Aqbeż għall-kontentut

Tal-Pietà

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
(Rindirizzat minn Pietà, Malta)
Tal-Pietà
 Malta
Amministrazzjoni
Former region of MaltaReġjun Ċentrali (Malta)
Ġeografija
Koordinati 35°53′N 14°29′E / 35.88°N 14.48°E / 35.88; 14.48Koordinati: 35°53′N 14°29′E / 35.88°N 14.48°E / 35.88; 14.48
Tal-Pietà is located in Malta
Tal-Pietà
Tal-Pietà
Tal-Pietà (Malta)
Superfiċjenti 0.5 kilometru kwadru
Għoli 0 m
Demografija
Popolazzjoni 4,020 abitanti (31 Marzu 2014)
pieta.gov.mt
Triq Marina, Tal-Pieta

Tal-Pietà (magħrufa ukoll bħala Pieta') hija belt żgħira fir-Reġjun Ċentrali ta’ Malta, li tinsab qrib il-periferija tal-belt kapitali Valletta. Pietà hija s-subborg l-aktar viċin għall-kapitali wara l-Furjana. Isem din-lokalità jiġi mil-kelma Taljana pietà li jfisser “ħniena”.

Tal-Pietà hija belt kostali żgħira li fiha sit partikolari ta’ interess storiku notevoli magħruf bħala Kamra tad-Dgħajjes (li bħalissa qed tintuża bħala restorant). Din tinsab fuq il-front tal-ilma. Viċin ferm tal-Marina di Valletta fejn qabel kien jitrakka l-vapur t' Ghawdex. F'din il-lokalità hemm l-isptar nazzjonali l-antik ta’ Malta, St. Luke’s. Ta’ interess storiku, u viżibbli f’diversi stampi antiki, hija l-kappella żgħira tal-Madonna tad-Duluri, li tmur lura għas-seklu sbatax u li għadha tintuża b’mod attiv sal-illum.

Diversi toroq fil-lokalità għandhom ismijiet bħal Santu Wistin u ommu, Santa Monika. L-imħażen tad-dgħajjes tal-għassa tal-Forzi Armati ta’ Malta jinsabu hawn f’Hay Wharf qrib il-Furjana. Fil-konfini ta’ Pietà hemm siti ta' mportanza bħal l-Orfanatrofju ta' Sant' Ursula, Ix-xandar nazzjonali PBS (Public Broadcasting Services) Villa Guardamangia, li serviet bħala r-residenza ta’ dak iż-żmien tal-Prinċipessa Elizabetta tar-Renju Unit (aktar tard ir-Reġina Elizabetta II), meta għexet f’Malta bejn l-1949 u l-1951, Il-Kumpless taċ-Ċimiterju ta' Braxia, huwa sit tal-Kummissjoni ta' l-Oqbra tal-Gwerra tal-Commonwealth. Hawn issib midfuna ħafna veterani mill-armata u forza navali Brittanica. Dan iċ-ċimiterju jinstab fil-Pietà. Il-Kwartieri Generali tal-Partit Nazzjonalista jinstab ukoll fil-Pietà.

Tal-Pietà huwa meqjus bħala subborg ta’ Ħamrun, l-Imsida, il-Furjana u l-Belt Valletta. Il-biċċa l-kbira tal-popolazzjoni residenti f’din il-lokalità f'dawn l-aħħar 30 sena ġiet minn din iż-żona.