Kampjonati Ewropej tal-Futbol 2008
| UEFA Fußball-Europameisterschaft 2008 | |
|---|---|
| Dettalji tal-kompetizzjoni | |
| Pajjiż ospitanti |
|
| Dati | 7 ta' Ġunju – 29 ta' Ġunju |
| Parteċipanti | 16 (minn konfederazzjoni waħda) |
| Grawnds | 8 (f'8 ibliet ospitanti) |
| Pożizzjonijiet finali | |
| Rebbieħ |
|
| It-Tieni post |
|
| Statistika tal-kompetizzjoni | |
| Partiti | 31 |
| Gowls skorjati | 77 (2.48 kull logħba) |
| Attendenza | 1,140,902 (36,803 kull logħba) |
| L-aqwa skorer(s) |
|
| L-aqwa plejer |
|
← 2004 2012 → | |
Il-Kampjonati Ewropej tal-Futbol 2008, magħrufin aktar bħala l-Euro 2008, kienu t-tlettax-il edizzjoni tal-Kampjonati Ewropej tal-Futbol, kompetizzjoni kwadrijennali għal nazzjonijiet Ewropej. Il-kampjonat, li sar fl-Awstrija u l-Iżvizzera, beda fis-7 ta' Ġunju, 2008 u ntemm bil-finali tad-29 ta' Ġunju fl-Ernst Happel Stadion fi Vjenna. Din kienet t-tieni darba li żewġ pajjiżi ospitaw flimkien edizzjoni waħda, wara l-edizzjoni tas-sena 2000 li kienet saret fil-Belġju u l-Olanda. Spanja rebħu dan il-kampjonat, meta fil-finali rebħu b'gowl wieħed lill-Ġermanja. Din kienet biss it-tieni darba fl-istorja ta' dan it-turnew li t-tim rebbieħ rebaħ kull partita fil-fażi tal-gruppi; it-tim l-ieħor kien Franza lura fl-1984. Spanja kienu wkoll l-ewwel tim li ma tilfu l-ebda logħba fil-kompetizzjoni mill-Ġermanja tal-1996.
Il-Greċja kienu ċ-ċampjins renjanti tat-turnew, wara li kienu rebħu l-edizzjoni ta' qabel. F'din l-edizzjoni l-fortuni nqalbu hekk kif ma kisbu l-ebda punt fil-fażi tal-grupp. Matul il-31 logħba, it-timijiet parteċipanti skorjaw 77 gowl. L-Awstrija u l-Iżvizzera kkwalifikaw awtomatikament bħala ospiti; l-erbatax-il tim l-ieħor ikkwalfikaw permezz tal-fażi ta' kwalifikazzjoni li bdiet f'Awwissu tal-2006. Bħala ċampjins Ewropej, Spanja ngħatat id-dritt li tieħu sehem fit-Tazza tal-Konfederazzjonijiet 2009 fl-Afrika t'Isfel.[a]
L-għażla tal-ospitu
[immodifika | immodifika s-sors]L-Awstrija u l-Iżvizzera ingħataw id-dritt li jospitaw l-edizzjoni tal-2008 tal-Kampjonati Ewropej, wara li affrontaw il-kandidatura ta' diversi pajjiżi li pproponew pajjiżhom biex jospitaw l-Euro 2008: Greċja/Turkija, Skozja/Irlanda, Russja, Ungerija, Kroazja/Bożnija u Ħerżegovina u l-kandidatura Nordika li kienet komposta min-Norveġja, l-Iżvezja, id-Danimarka u l-Finlandja. L-Awstrija kienet diġà pproponiet il-kandidatura tagħha bħala ospitu (flimkien mal-Ungerija) għall-edizzjoni tal-Kampjonati Ewropej 2004, li kienet mirbuħa mill-Portugall.
Qabel l-aħħar votazzjoni, kien għad baqa' Awstrija/Żvizzera, Ungerija u Greċja/Turkija; din tal-aħħar kienet l-ewwel eliminata, waqt li l-ewwel tnejn ikkontestaw l-għażla bħala ospitu fil-votazzjoni finali.
Trofew ġdid
[immodifika | immodifika s-sors]Trofew ġdid ingħata lir-rebbieħ tal-edizzjoni tal-Euro 2008. Il-verżjoni l-ġdida tat-Trofew Henri Delaunay, ikkreata minn Asprey London,[1] hi kważi replika eżatta tal-oriġinal iddisinjata minn Arthus-Bertrand. Figura żgħira li kienet tinsab fuq wara tat-trofew oriġinali kienet imneħħija. Il-bażi tal-fidda kellha titkabbar biex ikun aktar stabbli. L-ismijiet tal-pajjiżi rebbieħa ġew miktuba fuq il-wara tat-trofew, li huma magħmul minn fidda, jiżen 8 kilogrammi u għandu tul ta' 60 ċentimetru.
Kwalifikazzjoni
[immodifika | immodifika s-sors]- Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej tal-Futbol 2008.
It-tlugħ tal-poloz għar-rawnd ta' kwalifikazzjoni sar f'Montreux, l-Iżvizzera, fis-27 ta' Jannar, 2006. Il-proċess ta' kwalifikazzjoni beda xahar wara t-Tazza tad-Dinja 2006. L-Awstrija u l-Iżvizzera ikkwalifikaw awtomatikament għall-fażi finali tal-kampjonat bħala pajjiżi ospiti.
Il-format ta' kwalifikazzjoni kien mibdul minn kampjonati preċedenti. Ir-rebbieħ u t-tieni klassifikat mis-seba' gruppi jikkwalifikaw awtomatikament għall-fażi finali, bl-ospiti jimlew iż-żewġ postijiet tal-kampjonat ta' sittax-il tim. Il-bidla kienet tfisser li ma kienx se jkun hemm play-offs bejn timijiet li jispiċċaw fit-tieni post tal-gruppi—huma jikkwalifikaw direttament. Timijiet li spiċċaw fit-tielet post ma kellhom l-ebda opportunità li jikkwalifikaw. Sitta mill-gruppi ta' kwalifikazzjoni kellhom seba' timijiet, waqt li Grupp A kellu tmienja.
Timijiet kwalifikati
[immodifika | immodifika s-sors]| Pajjiż | Kwalifikat bħala | Data tal-kwalifikazzjoni | Dehriet preċedenti1 |
|---|---|---|---|
| Ospitu | 12 ta' Diċembru 2002 | 0 (debutt) | |
| Ospitu | 12 ta' Diċembru 2002 | 2 (1996, 2004) | |
| Rebbieħ ta' Grupp A | 17 ta' Novembru 2007 | 0 (debutt) | |
| Tieni post fi Grupp A | 21 ta' Novembru 2007 | 4 (1984, 1996, 2000, 2004) | |
| Rebbieħ ta' Grupp B | 17 ta' Novembru 2007 | 6 (1968, 1980, 1988, 1996, 2000, 2004) | |
| Tieni post fi Grupp B | 17 ta' Novembru 2007 | 6 (1960, 1984, 1992, 1996, 2000, 2004) | |
| Rebbieħ ta' Grupp Ċ | 17 ta' Ottubru 2007 | 2 (1980, 2004) | |
| Tieni post fi Grupp Ċ | 21 ta' Novembru 2007 | 2 (1996, 2000) | |
| Rebbieħ ta' Grupp D | 17 ta' Ottubru 2007 | 6 (19602, 19762, 19802, 1996, 2000, 2004) | |
| Tieni post fi Grupp D | 13 ta' Ottubru 2007 | 9 (19723, 19763, 19803, 19843, 19883, 1992, 1996, 2000, 2004) | |
| Rebbieħ ta' Grupp E | 17 ta' Novembru 2007 | 2 (1996, 2004) | |
| Tieni post fi Grupp E | 21 ta' Novembru 2007 | 8 (19604, 19644, 19684, 19724, 19884, 19925, 1996, 2004) | |
| Rebbieħ ta' Grupp F | 17 ta' Novembru 2007 | 7 (1964, 1980, 1984, 1988, 1996, 2000, 2004) | |
| Tieni post fi Grupp F | 21 ta' Novembru 2007 | 3 (1992, 2000, 2004) | |
| Rebbieħ ta' Grupp Ġ | 17 ta' Ottubru 2007 | 3 (1984, 1996, 2000) | |
| Tieni post fi Grupp Ġ | 17 ta' Novembru 2007 | 7 (1976, 1980, 1988, 1992, 1996, 2000, 2004) |

- 1 Tipa ħoxna tindika li jkun rebbieħ ta' dik l-edizzjoni
- 2 bħala Ċekoslovakkja
- 3 bħala Ġermanja tal-Punent
- 4 bħala Unjoni Sovjetika
- 5 bħala Komunità ta' Stati Indipendenti
Stadji
[immodifika | immodifika s-sors]Il-kampjonat intlagħab fi tmien stadji fi ħdan iż-żewġ pajjiżi ospiti; erbgħa fl-Awstrija u erbgħa fl-Iżvizzera. Kull impjant kellu kapaċità tal-anqas ta' 30,000; l-ikbar minnhom kien l-Ernst Happel Stadion ta' Vjenna, li jżomm ġo fih 53,295 ruħ.[2] Kien għal din ir-raġuni li dan il-grawnd ġie magħżul biex fih tintlagħab il-finali. L-Iżvizzera lagħbu kull partita tal-fażi tal-gruppi f'St. Jakob Park ta' Bażel, li ospita wkoll il-partita tal-ftuħ bħala kompromess għall-finali li ssir fi Vjenna. L-Awstrija lagħbet il-partiti tagħha tal-fażi tal-gruppi fl-Ernst Happel Stadion.
In 2004, the Zürich venue became a problem for the organisers. Originally, the Hardturm stadium was to be renovated and used as the city's venue, but legal challenges delayed the plan to a point that would not have allowed the ground to be used in 2008. This created a problem, as the agreement between UEFA and the organizers stipulated that four venues would be used in each country. The problem was solved when the organizers proposed renovating Letzigrund instead; UEFA approved the revised plan in January 2005. The Letzigrund stadium hosted its first football match on 23 September 2007.[5]
Fl-2004, l-istadju ta' Żurigu ġab problema għall-organizzaturi. Oriġinarjament, l-istadju Hardturm kellu jkun rinnovat u wżat bħala l-istadju tal-belt, imma sfidi legali ssospendew il-pjanijiet f'punt fejn il-grawnd ma kellux jkun użat fl-2008. Din ħoloq problema minħabba li l-qbil bejn il-UEFA u l-organizzaturi kien stipulat li erba' stadji se jiġu wżati f'kull pajjiż. Din il-problema kienet solvuta meta l-organizzaturi pproponew ir-rinovazzjoni ta' Letzigrund, bil-UEFA tapprova dan il-pjan f'Jannar tal-2005. L-ewwel logħba li saret ġewwa dan il-grawnd saret nhar it-23 ta' Settembru 2007.[3]
| Vjenna | Klagenfurt | Saliżburgu | Innsbruck |
|---|---|---|---|
| Ernst-Happel-Stadion Kapaċità: 53,295 |
Hypo-Arena Kapaċità: 31,957 |
Wals-Siezenheim-Stadion Kapaċità: 31,020 |
Tivoli Neu Kapaċità: 31,600 |
| Bażel | Berna | Ġinevra | Żurigu |
| St. Jakob-Park Kapaċità: 42,000 |
Stade de Suisse Kapaċità: 31,907 |
Stade de Genève Kapaċità: 31,228 |
Letzigrund Kapaċità: 30,000 |
Uffiċċjali tal-partiti
[immodifika | immodifika s-sors]Tnax-il referi u erbgħa u għoxrin assistent ġew magħżula għal dan it-turnew:[4]
| Pajjiż | Referi | Assistenti | |
|---|---|---|---|
| Konrad Plautz | Egon Bereuter | Markus Mayr | |
| Frank de Bleeckere | Peter Hermans | Alex Verstraeten | |
| Howard Webb | Darren Cann | Mike Mullarkey | |
| Herbert Fandel | Carsten Kadach | Volker Wezel | |
| Kyros Vassaras | Dimitiris Bozartzidis | Dimitiris Saraidaris | |
| Roberto Rosetti | Alessandro Griselli | Paolo Calcagno | |
| Pieter Vink | Adriaan Inia | Hans ten Hoove | |
| Tom Henning Øvrebø | Geir Åge Holen | Jan Petter Randen | |
| Ľuboš Micheľ | Roman Slysko | Martin Balko | |
| Manuel Mejuto González | Juan Carlos Yuste Jiménez | Jesús Calvo Guadamuro | |
| Peter Fröjdfeldt | Stefan Wittberg | Henrik Andren | |
| Massimo Busacca | Matthias Arnet | Stephane Cuhat | |
Poloz
[immodifika | immodifika s-sors]It-tlugħ tal-poloz għall-fażi finali tal-kampjonat sar fit-2 ta' Diċembru, 2007, fil-Culture and Convention Centre f'Luċerna.[5]
Din l-edizzjoni involviet ir-ritorn tal-format li kien ġie wżat fl-Euro 92 u fl-Euro 96 fejn il-logħob ta' kull grupp jsiru f'żewġ stadji, bl-aqwa tim jibqa' fl-istess belt għat-tliet partiti. Bħal fl-2000 u fl-2004, il-finalisti kienu diviżi f'erba' urni, ibbażati skont il-punti medja akkwistati fil-fażi ta' kwalifikazzjoni tat-Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2006 u tal-Euro 2008, b'kull grupp ikollu tim minn kull urna. L-Iżvizzera u l-Awstrija, bħala ospiti, u l-Greċja, bħala d-detenturi tat-titlu, kienu fl-ewwel urna.[6][7] L-Olanda kienu wkoll fl-ewwel urna, ibbażat skond il-koëffiċjent tal-UEFA għall-klassifika tal-finalisti tal-Kampjonati Ewropej 2008.
| Urna A | Urna B | Urna Ċ | Urna D |
|---|---|---|---|
Riżultati
[immodifika | immodifika s-sors]Fażi tal-gruppi
[immodifika | immodifika s-sors]Grupp A
[immodifika | immodifika s-sors]- Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Grupp A tal-Kampjonati Ewropej tal-Futbol 2008.
| Tim | L | R | P | T | GF | GK | DG | Pti |
|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
| 3 | 2 | 0 | 1 | 5 | 3 | +2 | 6 | |
| 3 | 2 | 0 | 1 | 5 | 5 | 0 | 6 | |
| 3 | 1 | 0 | 2 | 4 | 6 | −2 | 3 | |
| 3 | 1 | 0 | 2 | 3 | 3 | 0 | 3 |
| 7 ta' Ġunju 2008 | ||
| Żvizzera | 0 – 1 | |
| Portugall | 2 – 0 | |
| 11 ta' Ġunju 2008 | ||
| Repubblika Ċeka | 1 – 3 | |
| Żvizzera | 1 – 2 | |
| 15 ta' Ġunju 2008 | ||
| Żvizzera | 2 – 0 | |
| Turkija | 3 – 2 |
- Noti fuq il-pożizzjonijiet fil-grupp
- Il-Portugall u t-Turkija huma pożizzjonati skond ir-rekord tal-partita kontra xulxin
- Ir-Repubblika Ċeka u l-Iżvizzera huma pożizzjonati skond ir-rekord tal-partita kontra xulxin
Grupp B
[immodifika | immodifika s-sors]- Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Grupp B tal-Kampjonati Ewropej tal-Futbol 2008.
| Tim | L | R | P | T | GF | GK | DG | Pti |
|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
| 3 | 3 | 0 | 0 | 4 | 1 | +3 | 9 | |
| 3 | 2 | 0 | 1 | 4 | 2 | +2 | 6 | |
| 3 | 0 | 1 | 2 | 1 | 3 | −2 | 1 | |
| 3 | 0 | 1 | 2 | 1 | 4 | −3 | 1 |
| 8 ta' Ġunju 2008 | ||
| Awstrija | 0 – 1 | |
| Ġermanja | 2 – 0 | |
| 12 ta' Ġunju 2008 | ||
| Kroazja | 2 – 1 | |
| Awstrija | 1 – 1 | |
| 16 ta' Ġunju 2008 | ||
| Polonja | 0 – 1 | |
| Awstrija | 0 – 1 |
- Noti fuq il-pożizzjonijiet fil-grupp
- L-Awstrija u l-Polonja huma pożizzjonati skond id-differenza ta' gowls, minħabba li r-rekord tal-partita kontra xulxin hu l-istess
Grupp Ċ
[immodifika | immodifika s-sors]- Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Grupp Ċ tal-Kampjonati Ewropej tal-Futbol 2008.
| Tim | L | R | P | T | GF | GK | DG | Pti |
|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
| 3 | 3 | 0 | 0 | 9 | 1 | +8 | 9 | |
| 3 | 1 | 1 | 1 | 1 | 4 | −1 | 4 | |
| 3 | 0 | 2 | 1 | 1 | 3 | −2 | 2 | |
| 3 | 0 | 1 | 2 | 1 | 6 | −5 | 1 |
| 9 ta' Ġunju 2008 | ||
| Rumanija | 0 – 0 | |
| Netherlands | 3 – 0 | |
| 13 ta' Ġunju 2008 | ||
| Italja | 1 – 1 | |
| Netherlands | 4 – 1 | |
| 17 ta' Ġunju 2008 | ||
| Netherlands | 2 – 0 | |
| Franza | 0 – 2 |
Grupp D
[immodifika | immodifika s-sors]- Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Grupp D tal-Kampjonati Ewropej tal-Futbol 2008.
| Tim | L | R | P | T | GF | GK | DG | Pti |
|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
| 3 | 3 | 0 | 0 | 8 | 3 | +5 | 9 | |
| 3 | 2 | 0 | 1 | 4 | 4 | 0 | 6 | |
| 3 | 1 | 0 | 2 | 3 | 4 | −1 | 3 | |
| 3 | 0 | 0 | 3 | 1 | 5 | −4 | 0 |
| 10 ta' Ġunju 2008 | ||
| Spanja | 4 – 1 | |
| Greċja | 0 – 2 | |
| 14 ta' Ġunju 2008 | ||
| Żvezja | 1 – 2 | |
| Greċja | 0 – 1 | |
| 18 ta' Ġunju 2008 | ||
| Greċja | 1 – 2 | |
| Russja | 2 – 0 |
Fażi eliminatorja
[immodifika | immodifika s-sors]- Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Fażi eliminatorja tal-Kampjonati Ewropej tal-Futbol 2008.
Il-fażi eliminatorja hi differenti minn kampjonati tal-passat. Timijiet fi gruppi A u B se jkunu separati mit-timijiet ta' gruppi Ċ u D sal-finali. Ir-raġuni tal-bidla fil-format hu biex ikun ugwaljanza fil-perjodu ta' mistrieħ matul il-fażi eliminatorja. Madankollu, b'dan il-format hemm ċans li partita fil-fażi tal-gruppi tista' tkun repetuta fil-fażi eliminatorja; hu impossibli li jkun hemm finali bejn żewġ timijiet li jkunu affaċċjaw lil xulxin fl-ewwel nofs tal-kampjonat. Ukoll, f'bidla oħra, għall-ewwel darba fil-Kampjonati Ewropej, se jkunu żewġ stadji (St. Jakob-Park, Bażel u Ernst Happel Stadion, Vjenna) se jkunu wżati fis-seba' partiti tal-fażi eliminatorja.[8]
| Kwarti tal-finali | Semifinali | Finali | ||||||||
| 19 ta' Ġunju - Bażel | ||||||||||
| |
2 | |||||||||
| 25 ta' Ġunju - Bażel | ||||||||||
| |
3 | |||||||||
| |
3 | |||||||||
| 20 ta' Ġunju - Vjenna | ||||||||||
| |
2 | |||||||||
| |
1 (1) | |||||||||
| 29 ta' Ġunju - Vjenna | ||||||||||
| |
1 (3) | |||||||||
| |
0 | |||||||||
| 21 ta' Ġunju - Bażel | ||||||||||
| |
1 | |||||||||
| |
1 | |||||||||
| 26 ta' Ġunju - Vjenna | ||||||||||
| |
3 | |||||||||
| |
0 | |||||||||
| 22 ta' Ġunju - Vjenna | ||||||||||
| |
3 | |||||||||
| |
0 (4) | |||||||||
| |
0 (2) | |||||||||
Kwarti tal-finali
[immodifika | immodifika s-sors]| 19 ta' Ġunju 2008 20:45 |
2 – 3 | St. Jakob-Park, Bażel Attendenza: 39,374 Referi: | ||
|---|---|---|---|---|
| Nuno Gomes Postiga |
Rapport | Schweinsteiger Klose Ballack |
| 20 ta' Ġunju 2008 20:45 |
1 – 1 (ħs) | Ernst Happel Stadion, Vjenna Attendenza: 51,428 Referi: | ||
|---|---|---|---|---|
| Klasnić |
Rapport | Semih |
| Penalties | ||||
| Modrić Srna Rakitić Petrić |
1 – 3 | |||
| 21 ta' Ġunju 2008 20:45 |
1 – 3 (ħs) | St. Jakob-Park, Bażel Attendenza: 38,374 Referi: | ||
|---|---|---|---|---|
| van Nistelrooy |
Rapport | Pavlyuchenko Torbinsky Arshavin |
| 22 ta' Ġunju 2008 20:45 |
0 – 0 (ħs) | Ernst Happel Stadion, Vjenna Attendenza: 48,000 Referi: | ||
|---|---|---|---|---|
| Rapport |
| Penalties | ||||
| Villa Cazorla Senna Güiza Fàbregas |
4 – 2 | |||
Semifinali
[immodifika | immodifika s-sors]| 25 ta' Ġunju 2008 20:45 |
3 – 2 | St. Jakob-Park, Bażel Attendenza: 39,374 Referi: | ||
|---|---|---|---|---|
| Schweinsteiger Klose Lahm |
Rapport | Boral Semih |
| 26 ta' Ġunju 2008 20:45 |
0 – 3 | Ernst Happel Stadion, Vjenna Attendenza: 51,428 Referi: | ||
|---|---|---|---|---|
| Rapport | Xavi Güiza Silva |
Finali
[immodifika | immodifika s-sors]- Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Finali tal-Kampjonati Ewropej tal-Futbol 2008.
| 29 ta' Ġunju 2008 20:45 |
0 – 1 | Ernst Happel Stadion, Vjenna Attendenza: 51,428 Referi: | ||
|---|---|---|---|---|
| Rapport | Torres |
Rebbieħ
[immodifika | immodifika s-sors]| Rebbieħ tal-Kampjonati Ewropej 2008 |
|---|
Spanja It-tieni titlu |
Statistika
[immodifika | immodifika s-sors]Skorers
[immodifika | immodifika s-sors]
|
|
|
Unuri
[immodifika | immodifika s-sors]- Tim tal-Kampjonat
- Żarbuna tad-deheb
David Villa (4 gowls)
- Plejer tal-Kampjonat
Gowls
[immodifika | immodifika s-sors]- L-aktar gowl kmieni: 4 minuti – Luka Modrić għall-Kroazja kontra l-Awstrija
- L-aktar gowl tard: 90+3 minuti – Raul Meireles għall-Portugall kontra l-Turkija
- L-aktar gowls skurjati f'partita: 5
- L-inqas gowls skurjati f'partita: 0
L-ewwel drabi fil-kampjonat
[immodifika | immodifika s-sors]- L-ewwel karta safra: Ludovic Magnin għall-Iżvizzera kontra r-Repubblika Ċeka – 59 minuta
- L-ewwel karta ħamra: Bastian Schweinsteiger għall-Ġermanja kontra l-Kroazja – 90+2 minuta
- L-aktar karta safra kmieni: Angelos Charisteas għall-Greċja kontra l-iSvezja - 1:00 minuta
- L-ewwel gowl: Václav Svěrkoš għar-Repubblika Ċeka kontra l-Iżvizzera – 71 minuta
- L-ewwel tripletta: David Villa għal Spanja kontra r-Russja
Noti
[immodifika | immodifika s-sors]- ↑ Spanja ma kinitx obbligata li tipparteċipa fit-Tazza tal-Konfederazzjonijiet. Qabel l-2004, iċ-ċampjins Ewropej u Sud-Amerikani kienu obblgiati biex jipparteċipaw, imma fl-2004 tbiddlet ir-regola mill-FIFA.
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ↑ "New trophy announced at UEFA site" (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-05-14. Miġbur 2008-06-10.
- ↑ "UEFA EURO 2008". fussballtempel.net (bl-Ingliż). Miġbur 2008-06-08.
- ↑ "Zurich - Letzigrund Stadion" (bl-Ingliż).
- ↑ "UEFA Euro 2008 referees" (bl-Ingliż).
- ↑ "Draw sets up heavyweight contests" (bl-Ingliż). UEFA. 2007-12-02. Miġbur 2007-12-02.
- ↑ "Format" (bl-Ingliż). UEFA.
- ↑ "UEFA Euro 2008 Information" (PDF) (bl-Ingliż). UEFA.
- ↑ "Euro-Format means group rivals cannot meet again in final" (bl-Ingliż). Yahoo! Sports. 2008-06-03. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-06-25. Miġbur 2008-06-03.
Ħoloq esterni
[immodifika | immodifika s-sors]| Wikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x'jaqsmu ma': Kampjonati Ewropej tal-Futbol 2008 |