Aqbeż għall-kontentut

Semih Şentürk

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Semih Şentürk
Informazzjoni personali
Twelid4 ta' Mejju 1983 (1983-29-04) (40 sena)
İzmir, Turkija
Tul1.83 m
RwolAttakkant
Mixtliet
1993–1999Fenerbahçe PAF
1999–2002Fenerbahçe A2
Karriera professjonali
SninKlabb
2001–2013Fenerbahçe
2001–2002→ İzmirspor (self)
2014Antalyaspor
2014–2016İstanbul Başakşehir
2016–2018Eskişehirspor
Tim nazzjonali
2007–2011Turkija

Semih Şentürk (twieled fid-29 ta' April 1983) huwa eks-plejer tal-futbol Tork li kien jilgħab bħala attakkant.

Semih qatta' l-karriera kollha tiegħu mal-klabb ta' Fenerbahçe wara li ġie promoss mit-tim ġovanili (li magħhom skorja 63 gowl f'56 logħba) għal mal-ewwel tim fl-1999. Wara nuqqas ta' preżenzi mal-ewwel tim, fl-2001 ġie msellef lill-klabb mill-belt twelidu İzmirspor fit-tieni diviżjoni, fejn skorja 6 gowls f'20 preżenza. Ir-ribalta mat-tim ta' Istanbul waslet fl-istaġun 2005–06 fejn skorja tmien gowls, il-biċċa l-kbira minnhom jaslu wara li jkun daħal bħala sostitut. Matul l-istaġun 2007–08 hu sar plejer regulari mat-tim fejn spiċċa l-istaġun bħala l-aqwa skorer tal-kampjonat bi 17-il gowl minn 27 logħba (17 minnhom skjerat mal-ewwel ħdax). L-impenji tiegħu ġew ippremjati bili ġie msejjaħ bħala l-viċi-kaptan tal-iskwadra fl-2007, wara t-tluq ta' Ümit Özat u Tuncay Şanlı.

Nhar is-6 ta' Awwissu, 2008, grazzi għall-erba' gowls li skorja kontra MTK Budapest hu sar it-tieni plejer Tork wara Fethi Heper li skorja erba' gowls f'logħba waħda Ewropea.

Internazzjonali

[immodifika | immodifika s-sors]

Şentürk ingħata l-ewwel sejħa mat-tim nazzjonali tal-futbol tat-Turkija fl-2006, fejn aktar tard ġie magħżul fl-iskwadra finali li kellha tieħu sehem fil-fażi finali tal-Kampjonati Ewropej 2008. Nhar il-11 ta' Ġunju, fil-konfront minn Grupp A kontra l-Iżvizzera, hu daħal bħala sostitut fis-46 minuta u madwar għaxar minuti wara hu kiseb il-gowl tal-pari permezz ta' daqqa ta' ras.

Fil-partita mill-kwarti tal-finali kontra l-Kroazja, il-gowl ta' Şentürk fl-aħħar sekondi tal-ħin barrani tefa' lit-Turkija għal-lotterija tal-penalties. Il-gowl tiegħu wasal fil-120+1 minuta, l-iktar gowl tard li qatt ġie skorjat fil-Kampjonati Ewropej. It-Turkija eventwalment ħarġu rebbieħa 3–1.

Fis-semifinali kontra l-Ġermanja, Şentürk kellu għal darb'oħra jħalli marka. Wara li Miroslav Klose kien poġġa lill-Ġermanja 2–1 fil-vantaġġ, fis-86 minuta Şentürk skorja biex kiseb il-pari, għalkemm il-Ġermaniżi kisbu l-gowl deċiżiv fid-90 minuta li tefagħhom fil-finali.

Fenerbahçe

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]