Aqbeż għall-kontentut

FC BATE Borisov

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
(Rindirizzat minn FC BATE)
FC BATE Borisov
Isem sħiħ FC BATE Barysaw
Fundazzjoni 1973
Grawnd Borisov Arena, Barysaw
Kowċ Ivan Mihaĺ (en) Translate
Kampjonat Premier League Bjelorussu
L-ewwel
It-tieni
Sit uffiċjali

FC BATE Borisov (ippronunċjat bʌtə') (bil-Bjelorussu: ФК БАТЭ Барысаў; bir-Russu: ФК БАТЭ Борисов) hu klabb tal-futbol Bjelorussu, li jilgħab fil-belt ta' Borisov. Attwalment jikkompetu fil-kampjonat Bjelorussu li tiegħu huma ċ-ċampjins renjanti. L-istaġun 2008–09 kien wieħed storiku għall-klabb hekk kif ikkompetew għall-ewwel darba fil-UEFA Champions League. L-istadju tagħhom huwa l-Borisov Arena.

Il-klabb kien fundat lura fl-1973, ġie ristabbilit fl-1996. L-isem BATE ġej mill-akronomu tal-Borisov Works of Automobile and Tractor Electronic Equipment. Minkejja li ma kellhomx xi storja wisq sabiħa fi ħdan il-kampjonat Sovjetiku, mill-1996 'il quddiem, BATE irnexxielhom jirbħu ħames kampjonati nazzjonali waqt li kkompetew fil-kompetizzjonijiet tal-UEFA kontra timijiet ta' kalibru bħal AC Milan, Juventus, Zenit St. Petersburg, Bolonga, 1860 Munich u Real Madrid. Mal-unuri tal-kampjonat, insibu wkoll it-Tazza tal-Bjelorussja li ntrebħet fl-2006, meta l-formazzjoni ta' Borisov irnexxielha tagħmel il-famuża double.

Plejers bħal Aliaksandr Hleb, Vitali Kutuzov u Yuri Zhevnov bdew il-karriera tagħhom mal-BATE u llum huma regulari fit-tim nazzjonali tal-Bjelorussja.

Fl-2008, BATE saret l-ewwel skwadra Bjelorussa li waslet sal-fażi tal-gruppi tal-UEFA Champions League. Il-klabb irnexxielu jasal sa dan l-istadju tal-edizzjoni 2008–09, meta fit-triq elimina fl-ewwel rawnd preliminarju liċ-ċampjins Iżlandiżi Valur, fir-rawnd suċċessiv lill-Belġjani ta' RSC Anderlecht, waqt li fl-aħħar rawnd lill-Bulgari ta' Levski Sofia. It-tlugħ tal-poloz tefgħu lill-klabb Bjelorussu ma' Real Madrid, Juventus u Zenit St. Petersburg. Wara li fl-ewwel logħba fi Spanja kontra r-Real Madrid tilfu 2–0, BATE kisbu riżultat prestiġjuż meta f'darhom spiċċaw pari ta' 2–2 kontra t-tim ta' Juventus, meta b'sorpriża kienu saħansitra jinsabu f'vantaġġ ta' żewġ gowls. Dan kien l-ewwel punt storiku f'fażi tal-gruppi tal-kompetizzjoni massima Ewropea. Il-mixja ta' BATE kompliet sakemm ġabru punt ieħor fil-partita ta' wara li spiċċat 1–1 kontra t-tim Russu ta' Zenit. Minkejja li spiċċaw l-aħħar mill-grupp u naqsu li jikkwalifikaw għall-fażi suċċessiva jew għar-rawnd tal-aħħar 32 tat-Tazza UEFA, huma xorta kisbu tifħir internazzjonali mill-istampa għad-dixxiplina, l-istil offensiv u n-nuqqas ta' biża li kellhom kontra uħud mill-aqwa timijiet Ewropej.

1999, 2002, 2006, 2007, 2008, 2009, 2010, 2011, 2012, 2013, 2014, 2015, 2016, 2017, 2018
2006, 2010, 2015
2010, 2011, 2013, 2014, 2015, 2016, 2017
  • Kampjonat Sojvetiku: 3
1974, 1976, 1979

Storja tal-Kampjonati u Tazzez

[immodifika | immodifika s-sors]
Staġun Livell Poż L R P T Gowls Pti Tazza Domestika Noti
1996 3 post 1 28 25 2 1 79–10 77 Promossi
1997 2 post 2 30 25 3 2 92–15 78 Rawnd tal-aħħar 32 Promossi
1998 1 post 2 28 18 4 6 50–25 58 Kwarti tal-finali
1999 1 post 1 30 24 5 1 80–22 77 Semi-finali
2000 1 post 2 30 20 4 6 68–26 64 Rawnd tal-aħħar 16
2001 1 post 3 26 16 3 7 54–31 51 Kwarti tal-finali
2002 1 post 1 271 19 2 6 52–20 59 Runners-up
2003 1 post 2 30 20 6 4 70–21 66 Kwarti tal-finali
2004 1 post 2 30 22 4 4 27–54 70 Semi-finali
2005 1 post 5 26 12 11 3 42–27 47 Runners-up
2006 1 post 1 26 16 6 4 47–27 54 Rebbieħa
2007 1 post 1 26 18 2 6 50–25 56 Runners-up
2008 1 post 1 30 19 10 1 54–20 67 Semi-final
2009 1 post 1 26 19 5 2 55–16 62 Semi-final
2010 1 post 1 33 21 9 3 64–18 72 Rebbieħa
2011 1 post 1 33 18 12 3 53–20 66 Rawnd tal-aħħar 16
2012 1 post 1 30 21 5 4 51–16 68 Rawnd tal-aħħar 16
2013 1 post 1 32 21 4 7 61–25 67 Rawnd tal-aħħar 16
2014 1 post 1 32 20 11 1 68–21 71 Kwarti tal-finali
2015 1 post 1 Rebbieħa
  • 1 Inklużi l-play-off (Rebħa ta' 1–0) għall-1 post kontra Neman Grodno, kif iż-żewġ timijiet lestew il-punti indaqs.

Rekord Eweropew

[immodifika | immodifika s-sors]
Staġun Kompetizzjoni Rawnd Pajjiż Klabb L-ewwel Leg It-tieni Leg
1999–2000 UEFA Cup RK Russja Lokomotiv Moscow 1–7 (H) 0–5 (A)
2000–01 UEFA Champions League 1K Armenja Shirak 1–1 (A) 2–1 (H)
2K Żvezja Helsingborg 0–0 (A) 0–3 (H)
2001–02 UEFA Cup K Ġeorġja Dinamo Tbilisi 1–2 (A) 4–0 (H)
1R Italja Milan 0–2 (H) 0–4 (A)
2002 UEFA Intertoto Cup 1R Danimarka Akademisk Boldklub 1–0 (H) 2–0 (A)
2R Ġermanja 1860 Munich 1–0 (A) 4–0 (H)
3R Italja Bologna 0–2 (A) 0–0 (H)
2003–04 UEFA Champions League 1K Repubblika tal-Irlanda Bohemians 1–0 (H) 0–3 (A)
2004–05 UEFA Cup 1K Ġeorġja Dinamo Tbilisi 2–3 (H) 0–1 (A)
2005–06 UEFA Cup 1K Ġeorġja Torpedo Kutaisi 1–0 (A) 5–0 (H)
2K Russja Krylia Sovetov Samara 0–2 (A) 0–2 (H)
2006–07 UEFA Cup 1K Moldova Nistru Otaci 2–0 (H) 1–0 (A)
2K Russja Rubin Kazan 0–3 (A) 0–2 (H)
2007–08 UEFA Champions League 1K Ċipru APOEL 0–2 (A) 3–0 (ħs) (H)
2K Iżlanda FH Hafnarfjördur 3–1 (A) 1–1 (H)
3K Rumanija Steaua Bucureşti 2–2 (H) 0–2 (A)
2007–08 UEFA Cup 1R Spanja Villarreal 1–4 (A) 2–0 (H)
2008–09 UEFA Champions League 1K Iżlanda Valur 2–0 (H) 1–0 (A)
2K Belġju Anderlecht 2–1 (A) 2–2 (H)
3K Bulgarija Levski Sofia 1–0 (A) 1–1 (H)
Grupp H Spanja Real Madrid 0–2 (A) 0–1 (H)
Italja Juventus 2–2 (H) 0–0 (A)
Russja Zenit St. Petersburg 1–1 (A) 0–2 (H)
2009–10 UEFA Champions League 2K Maċedonja ta' Fuq Makedonija Gjorče Petrov 2–0 (A) 2–0 (H)
3K Latvja Ventspils 0–1 (A) 2–1 (H)
2009–10 UEFA Europa League Play-off Bulgarija Litex Lovech 0–1 (H) 4–0 (ħs) (A)
Grupp I Portugall Benfica 0–2 (A) 1–2 (H)
Ingilterra Everton 1–2 (H) 1–0 (A)
Greċja AEK Athens 2–1 (H) 2–2 (A)
2010–11 UEFA Champions League 2K Iżlanda FH Hafnarfjörður 5–1 (H) 1–0 (A)
3K Danimarka Copenhagen 0–0 (H) 2–3 (A)
2010–11 UEFA Europa League Play-off Portugall Marítimo 3–0 (H) 2–1 (A)
Grupp E Ukrajna Dynamo Kyiv 2–2 (A) 1–4 (H)
Netherlands AZ Alkmaar 4–1 (H) 0–3 (A)
Moldova Sheriff Tiraspol 1–0 (A) 3–1 (H)
R32 Franza Paris Saint-Germain 2–2 (H) 0–0 (A)
2011-12 UEFA Champions League 2K Irlanda ta' Fuq Linfield 1–1 (A) 2–0 (H)
3K Litwanja Ekranas 0–0 (A) 3–1 (H)
Play-off Awstrija Sturm Graz 1–1 (H) 2–0 (A)
Grupp H Repubblika Ċeka Viktoria Plzeň 1–1 (A) 0–1 (H)
Spanja Barcelona 0–5 (H) 0–4 (A)
Italja Milan 0–2 (A) 1–1 (H)
2012–13 UEFA Champions League 2K Maċedonja ta' Fuq Vardar 3–2 (H) 0–0 (A)
3K Ungerija Debrecen 1–1 (H) 2–0 (A)
Play-off Iżrael Ironi Kiryat Shmona 2–0 (H) 1–1 (A)
Grupp F Franza Lille 3–1 (A) 0–2 (H)
Ġermanja Bayern Munich 3–1 (H) 1–4 (A)
Spanja Valencia 0–3 (H) 2–4 (A)
2012–13 UEFA Europa League R32 Turkija Fenerbahçe 0–0 (H) 0–1 (A)
2013–14 UEFA Champions League 2K Każakistan Shakhter Karagandy 0–1 (H) 0–1 (A)
2014–15 UEFA Champions League 2K Albanija Skënderbeu Korçë 0–0 (H) 1–1 (A)
3K Ungerija Debrecen 0–1 (A) 3–1 (H)
Play-off Slovakkja Slovan Bratislava 1–1 (A) 3–0 (H)
Grupp H Portugall Porto 0–6 (A) 0–3 (H)
Spanja Athletic Bilbao 2–1 (H) 0–2 (A)
Ukrajna Shakhtar Donetsk 0–7 (H) 0–5 (A)
2015–16 UEFA Champions League 2K Repubblika tal-Irlanda Dundalk 2–1 (H) 0–0 (A)
3K Ungerija Videoton 1–1 (A) 1–0 (H)
Play-off Serbja Partizan 1–0 (H) 1–2 (A)
Grupp E Ġermanja Bayer 04 Leverkusen 1–4 (A) 1–1 (H)
Italja Roma 3–2 (H) 0–0 (A)
Spanja Barcelona 0–2 (H) 0–3 (A)
2016–17 UEFA Champions League 2K ?

Plejers notevoli

[immodifika | immodifika s-sors]

Kienu labgħu logħob internazzjonali għall-pajjiżi rispettivi tagħhom. Parteċipanti li isimhom huwa elenkat fil-bold irrappreżenaw il-pajjiżhom waqt li jilagħbu għall BATE.

Bjelorussja
  • Bjelorussja Maksim Bardachov
  • Bjelorussja Gennadi Bliznyuk
  • Bjelorussja Renan Bardini Bressan
  • Bjelorussja Vital Bulyga
  • Bjelorussja Egor Filipenko
  • Bjelorussja Alexander Hleb
  • Bjelorussja Artem Kontsevoy
  • Bjelorussja Sergey Krivets
  • Bjelorussja Vitali Kutuzov
  • Bjelorussja Yawhen Lashankow
  • Bjelorussja Dzmitry Likhtarovich
  • Bjelorussja Dmitry Molosh
  • Bjelorussja Dzmitry Mazalewski
  • Bjelorussja Pavel Nyakhaychyk
  • Bjelorussja Dzyanis Palyakow
  • Bjelorussja Alyaksandr Pawlaw
  • Bjelorussja Artsyom Radzkow
  • Bjelorussja Vitali Rodionov
  • Bjelorussja Filip Rudzik
  • Bjelorussja Mikalay Ryndzyuk
  • Bjelorussja Igor Shitov
  • Bjelorussja Mikhail Sivakov
  • Bjelorussja Vadim Skripchenko
  • Bjelorussja Ihar Stasevich
  • Bjelorussja Oleg Strakhanovich
  • Bjelorussja Valery Strypeykis
  • Bjelorussja Alyaksandr Valadzko
  • Bjelorussja Raman Vasilyuk
  • Bjelorussja Syarhey Vyeramko
  • Bjelorussja Alyaksandr Yurevich
  • Bjelorussja Maksim Zhavnerchik
  • Bjelorussja Yuri Zhevnov
Pajjiżi tal-USSR
  • Armenja Zaven Badoyan
  • Armenja Hovhannes Goharyan
Ewropa
  • Serbja Mateja Kežman

Plejers famużi

[immodifika | immodifika s-sors]

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]