Aqbeż għall-kontentut

Kampjonati Ewropej tal-Futbol 2008

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
(Rindirizzat minn Awstrija Svizzera 2008)
Kampjonati Ewropej tal-Futbol 2008
UEFA Fußball-Europameisterschaft 2008
Dettalji tal-kompetizzjoni
Pajjiż ospitanti  Awstrija
 Żvizzera
Dati 7 ta' Ġunju – 29 ta' Ġunju
Parteċipanti 16 (minn konfederazzjoni waħda)
Grawnds (f'8 ibliet ospitanti)
Pożizzjonijiet finali
Rebbieħ  Spanja
It-Tieni post  Ġermanja
Statistika tal-kompetizzjoni
Partiti 31
Gowls skorjati 77 (2.48 kull logħba)
Attendenza 1,140,902 (36,803 kull logħba)
L-aqwa skorer(s) Spanja David Villa (4 gowls)
L-aqwa plejer Spanja Xavi
2004
2012

Il-Kampjonati Ewropej tal-Futbol 2008, magħrufin aktar bħala l-Euro 2008, kienu t-tlettax-il edizzjoni tal-Kampjonati Ewropej tal-Futbol, kompetizzjoni kwadrijennali għal nazzjonijiet Ewropej. Il-kampjonat, li sar fl-Awstrija u l-Iżvizzera, beda fis-7 ta' Ġunju, 2008 u ntemm bil-finali tad-29 ta' Ġunju fl-Ernst Happel Stadion fi Vjenna. Din kienet t-tieni darba li żewġ pajjiżi ospitaw flimkien edizzjoni waħda, wara l-edizzjoni tas-sena 2000 li kienet saret fil-Belġju u l-Olanda. Spanja rebħu dan il-kampjonat, meta fil-finali rebħu b'gowl wieħed lill-Ġermanja. Din kienet biss it-tieni darba fl-istorja ta' dan it-turnew li t-tim rebbieħ rebaħ kull partita fil-fażi tal-gruppi; it-tim l-ieħor kien Franza lura fl-1984. Spanja kienu wkoll l-ewwel tim li ma tilfu l-ebda logħba fil-kompetizzjoni mill-Ġermanja tal-1996.

Il-Greċja kienu ċ-ċampjins renjanti tat-turnew, wara li kienu rebħu l-edizzjoni ta' qabel. F'din l-edizzjoni l-fortuni nqalbu hekk kif ma kisbu l-ebda punt fil-fażi tal-grupp. Matul il-31 logħba, it-timijiet parteċipanti skorjaw 77 gowl. L-Awstrija u l-Iżvizzera kkwalifikaw awtomatikament bħala ospiti; l-erbatax-il tim l-ieħor ikkwalfikaw permezz tal-fażi ta' kwalifikazzjoni li bdiet f'Awwissu tal-2006. Bħala ċampjins Ewropej, Spanja ngħatat id-dritt li tieħu sehem fit-Tazza tal-Konfederazzjonijiet 2009 fl-Afrika t'Isfel.[a]

L-għażla tal-ospitu

[immodifika | immodifika s-sors]

L-Awstrija u l-Iżvizzera ingħataw id-dritt li jospitaw l-edizzjoni tal-2008 tal-Kampjonati Ewropej, wara li affrontaw il-kandidatura ta' diversi pajjiżi li pproponew pajjiżhom biex jospitaw l-Euro 2008: Greċja/Turkija, Skozja/Irlanda, Russja, Ungerija, Kroazja/Bożnija u Ħerżegovina u l-kandidatura Nordika li kienet komposta min-Norveġja, l-Iżvezja, id-Danimarka u l-Finlandja. L-Awstrija kienet diġà pproponiet il-kandidatura tagħha bħala ospitu (flimkien mal-Ungerija) għall-edizzjoni tal-Kampjonati Ewropej 2004, li kienet mirbuħa mill-Portugall.

Qabel l-aħħar votazzjoni, kien għad baqa' Awstrija/Żvizzera, Ungerija u Greċja/Turkija; din tal-aħħar kienet l-ewwel eliminata, waqt li l-ewwel tnejn ikkontestaw l-għażla bħala ospitu fil-votazzjoni finali.

Trofew ġdid ingħata lir-rebbieħ tal-edizzjoni tal-Euro 2008. Il-verżjoni l-ġdida tat-Trofew Henri Delaunay, ikkreata minn Asprey London,[1] hi kważi replika eżatta tal-oriġinal iddisinjata minn Arthus-Bertrand. Figura żgħira li kienet tinsab fuq wara tat-trofew oriġinali kienet imneħħija. Il-bażi tal-fidda kellha titkabbar biex ikun aktar stabbli. L-ismijiet tal-pajjiżi rebbieħa ġew miktuba fuq il-wara tat-trofew, li huma magħmul minn fidda, jiżen 8 kilogrammi u għandu tul ta' 60 ċentimetru.

Kwalifikazzjoni

[immodifika | immodifika s-sors]
Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej tal-Futbol 2008.

It-tlugħ tal-poloz għar-rawnd ta' kwalifikazzjoni sar f'Montreux, l-Iżvizzera, fis-27 ta' Jannar, 2006. Il-proċess ta' kwalifikazzjoni beda xahar wara t-Tazza tad-Dinja 2006. L-Awstrija u l-Iżvizzera ikkwalifikaw awtomatikament għall-fażi finali tal-kampjonat bħala pajjiżi ospiti.

Il-format ta' kwalifikazzjoni kien mibdul minn kampjonati preċedenti. Ir-rebbieħ u t-tieni klassifikat mis-seba' gruppi jikkwalifikaw awtomatikament għall-fażi finali, bl-ospiti jimlew iż-żewġ postijiet tal-kampjonat ta' sittax-il tim. Il-bidla kienet tfisser li ma kienx se jkun hemm play-offs bejn timijiet li jispiċċaw fit-tieni post tal-gruppi—huma jikkwalifikaw direttament. Timijiet li spiċċaw fit-tielet post ma kellhom l-ebda opportunità li jikkwalifikaw. Sitta mill-gruppi ta' kwalifikazzjoni kellhom seba' timijiet, waqt li Grupp A kellu tmienja.

Timijiet kwalifikati

[immodifika | immodifika s-sors]
Pajjiż Kwalifikat bħala Data tal-kwalifikazzjoni Dehriet preċedenti1
 Awstrija 00Ospitu 0012 ta' Diċembru 2002 01 (debutt)
 Żvizzera 01Ospitu 0112 ta' Diċembru 2002 21 (1996, 2004)
 Polonja 02Rebbieħ ta' Grupp A 0917 ta' Novembru 2007 00 (debutt)
 Portugall 03Tieni post fi Grupp A 1421 ta' Novembru 2007 4 (1984, 1996, 2000, 2004)
 Italja 04Rebbieħ ta' Grupp B 0617 ta' Novembru 2007 60 (1968, 1980, 1988, 1996, 2000, 2004)
 Franza 05Tieni post fi Grupp B 0717 ta' Novembru 2007 61 (1960, 1984, 1992, 1996, 2000, 2004)
 Greċja 06Rebbieħ ta' Grupp Ċ 0317 ta' Ottubru 2007 23 (1980, 2004)
 Turkija 07Tieni post fi Grupp Ċ 1221 ta' Novembru 2007 22 (1996, 2000)
 Repubblika Ċeka 08Rebbieħ ta' Grupp D 0517 ta' Ottubru 2007 62 (19602, 19762, 19802, 1996, 2000, 2004)
 Ġermanja 09Tieni post fi Grupp D 0213 ta' Ottubru 2007 9 (19723, 19763, 19803, 19843, 19883, 1992, 1996, 2000, 2004)
 Kroazja 10Rebbieħ ta' Grupp E 0817 ta' Novembru 2007 20 (1996, 2004)
 Russja 11Tieni post fi Grupp E 1521 ta' Novembru 2007 8 (19604, 19644, 19684, 19724, 19884, 19925, 1996, 2004)
 Spanja 12Rebbieħ ta' Grupp F 1117 ta' Novembru 2007 71 (1964, 1980, 1984, 1988, 1996, 2000, 2004)
 Żvezja 13Tieni post fi Grupp F 1321 ta' Novembru 2007 30 (1992, 2000, 2004)
 Rumanija 14Rebbieħ ta' Grupp Ġ 0417 ta' Ottubru 2007 31 (1984, 1996, 2000)
 Netherlands 15Tieni post fi Grupp Ġ 1017 ta' Novembru 2007 70 (1976, 1980, 1988, 1992, 1996, 2000, 2004)
Pajjiżi kwalifikati
1 Tipa ħoxna tindika li jkun rebbieħ ta' dik l-edizzjoni

Il-kampjonat intlagħab fi tmien stadji fi ħdan iż-żewġ pajjiżi ospiti; erbgħa fl-Awstrija u erbgħa fl-Iżvizzera. Kull impjant kellu kapaċità tal-anqas ta' 30,000; l-ikbar minnhom kien l-Ernst Happel Stadion ta' Vjenna, li jżomm ġo fih 53,295 ruħ.[2] Kien għal din ir-raġuni li dan il-grawnd ġie magħżul biex fih tintlagħab il-finali. L-Iżvizzera lagħbu kull partita tal-fażi tal-gruppi f'St. Jakob Park ta' Bażel, li ospita wkoll il-partita tal-ftuħ bħala kompromess għall-finali li ssir fi Vjenna. L-Awstrija lagħbet il-partiti tagħha tal-fażi tal-gruppi fl-Ernst Happel Stadion.

In 2004, the Zürich venue became a problem for the organisers. Originally, the Hardturm stadium was to be renovated and used as the city's venue, but legal challenges delayed the plan to a point that would not have allowed the ground to be used in 2008. This created a problem, as the agreement between UEFA and the organizers stipulated that four venues would be used in each country. The problem was solved when the organizers proposed renovating Letzigrund instead; UEFA approved the revised plan in January 2005. The Letzigrund stadium hosted its first football match on 23 September 2007.[5]

Fl-2004, l-istadju ta' Żurigu ġab problema għall-organizzaturi. Oriġinarjament, l-istadju Hardturm kellu jkun rinnovat u wżat bħala l-istadju tal-belt, imma sfidi legali ssospendew il-pjanijiet f'punt fejn il-grawnd ma kellux jkun użat fl-2008. Din ħoloq problema minħabba li l-qbil bejn il-UEFA u l-organizzaturi kien stipulat li erba' stadji se jiġu wżati f'kull pajjiż. Din il-problema kienet solvuta meta l-organizzaturi pproponew ir-rinovazzjoni ta' Letzigrund, bil-UEFA tapprova dan il-pjan f'Jannar tal-2005. L-ewwel logħba li saret ġewwa dan il-grawnd saret nhar it-23 ta' Settembru 2007.[3]

Vjenna Klagenfurt Saliżburgu Innsbruck
Ernst-Happel-Stadion
Kapaċità: 53,295
Hypo-Arena
Kapaċità: 31,957
Wals-Siezenheim-Stadion
Kapaċità: 31,020
Tivoli Neu
Kapaċità: 31,600
Bażel Berna Ġinevra Żurigu
St. Jakob-Park
Kapaċità: 42,000
Stade de Suisse
Kapaċità: 31,907
Stade de Genève
Kapaċità: 31,228
Letzigrund
Kapaċità: 30,000

Uffiċċjali tal-partiti

[immodifika | immodifika s-sors]

Tnax-il referi u erbgħa u għoxrin assistent ġew magħżula għal dan it-turnew:[4]

Pajjiż Referi Assistenti
Bandiera tal-Awstrija Awstrija Konrad Plautz Egon Bereuter Markus Mayr
Bandiera tal-Belġju Belġju Frank de Bleeckere Peter Hermans Alex Verstraeten
Bandiera tal-Ingilterra Ingilterra Howard Webb Darren Cann Mike Mullarkey
Bandiera tal-Ġermanja Ġermanja Herbert Fandel Carsten Kadach Volker Wezel
Bandiera tal-Greċja Greċja Kyros Vassaras Dimitiris Bozartzidis Dimitiris Saraidaris
Bandiera tal-Italja Italja Roberto Rosetti Alessandro Griselli Paolo Calcagno
Bandiera tan-Netherlands Netherlands Pieter Vink Adriaan Inia Hans ten Hoove
Bandiera tan-Norveġja Norveġja Tom Henning Øvrebø Geir Åge Holen Jan Petter Randen
Bandiera tas-Slovakkja Slovakkja Ľuboš Micheľ Roman Slysko Martin Balko
Bandiera ta' Spanja Spanja Manuel Mejuto González Juan Carlos Yuste Jiménez Jesús Calvo Guadamuro
Bandiera tal-Iżvezja Żvezja Peter Fröjdfeldt Stefan Wittberg Henrik Andren
Bandiera tal-Iżvizzera Żvizzera Massimo Busacca Matthias Arnet Stephane Cuhat

It-tlugħ tal-poloz għall-fażi finali tal-kampjonat sar fit-2 ta' Diċembru, 2007, fil-Culture and Convention Centre f'Luċerna.[5]

Din l-edizzjoni involviet ir-ritorn tal-format li kien ġie wżat fl-Euro 92 u fl-Euro 96 fejn il-logħob ta' kull grupp jsiru f'żewġ stadji, bl-aqwa tim jibqa' fl-istess belt għat-tliet partiti. Bħal fl-2000 u fl-2004, il-finalisti kienu diviżi f'erba' urni, ibbażati skont il-punti medja akkwistati fil-fażi ta' kwalifikazzjoni tat-Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2006 u tal-Euro 2008, b'kull grupp ikollu tim minn kull urna. L-Iżvizzera u l-Awstrija, bħala ospiti, u l-Greċja, bħala d-detenturi tat-titlu, kienu fl-ewwel urna.[6][7] L-Olanda kienu wkoll fl-ewwel urna, ibbażat skond il-koëffiċjent tal-UEFA għall-klassifika tal-finalisti tal-Kampjonati Ewropej 2008.

Urna A Urna B Urna Ċ Urna D

Fażi tal-gruppi

[immodifika | immodifika s-sors]
Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Grupp A tal-Kampjonati Ewropej tal-Futbol 2008.
Tim L R P T GF GK DG Pti
 Portugall 3 2 0 1 5 3 +2 6
 Turkija 3 2 0 1 5 5 0 6
 Repubblika Ċeka 3 1 0 2 4 6 −2 3
 Żvizzera 3 1 0 2 3 3 0 3
7 ta' Ġunju 2008
Żvizzera  0 – 1  Kroazja
Portugall  2 – 0  Turkija
11 ta' Ġunju 2008
Repubblika Ċeka  1 – 3  Portugall
Żvizzera  1 – 2  Turkija
15 ta' Ġunju 2008
Żvizzera  2 – 0  Portugall
Turkija  3 – 2  Repubblika Ċeka
Noti fuq il-pożizzjonijiet fil-grupp
  • Il-Portugall u t-Turkija huma pożizzjonati skond ir-rekord tal-partita kontra xulxin
  • Ir-Repubblika Ċeka u l-Iżvizzera huma pożizzjonati skond ir-rekord tal-partita kontra xulxin
Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Grupp B tal-Kampjonati Ewropej tal-Futbol 2008.
Tim L R P T GF GK DG Pti
 Kroazja 3 3 0 0 4 1 +3 9
 Ġermanja 3 2 0 1 4 2 +2 6
 Awstrija 3 0 1 2 1 3 −2 1
 Polonja 3 0 1 2 1 4 −3 1
8 ta' Ġunju 2008
Awstrija  0 – 1  Kroazja
Ġermanja  2 – 0  Polonja
12 ta' Ġunju 2008
Kroazja  2 – 1  Ġermanja
Awstrija  1 – 1  Polonja
16 ta' Ġunju 2008
Polonja  0 – 1  Kroazja
Awstrija  0 – 1  Ġermanja
Noti fuq il-pożizzjonijiet fil-grupp
  • L-Awstrija u l-Polonja huma pożizzjonati skond id-differenza ta' gowls, minħabba li r-rekord tal-partita kontra xulxin hu l-istess
Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Grupp Ċ tal-Kampjonati Ewropej tal-Futbol 2008.
Tim L R P T GF GK DG Pti
 Netherlands 3 3 0 0 9 1 +8 9
 Italja 3 1 1 1 1 4 −1 4
 Rumanija 3 0 2 1 1 3 −2 2
 Franza 3 0 1 2 1 6 −5 1
9 ta' Ġunju 2008
Rumanija  0 – 0  Franza
Netherlands  3 – 0  Italja
13 ta' Ġunju 2008
Italja  1 – 1  Rumanija
Netherlands  4 – 1  Franza
17 ta' Ġunju 2008
Netherlands  2 – 0  Rumanija
Franza  0 – 2  Italja
Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Grupp D tal-Kampjonati Ewropej tal-Futbol 2008.
Tim L R P T GF GK DG Pti
 Spanja 3 3 0 0 8 3 +5 9
 Russja 3 2 0 1 4 4 0 6
 Żvezja 3 1 0 2 3 4 −1 3
 Greċja 3 0 0 3 1 5 −4 0
10 ta' Ġunju 2008
Spanja  4 – 1  Russja
Greċja  0 – 2  Żvezja
14 ta' Ġunju 2008
Żvezja  1 – 2  Spanja
Greċja  0 – 1  Russja
18 ta' Ġunju 2008
Greċja  1 – 2  Spanja
Russja  2 – 0  Żvezja

Fażi eliminatorja

[immodifika | immodifika s-sors]
Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Fażi eliminatorja tal-Kampjonati Ewropej tal-Futbol 2008.

Il-fażi eliminatorja hi differenti minn kampjonati tal-passat. Timijiet fi gruppi A u B se jkunu separati mit-timijiet ta' gruppi Ċ u D sal-finali. Ir-raġuni tal-bidla fil-format hu biex ikun ugwaljanza fil-perjodu ta' mistrieħ matul il-fażi eliminatorja. Madankollu, b'dan il-format hemm ċans li partita fil-fażi tal-gruppi tista' tkun repetuta fil-fażi eliminatorja; hu impossibli li jkun hemm finali bejn żewġ timijiet li jkunu affaċċjaw lil xulxin fl-ewwel nofs tal-kampjonat. Ukoll, f'bidla oħra, għall-ewwel darba fil-Kampjonati Ewropej, se jkunu żewġ stadji (St. Jakob-Park, Bażel u Ernst Happel Stadion, Vjenna) se jkunu wżati fis-seba' partiti tal-fażi eliminatorja.[8]

Kwarti tal-finali Semifinali Finali
                   
19 ta' Ġunju - Bażel        
  Portugall  2
25 ta' Ġunju - Bażel
  Ġermanja  3  
  Ġermanja  3
20 ta' Ġunju - Vjenna
    Turkija  2  
  Kroazja  1 (1)
29 ta' Ġunju - Vjenna
  Turkija (pen)  1 (3)  
  Ġermanja  0
21 ta' Ġunju - Bażel
    Spanja  1
  Netherlands  1
26 ta' Ġunju - Vjenna
  Russja (ħs)  3  
  Russja  0
22 ta' Ġunju - Vjenna
    Spanja  3  
  Spanja (pen)  0 (4)
  Italja  0 (2)  


Kwarti tal-finali

[immodifika | immodifika s-sors]
19 ta' Ġunju 2008
20:45
 Portugall 2 – 3  Ġermanja St. Jakob-Park, Bażel
Attendenza: 39,374
Referi: Żvezja Peter Fröjdfeldt
Nuno Gomes Gowl 40'
Postiga Gowl 87'
Rapport Schweinsteiger Gowl 22'
Klose Gowl 26'
Ballack Gowl 61'

20 ta' Ġunju 2008
20:45
 Kroazja 1 – 1 (ħs)  Turkija Ernst Happel Stadion, Vjenna
Attendenza: 51,428
Referi: Italja Roberto Rosetti
Klasnić Gowl 119' Rapport Semih Gowl 120+2'
  Penalties  
  Modrić Żbaljat
Srna Skurjat
Rakitić Żbaljat
Petrić Żbaljat
1 – 3 Skurjat Arda
Skurjat Semih
Skurjat Hamit Altıntop
 

21 ta' Ġunju 2008
20:45
 Netherlands 1 – 3 (ħs)  Russja St. Jakob-Park, Bażel
Attendenza: 38,374
Referi: Slovakkja Ľuboš Micheľ
van Nistelrooy Gowl 86' Rapport Pavlyuchenko Gowl 56'
Torbinsky Gowl 112'
Arshavin Gowl 116'

22 ta' Ġunju 2008
20:45
 Spanja 0 – 0 (ħs)  Italja Ernst Happel Stadion, Vjenna
Attendenza: 48,000
Referi: Ġermanja Herbert Fandel
Rapport
  Penalties  
  Villa Skurjat
Cazorla Skurjat
Senna Skurjat
Güiza Żbaljat
Fàbregas Skurjat
4 – 2 Skurjat Grosso
Żbaljat De Rossi
Skurjat Camoranesi
Żbaljat Di Natale
 
25 ta' Ġunju 2008
20:45
 Ġermanja 3 – 2  Turkija St. Jakob-Park, Bażel
Attendenza: 39,374
Referi: Żvizzera Massimo Busacca
Schweinsteiger Gowl 26'
Klose Gowl 79'
Lahm Gowl 90'
Rapport Boral Gowl 22'
Semih Gowl 86'

26 ta' Ġunju 2008
20:45
 Russja 0 – 3  Spanja Ernst Happel Stadion, Vjenna
Attendenza: 51,428
Referi: Belġju Frank de Bleeckere
Rapport Xavi Gowl 50'
Güiza Gowl 73'
Silva Gowl 82'
Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Finali tal-Kampjonati Ewropej tal-Futbol 2008.
29 ta' Ġunju 2008
20:45
 Ġermanja 0 – 1  Spanja Ernst Happel Stadion, Vjenna
Attendenza: 51,428
Referi: Italja Roberto Rosetti
Rapport Torres Gowl 33'
Rebbieħ tal-Kampjonati Ewropej 2008
Spanja
Spanja
It-tieni titlu
4 gowls
3 gowls
2 gowls

 

gowl

 

Tim tal-Kampjonat
Gowlers Difensuri Midfielders Attakkanti
Italja Gianluigi Buffon Portugall José Bosingwa Turkija Hamit Altıntop Russja Andrei Arshavin
Spanja Iker Casillas Ġermanja Philipp Lahm Ġermanja Michael Ballack Russja Roman Pavlyuchenko
Netherlands Edwin van der Sar Spanja Carlos Marchena Spanja Cesc Fàbregas Spanja Fernando Torres
Portugall Pepe Spanja Andrés Iniesta Spanja David Villa
Spanja Carles Puyol Kroazja Luka Modrić
Russja Yuri Zhirkov Ġermanja Lukas Podolski
Spanja Marcos Senna
Netherlands Wesley Sneijder
Spanja Xavi
Russja Konstantin Zyrianov
Żarbuna tad-deheb
Plejer tal-Kampjonat

L-ewwel drabi fil-kampjonat

[immodifika | immodifika s-sors]
  1. ^ Spanja ma kinitx obbligata li tipparteċipa fit-Tazza tal-Konfederazzjonijiet. Qabel l-2004, iċ-ċampjins Ewropej u Sud-Amerikani kienu obblgiati biex jipparteċipaw, imma fl-2004 tbiddlet ir-regola mill-FIFA.
  1. ^ "New trophy announced at UEFA site" (bl-Ingliż).
  2. ^ "UEFA EURO 2008". fussballtempel.net (bl-Ingliż). Miġbur 2008-06-08.
  3. ^ "Zurich - Letzigrund Stadion" (bl-Ingliż).
  4. ^ "UEFA Euro 2008 referees" (bl-Ingliż).
  5. ^ "Draw sets up heavyweight contests" (bl-Ingliż). UEFA. 2007-12-02. Miġbur 2007-12-02.
  6. ^ "Format" (bl-Ingliż). UEFA.
  7. ^ "UEFA Euro 2008 Information" (PDF) (bl-Ingliż). UEFA.
  8. ^ "Euro-Format means group rivals cannot meet again in final" (bl-Ingliż). Yahoo! Sports. 2008-06-03. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-06-25. Miġbur 2008-06-03.

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]