Wisner, Ben; Gaillard, J. C.; Kelman, Ilan (2012). Handbook of Hazards and Disaster Risk Reduction. Routledge. ISBN 978-1-136-91868-1.
  8. ^ Nossov, Konstantin (2012-06-20). The Fortress of Rhodes 1309–1522. Bloomsbury Publishing. ISBN 978-1-78200-003-7.
  9. ^ "Municipality of Rhodes - Introduction". web.archive.org. 2016-04-21. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2016-04-21. Miġbur 2023-08-31.
  10. ^ "Rhodes, Tourist Port - Municipal Port Fund of South Dodecanese Current Weather Conditions". www.meteocam.gr. Miġbur 2023-08-31.
  11. ^ "Αρχική - Δημοτικό Λιμενικό Ταμείο Νότιας Δωδεκανήσου". www.litando.gr. Miġbur 2023-08-31.
  12. ^ Atlas, Weather. "Yearly & Monthly weather - Rhodes, Greece". Weather Atlas (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-31.
  13. ^ Atlas, Weather. "Yearly & Monthly weather - Rhodes, Greece". Weather Atlas (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-31.
  14. ^ "Municipality of Rhodes - Foreign States Consulates". web.archive.org. 2012-01-21. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2012-01-21. Miġbur 2023-08-31.