Aqbeż għall-kontentut

Finali tal-Kampjonati Ewropej tal-Futbol 2008

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa

Artiklu prinċipali: Kampjonati Ewropej tal-Futbol 2008.

Iċ-ċelebrazzjonijiet għat-trijonf Spanjol, ma kinux limitati biss għal Spanja biss, iżda kienu estiżi għall-pajjiżi fejn numru konsidervoli ta' partitarji Spanjoli kienu preżenti. Dan ir-ritratt ġie meħud f'Dublin, minuti wara t-tisfira finali tal-partita.

Il-finali tal-Kampjonati Ewropej tal-Futbol 2008 kienet logħba futbol li ntlagħbet fid-29 ta' Ġunju, 2008, fl-Ernst Happel Stadion ta' Vjenna, fl-Awstrija, biex jiġi determinat ir-rebbieħ tal-Kampjonati Ewropej 2008. Il-partita kienet bejn il-Ġermanja u Spanja, u dan tal-aħħar rebaħ 1–0, b'gowl skurjat minn Fernando Torres. Din kienet it-tieni darba fl-istorja ta' dan it-turnew li t-tim rebbieħ rebaħ kull partita fil-fażi tal-gruppi; it-tim l-ieħor kien Franza lura fl-1984.

Iċ-ċerimonja tal-għeluq tal-kampjonat saret immedjatament qabel il-bidu tal-finali, u fiha esebixxew 400 persuna,[1] fosthom il-kantant Spanjol Enrique Iglesias, fejn kanta l-kanzunetta uffiċċjali ta' dan il-kampjonat, Can You Hear Me.[2]

Dettalji tal-logħba

[immodifika | immodifika s-sors]
29 ta' Ġunju 2008
20:45
 Ġermanja 0 – 1  Spanja Ernst Happel Stadion, Vjenna
Attendenza: 51,428
Referi: Italja Roberto Rosetti
Rapport Torres Gowl 33'
Ġermanja
Spanja
Ġermanja
ĠERMANJA:
G1Jens Lehmann
D3Arne Friedrich
D17Per Mertesacker
D21Christoph Metzelder
D16Philipp LahmSostituzzjoni (barra) 46'
M8Torsten Frings
M15Thomas HitzlspergerSostituzzjoni (barra) 58'
A7Bastian Schweinsteiger
A13Michael Ballack (k)Ammonizzjoni 43'
A20Lukas Podolski
A11Miroslav KloseSostituzzjoni (barra) 79'
Sostituzzjonijiet:
D2Marcell JansenSostituzzjoni (ġewwa) 46'
A22Kevin KurányiAmmonizzjoni 88'Sostituzzjoni (ġewwa) 58'
A9Mario GómezSostituzzjoni (ġewwa) 79'
Kowċ:
Ġermanja Joachim Löw
Spanja
SPANJA:
G1Iker Casillas (k)Ammonizzjoni 43'
D15Sergio Ramos
D4Carlos Marchena
D5Carles Puyol
D11Joan Capdevila
M19Marcos Senna
M6Andrés Iniesta
M8Xavi
M10Cesc FàbregasSostituzzjoni (barra) 63'
M21David SilvaSostituzzjoni (barra) 66'
A9Fernando TorresAmmonizzjoni 74'Sostituzzjoni (barra) 78'
Sostituzzjonijiet:
M14Xabi AlonsoSostituzzjoni (ġewwa) 63'
M12Santi CazorlaSostituzzjoni (ġewwa) 66'
A17Dani GüizaSostituzzjoni (ġewwa) 78'
Kowċ:
Spanja Luis Aragonés

Plejer tal-Partita:
Spanja Fernando Torres

Assistenti:
Italja Alessandro Griselli
Italja Paolo Calcagno
Raba' uffiċjal:
Żvezja Peter Fröjdfeldt

  1. "UEFA EURO 2008™: Opening and closing ceremonies, fan entertainment in the stadiums" (PDF) (bl-Ingliż). euro2008.uefa.com. 2008-02-28. Arkivjat minn l-oriġinal (PDF) fl-2008-06-16. Miġbur 2008-06-20.
  2. "Official UEFA EURO 2008™ Song: "Can You Hear Me" by Enrique Iglesias" (PDF) (bl-Ingliż). euro2008.uefa.com. 2008-02-20. Arkivjat minn l-oriġinal (PDF) fl-2009-03-27. Miġbur 2008-06-20.

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]