Visby
Visby | ||
---|---|---|
Żvezja | ||
| ||
Amministrazzjoni | ||
Stat sovran | Żvezja | |
County of Sweden | Kontea ta' Gotland | |
Municipality of Sweden | Muniċipalità ta' Gotland | |
Isem uffiċjali | Visby | |
Ismijiet oriġinali | Visby | |
Kodiċi postali |
621 xx | |
Ġeografija | ||
Koordinati | 57°37′44″N 18°18′26″E / 57.628997°N 18.307109°EKoordinati: 57°37′44″N 18°18′26″E / 57.628997°N 18.307109°E | |
Superfiċjenti | 1,453±0.5 hectare | |
Demografija | ||
Popolazzjoni | 24,951 abitanti (31 Diċembru 2020) | |
Informazzjoni oħra | ||
Kodiċi tat-telefon |
0498 | |
Żona tal-Ħin | UTC+1u UTC+2 |
Visby (pronunzjata bl-Iżvediż: [ˈvǐːsbʏ]) hija żona urbana fl-Iżvezja u s-sede tal-Muniċipalità ta' Gotland fil-Kontea ta' Gotland fil-gżira ta' Gotland, b'24,330 abitant skont iċ-ċensiment tal-2017. Visby hija wkoll is-sede episkopali għad-Djoċesi ta' Visby. Il-belt Anseatika ta' Visby x'aktarx li hija l-iżjed belt Medjevali ppreservata tajjeb fl-Iskandinavja, u mill-1995 iddaħħlet fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.[1][2] Fost l-iżjed fdalijiet storiċi notevoli hemm is-sur twil 3.4 kilometri tal-belt madwar iċ-ċentru storiku, u għadd ta' fdalijiet ta' knejjes. Id-deklin bħala belt Anseatika fl-aħħar tal-Medjuevu kienet il-kawża għaliex ħafna djar tal-ġebel ġew ippreservati bl-istil Medjevali oriġinali tagħhom.
Visby hija destinazzjoni popolari għall-vaganzi fost l-Iskandinavi matul is-sajf u tilqa' eluf ta' turisti kull sena. Bla dubju hija l-iżjed lokalità Żvediża popolata 'l barra mill-art kontinentali tal-Iżvezja. L-Università ta' Gotland tinsab f'Visby, u mill-1 ta' Lulju 2013, hija dipartiment tal-Università ta' Uppsala bl-isem ta' Uppsala University–Campus Gotland. Visby hija wkoll l-unika sede ta' kontea fl-Iżvezja li hija aċċessibbli mill-art kontinentali bil-baħar u bl-ajru biss.
Etimoloġija
[immodifika | immodifika s-sors]L-isem "Visby" ġej min-Normann Antik Vis, is-singular ġenitiv ta' Vi, jiġifieri post pagan tas-sagrifiċċji", u by, jiġifieri "villaġġ". Fil-Gutasagan (nofs is-seklu 14), issir referenza għall-post bħala Wi biss, jiġifieri "post sagru, post ta' qima".[3]
Visby xi kultant tissejjaħ "il-belt tal-ward" jew "il-belt tal-fdalijiet".[4][5]
Storja
[immodifika | immodifika s-sors]L-istorja bikrija ta' Visby mhijiex ċara, iżda huwa magħruf li l-belt kienet ċentru tal-merkanzija għall-ħabta tad-900 W.K. Visby kienet abitata saħansitra fi Żmien il-Ħaġar, x'aktarx minħabba l-aċċess għall-ilma ħelu u l-port naturali.[6]
Fis-seklu 12 inbena l-Katidral ta' Visby iddedikat lil Santa Marija. Ġie msawwar mill-ġdid fis-seklu 13 għad-dehra li għandu llum il-ġurnata, u nfetaħ uffiċjalment fl-1225, mill-isqof tal-belt Żvediża ta' Linköping. Diversi knejjes oħra nbnew ukoll tul is-sekli ta' wara. Il-belt iffjorixxiet bis-saħħa tal-Lega Anseatika Ġermaniża.[7]
Ix-xogħol fuq is-swar mad-dawra tal-belt x'aktarx li nbeda fis-seklu 12. Għall-ħabta tal-1300, ġie rikostruwit u laħħaq l-għoli attwali tiegħu, u kiseb it-torrijiet karatteristiċi tiegħu, għalkemm uħud mit-torrijiet ma nbnewx qabel is-seklu 15. Is-swar mad-dawra tal-belt għadu kważi intatt.
Fl-ewwel nofs tas-seklu 14 (1300-1350) Visby laħqet il-qofol tal-ġid u tal-influwenza tagħha, u matul dan iż-żmien x'aktarx li ġew ippromulgati l-Liġijiet ta' Wisbuy, li kienu sett ta' liġijiet marittimi li kellhom influwenza mifruxa fil-Baltiku u lil hinn.[8]
Fl-1361, Gotland inħakmet minn Valdemar IV tad-Danimarka. 1,800 ċittadin ta' Gotland inqatlu fil-battalja quddiem il-belt. Valdemar ġarraf parti mis-swar, qiegħed tliet btieti enormi tal-birra u hedded li kien se jordna lin-nies tiegħu jisirqu u jagħmlu ħerba mill-belt sakemm ma kinux jiġu mimlija bil-fidda u bid-deheb. Il-missirijiet tal-belt ta' Visby issodisfaw it-talba tiegħu bl-oġġetti ta' valur tal-knejjes. Valdemar żied "Re ta' Gotland" mal-lista ta' titli tiegħu.[9] Il-mod kif ittratta lil Visby, membru tal-Lega Anseatika, wassal biex il-Lega tidħol fi gwerra mad-Danimarka; madankollu, għalkemm Valdemar ġie mġiegħel jagħti diversi konċessjonijiet, żamm lil Visby bħala belt Daniża.[10]
Fl-1391, fl-1394 u fl-1398, il-belt ittieħdet u nsterqet mill-Aħwa Vitalier, li kienu pirati li kienu jbaħħru fil-Baħar Baltiku. Armata invażiva tal-Kavallieri Tewtoniċi ħakmet lil Gotland fl-1398, qerdet lil Visby u keċċiet lill-aħwa. Fl-1409, il-Gran Mastru Ulrich von Jungingen tal-Kavallieri Tewtoniċi ggarantixxa l-paċi mal-Unjoni ta' Kalmar tal-Iskandinavja billi bigħ il-gżira ta' Gotland lir-Reġina Margaret tad-Danimarka, tan-Norveġja u tal-Iżvezja.[10]
Fl-1411, ir-Re Norveġiż, Daniż u Żvediż Eric tal-Pomeranja ordna li jinbena l-Kastell ta' Visborg, u għex fih għal tnax-il sena. Matul dan iż-żmien il-belt prattikament inħakmet mill-pirati u l-kummerċ waqaf ħesrem. Mill-1470, il-Lega Anseatika neħħiet l-istatus ta' belt Anseatika lil Visby.[10]
Fl-1525, waslet l-aħħar daqqa ta' ħarta. Fit-taqbida tat-tron Daniż, Lübeck, Belt Ħielsa tal-Imperu Ruman Sagru u membru ewlieni tal-Lega Anseatika, appoġġat lil Federiku I, filwaqt li Søren Norby, il-gvernatur Daniż ta' Gotland iġġieled għal Christian II, anke wara r-riżenja uffiċjali ta' Christian fl-1523. Sakemm Norby issielet kontra azzjoni militari fl-Iżvezja, iċ-ċittadini ta' Lübeck irnexxielhom jattakkaw lil Visby u tawha n-nar minn erba' bnadi. Iżda kuntrarjament għal li jingħad spiss, diversi knejjes xorta waħda baqgħu jeżistu għall-ewwel. Il-knejjes ta' San Ġakbu (li diġà kienet ingħalqet qabel), San Nikola u Santa Gertruda nsterqu mill-armata ta' Lübeck. Bir-riformazzjoni, il-knejjes kollha għajr dik ta' San Ġwann, li saret il-knisja parrokkjali, ingħalqu. Fl-1528, iċ-ċittadini ta' Visby serqu l-Knisja tat-Trinità Mqaddsa jew il-Knisja ta' Kristu Sidna (bl-Iżvediż: Drottens kyrka) bħala tpattija għas-serq li ġarrbet il-belt tagħhom. Fl-1533-1534, il-gvernatur Daniż il-ġdid, Henrik Nielsen Rosenkrantz, ġarraf il-knejjes ta' San Ġwann u ta' San Pietru biex itejjeb id-difiża tal-kastell tiegħu magħruf bħala Visborgs slott. Il-Katidral ta' Santa Marija baqa' l-aħħar knisja funzjonali u sar il-knisja parrokkjali l-ġdida.[10][11][12]
Mill-ġdid Gotland ittieħdet mill-Iżvezja fl-1645, permezz tat-Trattat ta' Brömsebro, wara 300 sena ta' tmexxija Daniża. Il-belt żviluppat bil-mod u kważi kollox tħalla kif kien.[13] F'nofs is-seklu 18, wara li l-pesta naqqset il-popolazzjoni ta' Visby, saru xi tentattivi minn uffiċjali tal-gvern Żvediż biex jittejbu l-istandards tal-għajxien, iżda ma tantx inkiseb wisq. Ma kienx qabel il-bidu tas-seklu 19 li Visby mill-ġdid reġgħet bdiet tattira l-kummerċ u l-industrija portwali. Fl-istess żmien – fl-1808 – Gotland inħakmet mir-Russja, iżda reġgħet ittieħdet lura paċifikament mill-Iżvediżi wara ftit xhur biss.[10]
Sit ta' Wirt Dinji
[immodifika | immodifika s-sors]Il-Belt Anseatika ta' Visby ġiet iddeżinjata bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1995.[2]
Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem"; u l-kriterju (v) "Eżempju straordinarju ta' insedjament uman tradizzjonali, ta' użu tal-art jew ta' użu tal-baħar, li jirrappreżenta kultura (jew kulturi), jew interazzjoni umana mal-ambjent, speċjalment meta jkun sar vulnerabbli minħabba l-impatt ta' bidla irreversibbli".[2]
Ġeografija
[immodifika | immodifika s-sors]Visby huwa isem il-lokalità jew il-belt, kif ukoll l-isem taż-żona usa' madwarha, Visby socken. Fl-1936, is-socken ġiet inkorporata fi ħdan il-belt ta' Visby li kienet għadha kemm ġiet iffurmata; l-unika lokalità bi status ta' belt storika f'Gotland. Visby socken tinkludi l-istess żona bħad-Distrett amministrattiv ta' Visby, stabbilit fl-1 ta' Jannar 2016. Mill-2019, il-Katidral ta' Visby, il-Knisja ta' Visborg u l-Knisja ta' Terra Nova f'Visby saru parti mill-parroċċa tal-Katidral ta' Visby (Visby Domkyrkoförsamling).[14] Visby hija wkoll l-unika sede tal-muniċipalità tal-Iżvezja li hija aċċessibbli mill-art kontinentali bil-baħar u bit-traffiku tal-ajru biss.
Visby tinsab fil-kosta ċentrali tal-Punent ta' Gotland, max-xaqlibiet pjuttost weqfin tal-irdumijiet tal-ġebla tal-ġir madwar l-ewwel port naturali. Il-belt evolviet madwar il-port Medjevali li issa jikkostitwixxi l-park ta' Almedalen. Hemm toroq twal li huma paralleli mal-linja antika tal-kosta b'toroq iqsar f'angolu ta' 90 grad magħhom, li jwasslu mill-port, fuq ix-xaqliba, sal-parti iktar għolja tal-Lvant tal-belt magħrufa bħala Klinten.[15]
Il-parti antika oriġinali ta' Visby hija mdawra kważi għalkollox bis-swar tal-belt lejn it-Tramuntana, il-Lvant u n-Nofsinhar, bil-port antik u l-Baħar Baltiku fil-Punent. Il-partijiet iktar moderni tal-belt jinsabu l-iktar lejn il-Lvant u iktar 'il ġewwa mis-swar. Tul il-kosta fin-Nofsinhar tas-swar hemm il-port modern bit-terminals tal-laneċ u tal-bastimenti, u iktar lejn in-Nofsinhar hemm żona rikreattiva ħadra msejha Södra Hällarna. Eżatt fil-parti tat-Tramuntana tas-swar kif ukoll tul il-kosta tat-Tramuntana 'l barra mis-swar, hemm diversi bajjiet: Kallbadhuset, Norderstrand, Snäckgärdsbaden (jew sempliċement Snäck) u Gustavsvik.
Visby u Tallinn huma l-unika żewġ bliet tat-Tramuntana tal-Ewropa fejn baqgħet ippreservata għalkollox sa żminijietna l-pjanta Medjevali tal-belt qisha grilja.
Waħda mill-asterojdi fis-smewwiet, is-6102 Visby, ingħatat isem il-belt.[16]
Klima
[immodifika | immodifika s-sors]Skont il-klassifikazzjoni klimatika ta' Köppen, Visby għandha klima oċeanika (Cfb). B'hekk is-sjuf ikunu iktar friski u x-xtiewi inqas qalila mill-biċċa l-kbira tal-art kontinentali tal-Iżvezja. Madankollu, minkejja l-pożizzjoni marittima tagħha, il-klima tal-belt hija influwenzata ferm mill-flussi tal-arja kontinentali. L-ammonti ta' preċipitazzjoni huma pjuttost moderati, speċjalment għal klima oċeanika, u relattivament konsistenti matul is-sena kollha. Visby hija waħda mill-iżjed bliet xemxin fl-Iżvezja u fil-pajjiżi Nordiċi, speċjalment matul is-sajf.
Data klimatika dwar l-Ajruport ta' Visby tal-1991-2020; temp. normali u estremi ta' kull xahar | |||||||||||||
---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
Xahar | Jan | Fra | Mar | Apr | Mej | Ġun | Lul | Aww | Set | Ott | Nov | Diċ | Sena |
Temp. għolja rekord f'°C (°F) | 10.2
(50.4) |
11.2
(52.2) |
16.1
(61.0) |
25.2
(77.4) |
27.7
(81.9) |
31.2
(88.2) |
33.7
(92.7) |
32.9
(91.2) |
28.1
(82.6) |
20.9
(69.6) |
14.9
(58.8) |
12.5
(54.5) |
33.7
(92.7) |
Temp. massima medja f'°C (°F) | 6.6
(43.9) |
6.8
(44.2) |
11.2
(52.2) |
18.5
(65.3) |
23.4
(74.1) |
25.8
(78.4) |
27.8
(82.0) |
27.0
(80.6) |
22.3
(72.1) |
16.0
(60.8) |
10.7
(51.3) |
7.8
(46.0) |
28.9
(84.0) |
Temp. għolja medja f'°C (°F) | 2.0
(35.6) |
1.8
(35.2) |
4.4
(39.9) |
9.8
(49.6) |
15.0
(59.0) |
18.9
(66.0) |
21.6
(70.9) |
21.1
(70.0) |
16.6
(61.9) |
10.9
(51.6) |
6.3
(43.3) |
3.5
(38.3) |
11.0
(51.8) |
Temp. medja ta' kuljum f'°C (°F) | 0.2
(32.4) |
−0.3
(31.5) |
1.3
(34.3) |
5.4
(41.7) |
10.2
(50.4) |
14.5
(58.1) |
17.4
(63.3) |
17.1
(62.8) |
13.0
(55.4) |
8.3
(46.9) |
4.5
(40.1) |
1.8
(35.2) |
7.8
(46.0) |
Temp. baxxa medja f'°C (°F) | −1.9
(28.6) |
−2.6
(27.3) |
−1.8
(28.8) |
1.2
(34.2) |
5.3
(41.5) |
10.0
(50.0) |
13.2
(55.8) |
13.2
(55.8) |
9.6
(49.3) |
5.6
(42.1) |
2.5
(36.5) |
−0.3
(31.5) |
4.5
(40.1) |
Temp. minima medja f'°C (°F) | −11.5
(11.3) |
−10.9
(12.4) |
−9.9
(14.2) |
−5.3
(22.5) |
−1.4
(29.5) |
3.8
(38.8) |
7.4
(45.3) |
6.8
(44.2) |
2.7
(36.9) |
−2.0
(28.4) |
−4.3
(24.3) |
−8.3
(17.1) |
−14.2
(6.4) |
Temp. baxxa rekord f'°C (°F) | −20.1
(−4.2) |
−21.2
(−6.2) |
−19.5
(−3.1) |
−8.7
(16.3) |
−7.8
(18.0) |
−0.3
(31.5) |
4.1
(39.4) |
4.3
(39.7) |
−2.9
(26.8) |
−6.0
(21.2) |
−10.2
(13.6) |
−22.2
(−8.0) |
−22.2
(−8.0) |
Preċipitazzjoni medja f'mm (pulzieri) | 42.7
(1.68) |
35.3
(1.39) |
27.6
(1.09) |
24.9
(0.98) |
29.0
(1.14) |
42.5
(1.67) |
61.3
(2.41) |
56.6
(2.23) |
47.5
(1.87) |
54.0
(2.13) |
55.5
(2.19) |
56.2
(2.21) |
533.2
(20.99) |
Medja ta' sigħat ta' xemx fix-xahar | 41 | 70 | 156 | 243 | 317 | 315 | 314 | 261 | 188 | 102 | 42 | 31 | 2,080 |
Sors 1[17] | |||||||||||||
Sors 2[18] |
Data klimatika dwar l-Ajruport ta' Visby (temp. medji u estremi tal-2002-2020 mill-1901) | |||||||||||||
---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
Xahar | Jan | Fra | Mar | Apr | Mej | Ġun | Lul | Aww | Set | Ott | Nov | Diċ | Sena |
Temp. għolja rekord f'°C (°F) | 10.2
(50.4) |
12.9
(55.2) |
18.6
(65.5) |
25.2
(77.4) |
27.7
(81.9) |
31.4
(88.5) |
33.7
(92.7) |
32.9
(91.2) |
29.0
(84.2) |
20.9
(69.6) |
14.9
(58.8) |
12.5
(54.5) |
33.7
(92.7) |
Temp. massima medja f'°C (°F) | 6.8
(44.2) |
6.8
(44.2) |
11.7
(53.1) |
18.2
(64.8) |
23.8
(74.8) |
26.2
(79.2) |
28.1
(82.6) |
27.5
(81.5) |
23.1
(73.6) |
16.3
(61.3) |
11.2
(52.2) |
8.1
(46.6) |
29.2
(84.6) |
Temp. għolja medja f'°C (°F) | 1.8
(35.2) |
1.8
(35.2) |
4.6
(40.3) |
10.2
(50.4) |
15.6
(60.1) |
19.4
(66.9) |
21.9
(71.4) |
21.5
(70.7) |
17.1
(62.8) |
11.0
(51.8) |
6.9
(44.4) |
3.9
(39.0) |
11.3
(52.4) |
Temp. medja ta' kuljum f'°C (°F) | −0.3
(31.5) |
−0.5
(31.1) |
1.3
(34.3) |
5.2
(41.4) |
10.6
(51.1) |
14.8
(58.6) |
17.7
(63.9) |
17.4
(63.3) |
13.6
(56.5) |
8.3
(46.9) |
4.9
(40.8) |
2.0
(35.6) |
7.9
(46.3) |
Temp. baxxa medja f'°C (°F) | −2.4
(27.7) |
−2.7
(27.1) |
−2.1
(28.2) |
1.1
(34.0) |
5.5
(41.9) |
10.2
(50.4) |
13.4
(56.1) |
13.3
(55.9) |
10.0
(50.0) |
5.5
(41.9) |
2.9
(37.2) |
0.1
(32.2) |
4.6
(40.2) |
Temp. minima medja f'°C (°F) | −12.7
(9.1) |
−11.0
(12.2) |
−10.9
(12.4) |
−5.9
(21.4) |
−1.7
(28.9) |
3.1
(37.6) |
7.6
(45.7) |
6.5
(43.7) |
3.3
(37.9) |
−2.2
(28.0) |
−3.8
(25.2) |
−7.8
(18.0) |
−14.6
(5.7) |
Temp. baxxa rekord f'°C (°F) | −25.0
(−13.0) |
−25.4
(−13.7) |
−23.5
(−10.3) |
−12.7
(9.1) |
−7.8
(18.0) |
−1.0
(30.2) |
2.9
(37.2) |
1.1
(34.0) |
−2.9
(26.8) |
−6.0
(21.2) |
−11.5
(11.3) |
−22.2
(−8.0) |
−25.4
(−13.7) |
Preċipitazzjoni medja f'mm (pulzieri) | 46.5
(1.83) |
32.0
(1.26) |
27.9
(1.10) |
20.2
(0.80) |
28.2
(1.11) |
39.8
(1.57) |
64.8
(2.55) |
58.6
(2.31) |
40.1
(1.58) |
57.4
(2.26) |
60.9
(2.40) |
57.8
(2.28) |
534.2
(21.05) |
Fond estrem medju ta' borra f'cm (pulzieri) | 15
(5.9) |
13
(5.1) |
8
(3.1) |
1
(0.4) |
0
(0) |
0
(0) |
0
(0) |
0
(0) |
0
(0) |
0
(0) |
5
(2.0) |
7
(2.8) |
21
(8.3) |
Medja ta' sigħat ta' xemx fix-xahar | 37 | 70 | 167 | 261 | 322 | 331 | 313 | 265 | 200 | 103 | 42 | 31 | 2,142 |
Sors 1[19] | |||||||||||||
Sors 2[17] |
Infrastruttura
[immodifika | immodifika s-sors]Trasport
[immodifika | immodifika s-sors]Visby hija kkollegata mal-art kontinentali tal-Iżvezja permezz tal-laneċ u l-ajruplani. Il-laneċ jaslu kemm minn Oskarshamn f'Småland kif ukoll minn Nynäshamn, qrib Stokkolma, u t-tnejn jieħdu madwar tliet sigħat. Il-laneċ huma amministrati minn Destination Gotland u huma ssussidjati mill-gvern Żvediż. Destination Gotland huwa l-uniku operatur tal-laneċ – fis-sajf tal-2016, il-kumpanija indipendenti tat-trasport marittimu Gotlandsbåten kienet tamministra l-laneċ lejn Västervik u Nynäshamn, iżda dan is-servizz ma kienx iwassal għal profitt u ma reġax ġie offrut mill-2017.[20][21]
L-Ajruport ta' Visby jinsab madwar ħames kilometri (3.1 mili) fit-Tramuntana tal-belt u joffri kollegamenti mal-art kontinentali Żvediża. Fl-2018 kellu 467,857 passiġġier u huwa d-disa' l-ikbar ajruport fl-Iżvezja.[22] It-titjiriet ta' kuljum lejn l-Ajruport ta' Arlanda fi Stokkolma u minnu huma mod komuni kif wieħed jitlaq minn Visby jew jasal.[23][24]
Hemm ukoll karozzi tal-linja li joperaw fil-belt ta' Visby kif ukoll karozzi tal-linja lejn partijiet oħra ta' Gotland.[25]
Visby tat isimha lill-Emendi ta' Visby tal-1968, li kienu emendi għar-Regoli ta' Den Haag tal-liġi dwar it-trasport marittimu, li wasslu għar-Regoli ta' Den Haag–Visby.[26]
Visby qabel kienet moqdija minn żewġ linji ferrovjarji, il-Linja Ferrovjarja ta' Gotland li kienet taħdem minn Lärbro fit-Tramuntana, sa Burgsvik fin-Nofsinhar, u kienet tgħaddi mill-port ta' Visby, u l-Linja Ferrovjarja Visby–Visborgsslätt–Bjärs, fin-Nofsinhar lejn Visborgsslätt u Västerhejde. L-ewwel linja, minn Visby sa Hemse nbdiet fl-1878, taħt il-patroċinju tal-Linja Ferrovjarja ta' Gotland. It-trasport tal-passiġġieri ma baqax jopera wara Settembru 1960. It-trasport tal-merkanzija fir-rotta bejn Slakteriet u l-port ta' Visby baqa' jopera sa Mejju 1962. L-aħħar sezzjonijiet tar-rotta tal-port f'Visby tneħħew f'Marzu 1964. L-istazzjon ferrovjarju ta' Visby, fin-Nofsinhar tas-Söderport f'Söderväg, tlesta fl-1878 u huwa wieħed mill-ftit fdalijiet tal-linja ferrovjarja f'Visby.[27]
Impjanti
[immodifika | immodifika s-sors]Ħdejn Visby hemm l-impjant tal-invertitur statiku għall-ewwel interkonnessjoni HVDC ta' park tat-turbini tar-riħ (HVDC Visby–Näs).
Attrazzjonijiet u avvenimenti
[immodifika | immodifika s-sors]Matul l-ewwel ġimgħa ta' Lulju, f'Visby issir il-Ġimgħa ta' Almedalen, forum importanti għal kull min hu involut fil-politika Żvediża. Matul dik il-ġimgħa, ir-rappreżentanti mill-partiti politiċi ewlenin fl-Iżvezja lkoll jagħmlu diskorsi fil-Park ta' Almedalen.
F'Awwissu, l-istaġun turistiku jilħaq il-qofol tiegħu. Matul il-ġimgħa 32, minn Ħadd sa Ħadd, kull sena ssir il-Ġimgħa Medjevali f'Gotland. Matul dik il-ġimgħa, l-għadd ta' turisti jisboq l-għadd ta' nies li jkunu lebsin kostumi Medjevali. Il-festival beda jsir fl-1984 u jinkludi varjetà ta' avvenimenti: mużika, buffi, teatru, suq Medjevali, tornej tal-ġostra, u ħafna iktar.
Il-kwartier ġenerali tal-Forum Ekoloġiku Dinji jinsab f'Visby.[28]
Kultura u arti
[immodifika | immodifika s-sors]Visby tospita ċ-Ċentru Baltiku għall-Kittieba u t-Tradutturi u ċ-Ċentru Internazzjonali ta' Visby għall-Kompożituri.[29][30]
Kultura popolari
[immodifika | immodifika s-sors]L-awtriċi Żvediża Mari Jungstedt ambjentat disa' ġrajjiet investigattivi fuq il-gżira ta' Gotland. Il-karattru prinċipali, DS Anders Knutas, huwa stazzjonat fil-kwartieri ġenerali tal-pulizija f'Visby, u hemm bosta siltiet deskrittivi dwar il-belt u l-gżira.
Hayao Miyazaki kiteb li Visby kienet l-ispirazzjoni viżiva prinċipali għar-raħal f'Kiki's Delivery Service, b'elementi minn postijiet oħra bħal Stokkolma.[31]
Fl-1971 Ingmar Bergman ġibed The Touch (1971) (Beröringen) b'Bibi Andersson, Max von Sydow u Elliott Gould f'Visby.[32]
Visby tissemma wkoll fil-kanzunetta ta' Yorushika, Rain With Cappuccino.[33]
Sport
[immodifika | immodifika s-sors]Il-klabbs sportivi li ġejjin jinsabu f'Visby:
- Endre IF (floorball)
- Visby Ladies (basketball tan-nisa)
- Visby IBK (floorball)
- Visby/Roma HK (hockey tas-silġ)
- FC Gute (futbol)
- IFK Visby (futbol)
- Visby AIK (futbol)
- Visby Klätterklubb (Tixbit)
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ "21 amazing World Heritage Sites you've probably never heard of" (bl-Ingliż). 2016-02-04. Miġbur 2022-06-27.
- ^ a b ċ Centre, UNESCO World Heritage. "Hanseatic Town of Visby". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-06-27.
- ^ "Svenska uppslagsverk - Nationalencyklopedin". uppslag.psilander.se. Miġbur 2022-06-27.
- ^ "Cercurius - Smeknamn och öknamn på svenska städer". web.archive.org. 2017-05-14. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2017-05-14. Miġbur 2022-06-27.
- ^ "Rosornas stads mest urvattnade tradition". www.expressen.se (bl-Iżvediż). Miġbur 2022-06-27.
- ^ Westholm, Gun (2000). "Visby och Gotland – Medeltida byggnadsutveckling". Gotländskt Arkiv. Visby: Gotlands fornsal. 2000 (72): 85.
- ^ Yrwing, Hugo (1986). Visby – hansestad på Gotland (in Swedish). Stockholm: Gidlund. ISBN 91-7844-055-6.
- ^ Andrén, Anders (2011). Det medeltida Gotland: en arkeologisk guidebok. Lund: Historiska media. ISBN 978-91-85873-83-8.
- ^ Westholm, Gun (2007). Visby 1361: Invasionen (bl-Iżvediż). Stockholm: Prisma. ISBN 978-91-518-4568-5.
- ^ a b ċ d e "Gotlands historia". www.tacitus.nu. Miġbur 2022-06-28.
- ^ "S:ta Karin, Sverige | Slottsguiden". www.slottsguiden.info. Miġbur 2022-06-28.
- ^ "S:t Per och S:t Hans, Sverige | Slottsguiden". www.slottsguiden.info. Miġbur 2022-06-28.
- ^ Englund, Peter (2003). Ofredsår (in Swedish). Stockholm: Atlantis. pp. 368 u 394. ISBN 91-7486-349-5.
- ^ "Församlingar på Gotland". www.svenskakyrkan.se (bl-Iżvediż). Miġbur 2022-06-28.
- ^ "Visby - Uppslagsverk - NE.se". www.ne.se (bl-Iżvediż). Miġbur 2022-06-28.
- ^ Guide, Universe. "6102 Visby Asteroid Facts". Universe Guide (bl-Ingliż). Miġbur 2022-06-29.
- ^ a b "Dataserier med normalvärden för perioden 1991-2020 | SMHI". www.smhi.se. Miġbur 2022-06-28.
- ^ "Ladda ner meteorologiska observationer | SMHI". www.smhi.se. Miġbur 2022-06-28.
- ^ "Års- och månadsstatistik | SMHI". www.smhi.se.
- ^ Nyheter, S. V. T.; Widegren, Patrik (2016-01-22). "Efter motgångar: Ny färja till Gotland i sommar" (bl-Iżvediż). Miġbur 2022-06-29.
- ^ Kalmar, P4 (2018-04-06). "Gotlandsbåten avregistreras – inga nya planer" (bl-Iżvediż). Miġbur 2022-06-29.
- ^ "Om flygplatsen". www.swedavia.se (bl-Iżvediż). Miġbur 2022-06-29.
- ^ "Sveriges flygplatser 2017- Arlanda störst, Hagfors minst & Skellefteå ökade mest – flyg24nyheter". flyg24nyheter.com. Miġbur 2022-06-29.
- ^ "Ny direktlinje mellan Oslo och Visby". www.aftonbladet.se (bl-Iżvediż). Miġbur 2022-06-29.
- ^ "Kollektivtrafiken". Region Gotland (bl-Iżvediż). Miġbur 2022-06-29.
- ^ "Comparison of Hauge-Visby and Hamburg rules" (PDF). Arkivjat minn l-oriġinal (PDF) fl-2018-11-23. Miġbur 2022-06-29.
- ^ "Gotlands Jornvag -GJ". web.archive.org. 2011-08-22. Arkivjat mill-oriġinal fl-2011-08-22. Miġbur 2022-06-29.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ "World Ecological Forum | Contact Us" (bl-Ingliż). Miġbur 2022-06-29.
- ^ jesperelen. "Home" (bl-Ingliż). Miġbur 2022-06-29.
- ^ "Baltic Centre for Writers and Translators". www.bcwt.org. Miġbur 2022-06-29.
- ^ Hayao Miyazaki. Creating Kiki's Delivery Service (DVD) (bl-Ingliż u bil-Ġappuniż). Disney Presents Studio Ghib.
- ^ "Beröringen (1971) - SFdb" (bl-Iżvediż). Miġbur 2022-06-29.
- ^ "ヨルシカ - 雨とカプチーノ(Official Video) | Ghostarchive". ghostarchive.org. Miġbur 2022-06-29.